Official Journal L 190 , 14/07/1983 P. 0025 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0145
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0113
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0145
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 28 P. 0113
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta’ Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ ażjendi agrikoli IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 76/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi sistema għall-ġbir ta’ data ta’ kontijiet dwar dħul u x-xogħolijiet ta’ negozju ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2143/81 [2], u partikolarment Artikoli 6 u 9 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 184/66/KEE [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1860/82 [4] għandu jiġi aġġustat għas-sitwazzjoni preżenti li fiha jaħdem in-network ta’ data; Billi kull sena għandu jiġi konkluż kuntratt bejn l-awtoritajiet kompetenti nominati minn kull Stat Membru u l-uffiċċji tal-kontijiet li ma jifformawx parti minn dipartiment amministrattiv fejn l-uffiċċju tal-kontijiet iwiegħed li jwettaq l-obbligi f’konformità mar-regoli tal-Komunità; billi l-kuntratt in kwistjoni għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jirreferu għar-regoli tal-Komunità konċernati; Billi biex jiġi żgurat illi r-riżultati tan-network ta’ data jiġu preżentati kull sena fi żmien mhux wisq bogħod mid-data ta’ meta l-ewwel prospetti tal-biedja jingħaddu lill-Kummissjoni, il-perjodu li matulu t-tmiem tas-sena ta’ kontijiet jista’ jaqa’ għandu jiġi limitat; Billi t-terminu għall-preżentazzjoni tal-prospetti tal-biedja għandu jkun hekk li jippermetti lill-uffiċċji tal-kontijiet, lill-aġenziji ta’ kooperazzjoni u lill-Kummissjoni li jwettqu xogħolhom; Billi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-prospetti għandu jiġi kalkolat mit-tmiem tas-sena ta’ kontijiet li għaliha jirreferu; Billi, biex jiġi kkunsidrat bħala mimli kif għandu jkun, prospett tal-biedja irid ikun fih data illi huma fattwalment preċiżi u rrekordjati u preżentati f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 tat-23 ta’ Settembru 1977 fuq il-formola ta’ prospett tal-biedja illi għandha tintuża għall-għan li jiġi determinat id-dħul minn ażjendi agrikoli [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3272/82 [6]; Billi l-ħlas standard li jrid isir mill-Kummissjoni għandu jitħallas għal prospetti tal-biedja mimlijin kif għandu jkun u preżentati sa l-egħluq tal-perjodu preskritt; Billi, minħabba ż-żieda ġenerali fl-ispejjeż u l-effetti tagħha fuq il-mili tal-prospett tal-biedja, il-ħlas għandu jiġi rivedut f’intervalli regolari; Billi, biex titjieb l-eżekuzzjoni ta’ l-operazzjonijiet finanzjarji involuti fil-pagament tal-ħlas standard, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar ħlas akkont; Billi r-Regolament Nru 184/66/KEE għandu jiġi mħassar mill-bidu tas-sena ta’ kontabilità 1984 u d-dispożizzjonijiet ġodda għandhom jiġu applikati mill-bidu ta’ dik is-sena stess; Billi l-Kumitat tal-Komunità dwar Network ta’ Data għall-Kontijiet tal-Biedja ma ppreżentax l-opinjoni tiegħu fi żmien mogħti lilu mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-kuntratt imsemmi f’Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 79/65/KEE għandu jkun fih mill-inqas il-klawsoli preskritti fl-Anness. Artikolu 2 Is-sena tal-kontijiet ta’ 12-il xahar konsekuttivi msemmija f’punt I (a) ta’ Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2237/77 għandha tintemm fil-perjodu ta’ bejn il-31 ta’ Diċembru u t-30 ta’ Ġunju biż-żewġ dati inklużi. Artikolu 3 Wara illi tkun ivverifikat xi jkun fihom, l-aġenzija ta’ kooperazzjoni għandha tgħaddi l-prospetti tal-biedja kollha illi jkunu ġew ippreżentati fil-forma mitluba mill-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2237/77, taħt