Official Journal L 013 , 15/01/1983 P. 0005 - 0006
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0244
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0244
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 84/83 ta’ l-14 ta’ Jannar 1983 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1391/78 li jippreskrivi regoli emendati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ premiums għan-nuqqas ta’ marketing tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u għall-konverżjoni tal-merħliet tal-ħalib IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1078/77 tas-17 ta’ Mejju 1977 li jintroduċi sistema ta’ premiums għan-nuqqas ta’ marketing tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u għall-konverżjoni ta’ merħliet tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1365/80 [2], u partikolarment Artikolu 7 tiegħu, Billi Artikolu 12(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 1391/78 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2735/80 [4], jipprovdi għat-tnaqqis tal-premium fil-każ ta’ nuqqas li jitħares l-impenn msemmi f’Artikolu 3(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1078/77 matul ir-raba’ sena ta’ konverżjoni; billi l-esperjenza wriet li jeħtieġ li din id-dispożizzjoni tkun estiża għall-perjodu kollu ta’ konverżjoni; Billi jeħtieġ ukoll li jkunu speċifikati l-poteri ta’ l-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ notifika li ma tingħatax jew tingħata tard; Billi l-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1307/77 [5] u (KEE) Nru 1391/78 uriet li jeħtieġ li jkunu rilassati d-dispożizzjonijiet li jirrelataw għall-preżentazzjoni ta’ l-oriġinal tal-karta ta’ l-identità fil-każ ta’ l-annimal ikun esportat lil Stat Membru ieħor; Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fit-terminu iffissat mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1391/78 huwa emendat kif ġej: 1. Is-subparagrafu li ġej jiġi miżjud ma’ Artikolu 5(3): "Meta din in-notifika ma tingħatax jew tingħata tard, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk il-produttur ikunx ħares il-kondizzjoni preskritta fl-aħħar subparagrafu ta’ Artikolu 2(2) u fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1078/77." 2. Il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 8: "6. Jekk, tliet xhur wara t-trasferiment, il-karta ta’ l-identità ma tistax tintbagħat jew ma tistax tintbagħat debitatment mimlija, l-Istat Membru jista’, minkejja l-paragrafu 4, jaċċetta kull dokument ieħor li jippreżenta garanziji ekwivalenti bħala prova tal-qatla, mewt jew esportazzjoni." 3. Is-subparagrafu li ġej huwa mdaħħal wara l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 9(4): "Meta din in-notifika ma tingħatax jew tingħata tard, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk it-trasferent għandux jieħdu l-obbligu taħt l-iskema tal-premium." 4. Artikolu 12(4) huwa mibdul b’dan li ġej: "4. Bla ħsara għal Artikolu 9(1), f’każ li ma jistax jitqies każ ta’ forza maġġuri u fejn il-benefiċjarju tal-premium tal-konverżjoni ma jħarisx iżjed, matul il-perjodu ta’ konverżjoni, l-impenn msemmi f’Artikolu 3(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1078/77, l-ammont tal-premium li għandu jkun irkuprat jew, jekk il-bilanċ ma tkunx tħallas lilu, l-ammont li għandu jinżamm għal kull sena dwar l-impenn imsemmi hawn fuq ma jkunx tħares, għandu jkun ugwali għall-25 % ta’ l-ammont sħiħ tal-premium li jkun intitolat għalih, dan il-perċentwal ikun imnaqqas għal kull sena fi proporzjon mad-differenza bejn in-numru ta’ unitajiet ta’ bhejjem miżmuma u n-numru ta’ unitajiet ta’ bhejjem meħtieġa." Artikolu 2 Artikolu 1(1) u (3) u, fuq talba tal-parti konċernata, Artikolu 1(2) u (4) għandu jgħodd għall-applikazzjonijiet ta’ għajnuna sottomessi mill-1 ta’ Lulju 1977 jew bis-saħħa ta’ Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1307/77 jew bis-saħħa ta’ Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1391/78. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Jannar 1983. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 131, tas-26.5.1977, p. 1. [2] ĠU L 140, tal-5.6.1980, p. 18. [3] ĠU L 167, ta’ l-24.6.1978, p. 45. [4] ĠU L 283, tat-28.10.1980, p. 5. [5] ĠU L 150, tat-18.6.1977, p. 24. --------------------------------------------------