Official Journal L 308 , 27/11/1984 P. 0054 - 0054
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0157
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 21 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0157
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 21 P. 0086
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Novembru 1984 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern ta' l-Awstralja dwar l-Arranġament bejn l-Awstralja u l-Komunità dwar il-ġobon (84/560/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidra t-Trattat li waqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummisjoni, Billi waqt in-negozjati kummerċjali dwar il-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummmerċ(GATT), il-Komunità kkonkludiet Ftehim ma’ l-Awstralja dwar il-ġobon [1]; Billi jekk l-għanijiet tal-Ftehim iridu jintlahqu, uhud mid-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom jiġu emendati; Billi l-Kummissjoni bdiet negozjati ma’ l-Awstralja dwar din il-kwistjoni u laħqet ftehim sodisfaċenti ma’ dak il-pajjiż, IDDEĊIDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern ta' l-Awstralja dwar l-Arranġament bejn l-Awstralja u l-Komunità dwar il-ġobon qed jiġi approvat f'isem il-Komunità. Il-kitba tal-Ftehim hija mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qed jiġi awtorizzat sabiex jagħżel il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1984. Għall-Kunsill Il-President J. Bruton [1] ĠU L 71, tas-17.3.1980, p.ġ 154. --------------------------------------------------