31983L0131



Official Journal L 091 , 09/04/1983 P. 0035 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0071
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0071
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 27 P. 0129


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-14 ta’ Marzu 1983

li temenda l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li tipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

(83/131/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi [1], u b’mod partikulari Artikolu 6 li hemm fiha,

Billi l-isvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku joħloq il-bżonn li jsiru ċerti emendi għall-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE;

Billi jidher xieraq li jitħassru ċertu numru ta’ derogi temporanji mill-projbizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva billi issa huma disponibbli trattamenti anqas perikolużi;

Billi l-Istati Membri kollha nfurmaw lill-Kummissjoni li m’għandhomx ħsieb jew li m’għadx għandhom ħsieb li jagħmlu użu minn dawn id-derogi;

Billi jidher xieraq li jiżdied l-kompost tal-organokloru kamfeċlor mal-lista ta’ sustanzi attivi projbiti billi l-użu tiegħu x’aktarx ikollu effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u ta l-annimali kif ukoll effetti ħżiena mhux ġustifikabbli fuq l-ambjent; billi l-Kummissjoni konsultat il-Kumitat Xjentifiku fuq il-Pestiċidi fir-rigward ta’ dan il-kompost;

Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE huwa permezz ta’ din id-Direttiva sostitwit kif ġej:

1. Fil-Parti A, "Il-komposti tal-merkurju":

(a) taħt il-paragrafu 4,

"il-komposti tal-merkurju Alkyl"

, it-test tas-subparagrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

"It-titbil tal-patata taż-żerriegħa";

(b) taħt il-paragrafu 5, "il-komposti tal-merkurju Alkoksalkyl u aril":

(aa) is-subparagrafu (a) huwa mħassar;

(bb) is-subparagrafi (b), (ċ) u (d) isiru (a), (b) u (ċ) rispettivament.

2. Fil-Parti B, "Il-komposti tal-organokloru persistenti":

(a) taħt il-paragrafu 1,

"Aldrin"

, it-test tas-subparagrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

"It-trattament tal-ħamrija kontra Otiorrynchus fil-mixtliet u t-tħawwil ornamentali";

(b) taħt il-paragrafu 4, "DDT", is-subparagrafi (a), (b), (ċ) u (e) huma mħassra;

(ċ) taħt il-paragrafu 7, "Heptachlor", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar;

(d) dan li ġej huwa miżjud fil-kolonna 1 wara l-paragrafu 8:

"9. Il-Campheclor".

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 1984, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan immedjatement.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fl-14 ta’ Marzu 1983.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36.

--------------------------------------------------