31982R3397



Official Journal L 357 , 18/12/1982 P. 0010 - 0011
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0171
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0171


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3397/82

tas-17 ta' Diċembru 1982

li jbiddel il-proċedura sabiex isiru l-applikazzjonijiet għall-għajnuna mis-Sezzjoni ta' Gwida tal-FAEGG għall-proġetti jew programmi speċjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Kunsill:

- (KEE) Nru 355/77 tal-15 ta' Frar 1977 dwar miżuri komuni sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet li bihom jiġu maħduma u mpoġġija fis-suq il-prodotti agrikoli[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3509/80[2], u partikolarment Artikolu 13(5),

- (KEE) Nru 1362/78 tad-19 ta' Ġunju 1978 dwar il-programm għall-aċċellerazzjoni u l-gwida tax-xogħol kollettiv ta' irrigazzjoni fil-Mezzogiorno[3], u partikolarment Artikolu 8(4),

- (KEE) Nru 1760/78 tal-25 ta' Lulju 1978 dwar miżura komuni sabiex itejjbu l-faċilitajiet pubbliċi f' ċerti żoni rurali[4], u partikolarment Artikolu 8(4),

- (KEE) Nru 269/79 tas-6 ta'Frar 1979 li jistabbilixxi miżura komuni għall-afforestazzjoni f' ċerti zoni Mediterranji tal-Komunità[5], u partikolarment Artikolu 8(4),

- (KEE) Nru 458/80 tat-18 ta' Frar 1980 dwar il-proġetti kollettivi għar-ristrutturazzjoni tal-għelieqi tad-dwieli[6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2991/81[7], u l-aktar l-Artikolu 6(4),

- (KEE) Nru 1938/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 dwar miżura komuni sabiex jittejbu l-faċilitajiet pubbliċi f' ċerti żoni agrikoli anqas vvantaġġjati tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja[8], u partikolarment Artikolu 8(4),

Billi l-proċedura stipulata mill-Kummissjoni għall-għamla ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna mis-Sezzjoni Gwida tal-FAEGG:

- fir-REGOLAMENT (KEE) Nru 219/78[9] dwar il-proġetti sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet li bihom l-prodotti agrikoli huma maħduma u mpoġġija fis-suq,

- fir-REGOLAMENT (KEE) Nru 692/80[10] dwar il-programmi speċjali ta' irrigazzjoni kollettiva fil-Mezzogiorno,

- fir-REGOLAMENT (KEE) Nru 2467/79[11] dwar il-proġetti sabiex tittejjeb l-infrastruttura f'ċerti żoni rurali,

- fir-REGOLAMENT (KEE) Nru 2468/79[12] dwar il-programmi speċjali tal-afforestazzjoni f' ċerti zoni Mediterranji tal-Komunità,

- fir-REGOLAMENT (KEE) Nru 1679/81[13] dwar il-proġetti kollettivi għar-ristrutturazzjoni tal-għelieqii tad-dwieli,

- fir-REGOLAMENT (KEE) Nru 289/82[14] dwar il-proġetti sabiex tittejjeb l-infrastruttura f' ċerti żoni anqas vantaġġjati tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

tipprovdi li l-applikazzjonijiet għandhom isiru bi tlett kopji u fuq il-formola li hemm fl-Annessi A u B tar-Regolamenti msemmija;

Billi, bħala riżultat tar-riorganizzazzjoni tad-dipartimenti responsabbli, żewġ kopji kompluti u t-tielet kopja tal-Aness A huma minn issa 'l quddiem biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati l-każijiet; billi l-proċedura għandha għaldaqstant tiġi mibdula f' dan is-sens;

Billi l-miżuri pprovduti f' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istruttura Agrikola;

Billi l-Kumitat tal-FAEGG ġie kkonsultat dwar l-aspetti finanzjari ta' dawn il-miżuri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolamenti (KEE) Nru 219/78, (KEE) Nru 2467/79, (KEE) Nru 2468/79, (KEE) Nru 692/80, (KEE) Nru 1679/81 u (KEE) Nru 289/82 Artikolu 1(2) huwa mibdul b'dan li ġej:

2. L-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq il-formola li hemm fl-Annessi. Għandhom jiġu preżentati żewġ kopji kompluti, flimkien ma' kopja oħra t'Anness A.'

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1982.

Għall-Kummissjoni

Poul DALSAGER

Membru tal-Kummissjoni

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU L 51, tat-23.2.1977, p. 1.

[2] ĠU L 367, tal-31.12.1980, p. 87.

[3] ĠU L 166, tad-19.6.1978, p. 11.

[4] ĠU L 204, tat-28.7.1978, p. 1.

[5] ĠU L 38, ta' l-14.2.1979, p. 1.

[6] ĠU L 57, tad-29.2.1980, p. 27.

[7] ĠU L 299, ta' l-20.10.1981, p. 21.

[8] ĠU L 197, ta' l-20.7.1981, p. 1.

[9] ĠU L 35, ta' l-4.2.1978, p. 10.

[10] ĠU L 80, tas-26.3.1980, p. 1.

[11] ĠU L 286, ta' l-14.11.1979, p. 1.

[12] ĠU L 286, ta' l-14.11.1979, p. 14.

[13] ĠU L 171, tas-27.6.1981, p. 1.

[14] ĠU L 36, tad-9.2.1982, p. 1.