31983L0341



Official Journal L 188 , 13/07/1983 P. 0015 - 0015
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0128
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 4 P. 0128
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0192
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0192


It-tielet Direttiva tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Ġunju 1983

li tadatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III u V tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(83/341/KEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 83/191/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 8 (2) tagħha,

Billi, sabiex tkun protetta s-saħħa, l-użu ta’ ċerti sustanzi bħala żebgħa tax-xagħar għandhom ikunu pprojbiti;

Billi p-diaminobenzene għandu jkun ittrasferit mill-Anness V għall-Anness III;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ ta’ Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hija b’hekk emendata kif ġej:

1. Dawn li ġejjin huma miżjuda mal-lista fl-Anness II:

"363. o-phenylenediamine u l-imluħa tiegħu

364. 4-methyl-m-phenylenediamine u l-imluħa tiegħu".

2. Fl-Anness III, il-parti 1, il-kolonna b, it-test ta’ referenza Nru 8 hu mibdul bi:

"m- u p-phenylenediamines, id-derivati b’N-mibdul tagħhom u l-imluħa tagħhom; id-derivati b’N-mibdul ta’ phenylenediamines [3]

3. Fl-Anness III, il-parti 1, il-kolonna b, it-test ta’ referenza Nru 9 hu mibdul bi:

"Methylphenylenediamines, id-derivati b’N-mibdul tagħhom u l-imluħa tagħhom [4] bl-eċċezzjoni tas-sustanza Nru 364 fl-Anness II".

4. Id-dħul li ġej huwa mħassar mill-Anness V:

"4. p-phenylenediamine u l-imluħa tiegħu."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1984. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Ġunju 1983.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 25.

[3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.".

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

--------------------------------------------------