31984D0247



Official Journal L 125 , 12/05/1984 P. 0058 - 0059
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0126
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 30 P. 0167
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0126
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 30 P. 0167


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' April 1984

li tniżżel il-kriterji għall-għarfien ta' l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li jrabbu, u li jżommu jew jistabilixxu kotba tar-razza tal-merħla għall-bovini tal-ifrat ta' razza pura

(84/247/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 fuq bovini tal-ifrat ta' razza pura [1], kif l-aħħar emendata bl-Att tad-Dħul tal-Greċja, u partikolarment it-tieni u t-tielet indenti ta' Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi, taħt it-tieni u t-tielet indenti ta' Artikolu 6(1) tad-Direttiva 77/504/KEE hija għall-Kummissjoni li tistabilixxi, skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 8 tad-Direttiva fuq imsemmija, il-kriteri li jirregolaw l-għarfien ta' l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li jrabbu u l-kriteri li jirregolaw it-twaqqif tal-kotba tal-merħla;

Billi fl-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni bħalissa tal-Greċja, kotba tal-merħla jinżammu u jitwaqqfu mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li jrabbu; billi huwa għalhekk meħtieġ li jitniżżlu l-kriteri għall-għarfien ta' l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li jrabbu u li jżommu u jwaqqfu kotba tal-merħla;

Billi organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ta' dawk li jrabbu trid tapplika għall-għarfien uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ta' fuq liema territorju l-kwartieri ġenerali tagħha qegħdin;

Billi, fejn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ta' dawk li jrabbu tilqa’ ċerta kriteri u għandha miri ċari, trid tkun uffiċjalment magħrufa mill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tkun applikat għandu;

Billi il-miżuri li hemm provduti f'din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni ta' l-Kumitat Permanenti ta' Żooteknika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sabiex tkun rikonoxxuta uffiċjalment, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ta' dawk li jrabbu li żżomm u twaqqaf kotba tal-merħla għandha titfa’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membri ta' fuq liema territorju l-kwartieri ġenerali tagħha qegħdin.

Artikolu 2

L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru konċernat għandu jagħti għarfien uffiċjali lil kull organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ta' min irabbi li żżomm u twaqqaf kotba tal-merħla jekk din ta' l-aħħar timxi skond il-kondizzjonijiet imniżżla f'dan l-Anness.

Madankollu, fi Stat Membru li rigward speċi partikolari organiżżazzjoni jew assoċjazzjoni waħda jew aktar uffiċjalment rikonoxxuti diġa’ jeżistu, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru konċernat jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ġdida ta' dawk li jrabbu jekk tipperikola l-preservazzjoni ta' l-ispeċi jew jipperikola l-programm żootekniku ta' l-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni eżistenti. F'dan il-każ, l-Istati Membri javżaw il-Kummissjoni mill-approvazzjonijiet li ngħataw u r-rifjuti li tingħata l-għarfien.

Artikolu 3

L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru konċernat jistgħu jneħħu l-għarfien uffiċjali ta' organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ta' dawk li jrabbu u li jżommu kotba tal-merħla jekk il-kondizzjonijiet mniżżla fl-Anness m'għadhom ikunu mħarsa b'mod persistenti mill-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni konċernata ta' dawk li jrabbu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, is-27 t'April 1984.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8.

--------------------------------------------------

ANNESS

Biex ikunu rikonoxxuti uffiċjalment, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li jrabbu u li jżommu u jistaibilixxu ktieb tal-merħla għandhom:

1. ikollhom personalità legali skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni;

2. jagħtu prova lill-awtoritajiet kompetenti:

(a) li taħdem b'effiċjenza;

(b) li tista’ twettaq l-ispezzjonijiet li hemm bżonn biex iżżomm rekord ta' l-arblu tar-razza;

(ċ) li għandha merħla kbira biżżejjed biex tmexxi programm ta' titjib fir-razza jew li għandha merħla kbira biżżejjed biex tippreserva r-razza meta kunsidrat meħtieġ;

(d) li tista’ tagħmel użu mill-informazzjoni ta' l-għemil tal-bhejjem biex twettaq il-programm tagħha ta' titjib fir-razza jew ta' preservazzjoni;

3. ikollhom sett ta' regoli li jkopru:

(a) id-definizzjoni tal-karatteristiċi tal-boton (jew obtna);

(b) is-sistema biex jgħarrfu l-annimali;

(ċ) is-sistema biex iżommu l-arblu tar-razza;

(d) id-definizzjoni ta' l-għanijiet tat-trobbija,

(e) is-sistemi biex jgħamlu użu mill-informazzjoni dwar l-għemil tal-bhejjem,

(f) it-tqassim tal-ktieb tal-merħla, jekk hemm kondizzjonijiet differenti biex jiddaħħlu l-annimali jew jekk hemm proċeduri differenti biex l-annimali li jiddaħħlu fil-ktieb ikunu klassifikati;

4. ikollha regoli ta' proċedura, adottati skond l-artikoli tagħha ta' l-assoċjazzjoni, li jniżżlu, partikolarment, il-prinċipju ta' l-ebda diskriminazzjoni bejn il-membri.

--------------------------------------------------