31983L0478



Official Journal L 263 , 24/09/1983 P. 0033 - 0036
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0201
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 14 P. 0201
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0136
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0136


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta’ Settembru 1983

li temenda għall-ħames darba (l-asbestos) id-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirriggwardjaw ir-restrizzjonijiet fuq l-użu u t-tqegħid fis-suq ta’ xi sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

(83/478/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-użu ta’ l-asbestos u ċerti prodotti li fihom l-asbestos jistgħu jirrilaxxaw, għad-detrimenti tas-saħħa tal-bniedem, fibri u trab li jista’ jikkawża l-asbestosis u l-kanċer;

Billi l-prevenzjoni hija l-aħjar mod biex wieħed jipproteġi s-saħħa tal-bniedem;

Billi mod effettiv ħafna biex wieħed jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent huwa li jkun ipprojbit l-użu ta’ ċerti fibri, bħal ma huma l-krokidolite (asbestos ikħal), li skond xi sorsi xjentifiċi huwa partikolarment perikoluż;

Billi, b’dana kollu, fil-preżent m’hemm l-ebda possibilità li l-krokidolite jiġi pprojbit b’mod totali; billi ma huwiex raġonevoli li wieħed jissuġġerixxi li l-prodotti kollha li fihom il-krokidolite jiġu mneħħija mis-suq minħabba l-fatt li l-manipulazzjoni ta’ dawn il-prodotti bil-għan li jiġu mneħħija jew distrutti jkun sors ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, peress li xi fibri jistgħu joħorġu ma tul il-proċess;

Billi ċerti prodotti li fihom il-krokidolite bħal ma huma siġilli u pajpijiet ta’ l-asbestos-siment jew ‘torque converters’ ma’ jistgħux jiġu mibdula kompletament fil-futur qarib fil-livel tal-Komunità b’xi sostituti li jkollhom għall-anqas l-istess propjetajiet;

Billi huwa neċessarju li jiġi pprovdut tikkettjar speċjali li juri r-riskji involuti meta wieħed juża prodotti li fihom fibri ta’ l-asbestos;

Billi il-proċess ta’ l-ittikkettjar ta’ dawn il-prodotti huwa suġġett f’xi Stati Membri għal regoli li huma differenti rigward il-kondizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq;

Billi din id-Direttiva tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-krokidolite u prodotti li fihom il-fibri tal-krokidolite;

Billi r-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ fibri oħra ta’ l-asbestos u ta’ prodotti li fihom minn dawk il-fibri jistgħu iżidu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem; billi sakemm ikun hemm disposizzjonijiet tal-Komunità dwar dawn it-tipi ta’ restrizzjonijiet, il-miżuri ta’ armonizzazzjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk il-fibri jew prodotti huma limitati għad-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ittikkettjar;

Billi huwa neċessarju li terġa’ tiġi studjata perjodikament is-sistema ta’ l-eżenzjoni stabbilita f’din id-Direttiva fid-dawl ta’ progress tekniku u xjentifiku u billi wieħed jikkonsidra l-possibilità li jissosstitwixxi l- krokidolite b’sustanzi anqas perikolużi, bil-ħsieb li jsiru l-emendi adatti meta jkun hemm bżonn;

Billi l-projbizzjoni ta’ xi fibri ta’ l-asbestos u n-numru ta’ disposizzjonijiet varji dwar l-ittikkettjar imposti minn xi Stati Membri jaffettwaw il-funzjonament tas-suq komuni; billi huwa għalhekk neċessarju li jiġu approssimati l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi relevanti fl-Istati Membri u li għalhekk jiġi emendat l-Anness tad-Direttiva 76/769/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/264/KEE [5]

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 76/769/KEE għandu jsir l-Anness I.

Artikolu 2

Il-punt 5 li ġej huwa b’dan miżjud ma’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE.

