31983L0127



Official Journal L 091 , 09/04/1983 P. 0028 - 0028
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 0161
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 3 P. 0161


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-28 ta' Marzu 1983

li temenda d-Direttiva 68/297/KEE dwar l-istandardizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-dħul mingħajr dazju ta' karburant kontenut fit-tankijiet tal-karburant ta' vetturi bil-mutur

(83/127/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 75 u 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [2],

Billi d-Direttiva 68/297/KEE [3] stabbiliet il-kwantità minima ta' karburant kontenuta fit-tankijiet tal-karburant ta' vetturi kummercjali bil-mutur li tista' tiddaħħal mingħajr dazju fil-fruntieri interni tal-Komunità;

Billi l-kwantità ta' karburant imsemmija, sabiex tiffacilita l-passaġġ f'dawn il-fruntieri, għandha tiżdied,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

L-Artikolu 1

"1. B'effett mill-1 ta' Lulju 1984 l-iktar tard, l-Istati Membri għandhom idaħħlu mingħajr dazju kwantità ta' 200 litru ta' karburant tal-mutur."

L-Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Marzu 1983.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Ertl

[1] ĠU C 155, tad-9.12.1974, p. 77.

[2] ĠU C 142, tas-16.11.1974, p. 11.

[3] ĠU L 175, tat-23.7.1968, p. 15.

--------------------------------------------------