Official Journal L 275 , 08/10/1983 P. 0020 - 0021
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0129
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 4 P. 0129
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 13 P. 0123
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 13 P. 0123
Ir-raba’ Direttiva tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 1983 li tadatta għal progress tekniku l-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (83/496/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 83/341/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 8(2) tagħha, Billi, fid-dawl tar-riżultati tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti, l-użu ta’ 4,4-dimethyl-1,3-oxazolidine u 1,2-dibromo-2,4-dicyanobutane bħala preservattivi fi prodotti kosmetiċi jista’ jkun permissibbli, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet; Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għal Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ tal-Prodotti Kosmetiċi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Dan li ġej huwa b’hekk miżjud mal-Parti 2 ta’ l-Anness VI tad-Direttiva 76/768/KEE: "Nru ta’ Referenza | Sustanza | L-ogħla konċentrazzjoni awtorizzata | Limitazzjonijiet u ħtiġiet | Kondizzjonijiet ta’ l-użu u twissijiet li għandhom ikunu stampati fuq it-tikketta | a | b | ċ | d | e | 59 | 1,2-dibromo-2,4-dicyanobutane | 0,1 % | M’għandux ikun użat fi prodotti kosmetiċi ta’ protezzjoni mix-xemx | | 60 | 4,4-dimethyl-1,3-oxazolidine | 0,1 % | Biss għal prodotti li jitlaħalħu wara l-użu | | | | | Il-pH tal-prodott lest ma għandux ikun aktar baxx minn 6" | | L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1984. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Settembru 1983. Għall-Kummissjoni Karl-Heinz Narjes Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169. [2] ĠU L 188, tat-13.7.1983, p. 15. --------------------------------------------------