"5.Fibri ta’ l-asbestos

5.1.Il-KrokidoliteNumru SAK 12001-28-4 | 5.1.It-qegħid fis-suq u l-użu ta’ din il-fibra u tal-prodotti li jkun fihom lilha għandhom ikunu pprojbiti.Kull Stat Membru jista’, b’dana kollu, jħalli li prodotti li fihom din il-fibrali jitqiegħdu fis-suq sat-30 ta’ Ġunju 1988, basta li jkunu ġew manifatturati qabel l-1 ta’ Jannar 1986.Kull Stat Membru jista’ wkoll ikun eżentat mill-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ prodotti li jkun fihom din il-fibra basta li dawn ikunu ġew immanifatturati, tqiegħdu fis-suq jew kienu użati qabel l-1 ta’ Jannar 1986.Mingħajr preġudizzju għad-disposiżżjonijiet li jinsabu f’Direttivi oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu wkoll jeskludu minn din il-projbizzjoni il-prodotti t’hawn taħt, inklużi l-fibri u l-prodotti li ma humiex kompletament lesti li huma essenzjali għall-manifattura tagħhom:(a)pajpijiet ta’ l-asbestos-siment(b)siġilli, madaffjuni (gaskets), ‘glandpackings’ u kompensaturi flessibli li jirreżistu l-aċidu u t-temperaturi(c)‘torque converters’ |

5.2.Il-fibri kollha ta’ l-asbestos:Krokidolite Numru SAK 12001-28-4Krisotile, Numru SAK 12001-29-5Armosite, Numru SAK 12172-73-5Antopillite, Numru SAK 77536-67-5Aktinolite, Numru SAK 77536-66-4Tremolite, Numru SAK 77536-68-6 | 5.2.Mingħajr preġudizzju għal punt 5.1, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti li fihom dawn il-fibri jista’ jkun permissibbli biss jekk il-prodotti jkollhom tikketta li tkunu konformi mad-disposizzjonijiet fl-Anness II. |

Artikolu 3

L-Anness II li ġej huwa b’dan miżjud mad-Direttiva 76/769/KEE:

"

ANNESS II

Disposizzjonijiet speċjali dwar l-ittikkettjar tal-prodotti li fihom l-asbestos

1. Kull prodott li fih l-asbestos jew l-imballaġġ tiegħu għandu jkollu tikketta definita kif ġej:

(a) it-tikketta li tkun konformi mal-mudell t’hawn taħt għandha tkun mill-anqas għolja 5ċm (H) u wiesgħa 2,5ċm;

(b) għandha tkun tikkonsisti f’żewġ partijiet:

- il-parti ta’ fuq (h1 = 40 % H) għandha tinkludi l-ittra ‘"a" bl-abjad, fuq sfond iswed,

- il-parti t’isfel (h2 = 60 % H) għandha tinkludi l-kliem standard bl-abjad u/jew bl-iswed, fuq sfond aħmar, u għandha tinqara b’mod ċar;

(c) jekk il-prodott ikun fih il-krokidolite, il-kliem"fih l-asbestos" użat bħala kliem standard għandu jiġi mibdul bil-kliem "fih krokidolite/asbestos ikħal".

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-ewwel sotto-paragrafu il-prodotti ntiżi biex jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom. L-ittikkettjar ta’ dawn il-prodotti għandu madankollu jkollu l-kliem "fih l-asbestos";

+++++ TIFF +++++

(d) jekk l-ittikkettjar jkun fil-forma ta’ stampar dirett fuq il-prodotti, kulur wieħed li joħloq kuntrast mal-kulur ta’ l-isfond huwa biżżejjed.

2. It-tikketta msemmija f’dan l-Anness għandha tiġi miżjuda mar-regoli li ġejjin:

(a) fuq kull l-iċken unità fornuta;

(b) jekk il-prodott fih komponenti bażati fuq l-asbestos, huwa biżżejjed li dawn il-komponenti biss jkollhom it-tikketta. L-ittikkettjar jista’ ma jsirx jekk iċ-ċokon jew l-imballaġġ mhux adatt jagħmluha impossibbli li tikketta titwaħħal mal-komponent.

3. L-ittikkettjar ta’ prodotti ippakkjati li fihom l-asbestos

3.1. Id-dettalji li ġejjin għandhom jidhru fuq l-ittekkjar b’mod ċar u li ma jitħassarx fuq l-imballaġġ ta’ prodotti ppakkjati li fihom l-asbestos:

(a) is-simbolu u l-indikazzjonijiet ta’ periklu relevanti bi qbil ma’ dan l-Anness;

(b) l-istruzzjonijiet tas-sigurtà li għandhom jintgħażlu bi qbil mad-dettalji f’dan l-Anness, safejn ikunu relevanti għal dak il-prodott partikolari.

