31983L0191



Official Journal L 109 , 26/04/1983 P. 0025 - 0027
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0124
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 4 P. 0124
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0171
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0171


It-tieni Direttiva tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Marzu 1983

li tadatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(83/191/KEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 82/368/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 8 (2) tagħha,

Billi, fuq il-bażi ta’ studji mwettqa, il-lakki, l-imluħa u l-pigmenti tal-barjum, l-istrontzjum u ż-żirkonjum ta’ numru limitat ta’ koloranti jistgħu jkunu awtorizzati;

Billi, fuq il-bażi ta’ tagħrif xjentifiku eżistenti, l-użu ta’ 6-methylcoumarin fi prodotti kosmetiċi jista’ jkun awtorizzat soġġett għal ċerti kondizzjonijiet;

Billi sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, għandhom ikunu adottati miżuri fir-rigward tan-nitrati tal-fidda;

Billi, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni akkwistata, ċerti kumplessi taż-żirkonjum jistgħu jkunu awtorizzati proviżjonalment bħala prodotti kontra l-għaraq soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet;

Billi l-verżjonijiet Franċiżi u Taljani ta’ l-Annessi għad-Direttiva 76/768/KEE fihom żbalji tipografiċi li għandhom ikunu ikkoreġuti;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni tal-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi għall-kummerċ fis-Settur tal-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hi b’dan emendata kif ġej:

1. Fl-Anness II, il-kliem li jirrigwardja s-sustanza Nru 46 huwa mibdul b’dan li ġej:

"46. Imluħa tal-Barjum, bl-eċċezzjoni tas-sulfat tal-barjum, is-sulfid tal-barjum taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, il-Parti 1, u l-lakki, l-imluħa u l-pigmenti ippreparati minn koloranti elenkati bir-referenza (5) fl-Anness III, il-Parti 2 u l-Anness IV, il-Parti 2."

2. Dan li ġej huwa miżjud mal-Parti 1 ta’ l-Anness III:

"Numru ta’ Referenza | Sustanza | Restrizzjonijiet | Kondizzjonijiet ta’ l-użu u twissijiet li għandhom ikunu stampati fuq it-tikketta |

a | b | Qasam ta’ l-applikazzjoni u/jew ta’ l-użu | L-ogħla konċentrazzjoni awtorizzata fil-prodott kosmetiku lest | Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra | f |

ċ | d | e |

46 | 6-methylcoumarin | Prodotti ta’ l-iġjene orali | 0,003 %" | |

3. Il-Parti 2 ta’ l-Anness III hija emendata kif ġej:

- in-numri ta’ l-indiċi tal-kuluri segwenti huma mħassra:

15630: 1 (Ba)

15630: 3 (Sr)

15865: 3 (Sr);

- ħassar ‘(Ba)’ fi ‘45170: 1 (Ba)’;

- ir-referenza (5) hija mdaħħla wara n-numri ta’ l-indiċi tal-kuluri segwenti:

12085 | 10316 | 42051 |

15585 | 12075 | |

15630 | 15510 | |

15850 | 15985 | |

15865 | 19140 | |

16255 | | |

45170 | | |

45370 | | |

45380 | | |

45410 | | |

45430 | | |

- ta’ qiegħ il-paġna li ġejja hija miżjuda:

"(5) Il-lakki, l-imluħa u l-pigmenti tal-barjum, l-istrontzjum u ż-żirconium, insolubili, ta’ dawn il-koloranti għandhom ukoll ikunu permissibbli. Għandhom jgħaddu mit-test dwar l-insolubilità li għandu jkun iddeterminat permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8."