kopertura konfidenzjali lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn disa’ xhur wara t-tmiem tas-sena tal-kontijiet li għaliha jirreferu. Meta l-perjodu ta’ disa’ xhur in kwistjoni jippermetti li aġenzija ta’ kooperazzjoni tgħaddi l-prospetti kollha tal-biedja li għalihom hi responsabbli wara l-31 ta’ Diċembru ta’ wara t-tmiem tas-sena tal-kontijiet, l-aġenzija ta’ kooperazjoni għandha, bejn il-15 u l-31 ta’ Diċembru, tgħaddi lill-Kummissjoni l-prospetti tal-biedja kollha illi jkunu mtlew kif għandu jkun u li jkunu fil-pussess tagħha; il-bqija tal-prospetti tal-biedja għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni f’data iktar tard, matul il-perjodu preskritt. Artikolu 4 Prospett tal-biedja għandu jiġi kkunsidrat bħala mimli kif għandu jkun meta: - il-kontenuti tiegħu huma fattwalment preċiżi, u - id-data tal-kontijiet li jkunu jinsabu fih ikunu ġew reġistrati u jkunu preżentati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2237/77. Artikolu 5 1. Il-Kummissjoni għandha tħallas piż fiss lill-Istati Membri konċernati għal kull prospett tal-biedja mimli kif għandu jkun li jkun mgħoddi lilha fil-perjodu preskritt f’Artikolu 3. 2. Il-piż fiss għandu jitħallas f’żewġ rati: - pagament wieħed akkont li jikkorrispondi għal 50 % tal-piż għandu jitħallas fil-bidu tas-sena tal-kontijiet ta’ kull Stat Membru għan-numru ta’ azjendi li jkunu bagħtu l-prospetti kif stipulat f’Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 [7], - il-bilanċ, li għandu jiġi kalkolat permezz tal-moltiplikazzjoni tal-piż bin-numru ta’ prospetti tal-biedja mimlijin kif għandu jkun u mgħoddija lill-Kummissjoni u t-tnaqqis tal-pagament akkont imsemmi hawn fuq, għandu jitħallas fi żmien sitt xhur mir-riċevuta tal-prospetti tal-biedja mill-Kummissjoni. 3. L-ammont tal-piż fiss għandu jiġi iffissat skond il-proċedura preskritta f’Artikolu 19 tar-Regolament Nru 79/65/KEE. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-bidu tas-sena tal-kontijiet 1984. Ir-Regolament Nru 184/66/KEE huwa hawnhekk imħassar. Għandu jibqa’ applikabbli sa tmiem is-sena tal-kontijiet 1983. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Lulju 1983. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Ċ 109, tat- 23.6.1965, p. 1859/65. [2] ĠU L 210, tat-30.7.1981, p. 1. [3] ĠU Ċ 213, tat- 23.11.1966, p. 3637/66. [4] ĠU L 205, tat-13.7.1982, p. 10. [5] ĠU L 263, tas-17.10.1977, p. 1. [6] ĠU L 347, tas-7.12.1982, p. 10. [7] ĠU L 205, tat-13.7.1982, p. 5. -------------------------------------------------- ANNESS Patti tal-kuntratt imsemmi f’Artikolu 9 tar-Regolament Nru 79/65/KEE Il-kuntratti konklużi bejn l-awtorità kompetenti nominata mill-Istat Membru u mill-uffiċċji tal-kontijiet li ma jiffurmawx parti minn dipartiment amministrativ u li jkunu ntgħażlu skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 79/65/KEE għandhom jinkludu għallinqas il-patti li ġejjin, espressi espliċitament: - l-impenn mill-uffiċċju tal-kontijiet li jimla l-prospetti tal-biedja skond ir-regoli tal-Komunità, - impenn mill-uffiċċju tal-kontijiet li jgħaddi l-prospetti tal-biedja f’perjodu li jkun jagħmilha possibbli li jiġu imħarsa r-regoli tal-Komunità, - impenn mill-uffiċċju tal-kontijiet li jagħti lill-aġenzija ta’ kooperazzjoni l-informazzjoni kollha li din ta’ l-aħħar tista’ titlob fil-qadi ta’ dmirijietha, - impenn mill-uffiċċju tal-kontijiet li ma jikxef ebda data dwar kontijiet individwali jew dwar kull tip ta’ dettalji individwali oħra li jkun kiseb waqt il-qadi ta’ dmirijietu jew b’xi mod ieħor inċidentalment dwar il-qadi ta’ dmirijiet konnessi man-Network ta’ Data dwar Kontijiet tal-Biedja, u impenn li l-persuni kollha imqabbda biex jaħdmu fil-qadi ta’ dawn id-dmirijiet għandhom ikunu marbuta bl-istess obbligi u li ser jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għal dan. --------------------------------------------------