Meta l-informazzjoni addizzjonali tas-sigurtà tkun ipprovduta fuq l-imballaġġ, din m’għandix iddgħajjef jew tikkontradixxi id-dettalji mogħtija bi qbil ma’ (a) u (b).

3.2. L-ittikkettjar bi qbil ma’ 3.1 għandu jseħħ bis-saħħa ta’:

- tikketta mwaħħla sewwa ma’ l-imballaġġ, jew

- tikketta (li tintrabat) mqabbda ma’ l-imballaġġ, jew

- stampar dirett fuq l-imballaġġ.

3.3. Il-prodotti li fihom l-asbestos u li huma imballati mgeżwra fi plastik mhux issikkatt jew uħud ta’ dan it-tip għandhom jiġu kkunsidrati bħala prodotti imballati u għandhom isirulhom it-tikketti bi qbil ma’ 3.2. Jekk xi prodotti jiġu sseparati minn imballaġġ bħal dan u mqiegħda fis-suq mhux imballati, kull l-iċken unità pprovduta għandu d-dettalji ta’ l-ittikkettjar bi qbil ma’ 3.1.

4. L-ittikkettjar ta’ prodotti mhux imballati li fihom l-asbestos

Għall-prodotti mhux imballati li fihom l-asbestos, l-ittikkettjar għandu jsir bi qbil ma’ 3.1 permezz ta’:

- tikketta mwaħħla sewwa mal-prodott li fih l-asbestos,

- tikketta (li tintrabat) mqabbda sewwa ma’ prodott bħal dan,

- stampar dirett fuq il-prodotti,

jew, jekk dan imsemmi hawn fuq ma jkunx raġonevolment prattiku bħal fil-każ, per eżempju, taċ-ċokon tal-prodott, in-natura mhux adatta tal-propjetajiet tal-prodott jew xi diffikultajiet tekniċi permezz ta’ fuljett b’ittikkettjar skond 3.1

5. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Komunità dwar is-sigurtà u l-iġene fuq ix-xogħol, it-tikketta mwaħħla mal-prodott li jista’, fil-kuntest ta’ l-użu tiegħu, jkun ipproċessat jew lest, għandha tkun akkumpanjata b’kull istruzzjonijiet ta’ sigurtà li tista’ tkun adatta għal prodott ikkonċernat, u b’mod partikolari b’dan li ġej:

- jekk possibli uża fil-beraħ jew f’xi post b’ventilazzjoni tajba,

- preferibilment uża l-għodda ta’ l-idejn jew għodda ta’ veloċità baxxa li jkollha, jekk meħtieġ, faċilità ta’ ġbir tat-trab. Jekk prodotti ta’ veloċità għolja jkunu wżati, għandu jkollhom dejjem din il-faċilità,

- jekk possibli, xarrab qabel il-qtugħ jew it-tħaffir,

- xarrab it-trab u poġġih f’reċipjent magħluq bil-galbu u eliminah b’mod bla periklu.

6. L-ittikketjar ta’ kull prodott intiż għal użu domestiku li ma hux kopert taħt 5 u li, waqt l-użu, x’aktarx jirrilaxxa il-fibri ta’ l-asbestos, għandu, jekk meħtieġ, ikollu l-istruzzjonijiet ta’ sigurtà li ġejjin: "biddel meta mikdud",

7. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu t-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom ta’ prodotti li fihom l-asbestos suġġett għall-użu tal-lingwa jew tal-lingwi uffiċjali tagħhom fuq l-ittikkettjar.

"

.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din Direttiva fi żmien 30 xahar min-notifika tagħha [7]. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kommissjoni it-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert f’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Settembru 1983.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Varfis

[1] ĠU C 78, tat-28.3.1980, p. 10.

[2] ĠU C 125, tas-17.5.1982, p. 159.

[3] ĠU C 331, tas-17.12.1980, p. 5.

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201.

[5] ĠU L 147, tas-6.6.1983, p. 9.

[7] Din id-Direttiva kienet innotifikata lill-Istati Membri fil-21 ta’ Settembru 1983.

--------------------------------------------------