4. Dan li ġej huwa miżjud mal-Parti 1 ta’ l-Anness IV:

"Numru ta’ Referenza | Sustanza | 5. Restrizzjonijiet | Kondizzjonijiet ta’ l-użu u twissijiet li għandhom ikunu stampati fuq it-tikketta |

a | b | Qasam ta’ l-applikazzjoni u/jew ta’ l-użu | L-ogħla konċentrazzjoni awtorizzata fil-prodott kosmetiku lest | Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra | f |

Ċ | d | e |

6 | Nitrat tal-fidda | Għal prodotti intiżi għaż-żebgħa tax-xagħar ta’ l-għajnejn u l-ħuġġbejn | 4 % | | Fih in-nitrat tal-fiddaLaħlaħ l- għajnejn mill-ewwel jekk il-prodott jiġi f’kuntatt magħhom |

7 | Kumplessi ta’ l-idrossidu tal-klorid ta’ l-aluminju taż-żirkonjum AlxZr(OH)yClz u l-kumplessi tal-gliċerina ta’ l-idrossidu tal-klorid ta’ l-aluminju taż-żirconjum | Prodotti kontra l-għaraq | 20 % bħala l-idrossidu tal-klorid ta’ l-aluminju taż-żirkonjum mingħajr ilma 5,4 % bħala żirkonjum | 1.Ir-relattività tan-numru ta’ atomi ta’ l-aluminju għal dak ta’ l-atomi taż-żirkonjum għandu jkun bejn 2 u 102.Ir-relattività tan-numru ta’ l-atomi ta’ (Al + Zr) għal dak ta’ l-atomi tal-klorin għandu jkun bejn 0,9 u 2,13.Projbit f’dispensaturi ta’ l-aerosol (sprays)" | |

5. Il-Parti 2 ta’ l-Anness IV hija emendata kif ġej:

- in-numru ta’ l-indiċi tal-kulur li ġej hu mħassar:

15585: 1 (Ba)

- ir-referenza (5) hija mdaħħla wara n-numru ta’ l-indiċi tal-kulur li ġej: 27290

- in-nota ta’ qiegħ il-paġna li ġejja hija miżjuda:

"(5) Il-lakki, l-imluħa u l-pigmenti tal-barjum, l-istrontzjum u ż-żirconium, insolubili, ta’ dawn il-koloranti għandhom ukoll ikunu permissibbli. Għandhom jgħaddu mit-test dwar l-insolubilità li għandu jkun iddeterminat permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8."

6. Il-Parti 3B ta’ l-Anness IV hija emendata kif ġej:

- taħt l-intestatura 'Vjoli, kannelli, suwed u bojod’, 'Vjola mifrux 23’ huwa mibdul bi '60724’.

7. Fl-Anness V il-kliem li jirrigwardja s-sustanzi numri 5 u 6 huwa mibdul bi:

"5. L-istrontzjum u l-komposti tiegħu, bl-eċċezzjoni tas-sulfid tas-strontzjum taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, il-Parti 1, u tal-lakki, l-imluħa u l-pigmenti tal-istrontzjum tal-koloranti elenkati bir-referenza (5) fl-Anness III, il-Parti 2, u fl-Anness IV, il-Parti 2.

6. Iż-żirkonjum u l-komposti tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-kumplessi taħt in-numru ta’ referenza 7 fl-Anness IV, il-Parti 1 u tal-lakki, l-imluħa u l-pigmenti taż-żirkonjum tal-koloranti elenkati b’numru ta’ referenza (5) fl-Anness III, il-Parti II, u fl-Anness IV, il-Parti 2."

Artikolu 2

1. Il-verżjoni Franċiża ta’ l-Anness IV, il-Parti 1, tad-Direttiva 76/768/KEE hi kkoreġuta kif ġej:

- fil-kolonna d, li tirrigwardja s-sustanza ddenominata bin-numru ta’ referenza 4, tinqara '35 %’ minflok '3,5 %’;

- fil-kolonna b, li tirrigwardja s-sustanza ddenominata bin-numru ta’ referenza 5, il-kelma bejn il-parentesi għandha taqra. 'Tribromsalan’ u mhux 'Tribomsalan’.

2. Fil-verżjoni Taljana, in-nota ta’ qiegħ il-paġna (3) ta’ l-Anness III, il-Parti 1, u ta’ l-Anness IV, il-Parti 2, tad-Direttiva 76/768/KEE għandha taqra kif ġej:

"(3) Sono ammessi anche le lacche o i sali di tali coloranti che contengono sostanze non vietate dall’allegato II o non escluse dal campo di applicazione della direttiva in base all’allegato V."

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1984. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Marzu 1983.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 167, tal-15.6.1982, p. 1.

--------------------------------------------------