Official Journal L 327 , 24/11/1982 P. 0008 - 0008
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0126
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0180
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0126
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0180
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3115/82 tat-22 ta' Novembru 1982 li jemenda għall-10 darba r-Regolament (KEE) Nru No 2730/81 li jistabbilixxi lista ta' aġenziji fil-pajjiżi importaturi li mhumiex membri li jistgħu joħorġu sejħa għal offerti fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1183/82 ([2]), u partikolarment Artikoli 13(3) u 17 (4) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/81 ([3]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru No 3019/82 ([4]), stabbilixxa lista ta' aġenziji fil-pajjiżi importaturi mhux membri li jistgħu joħorġu stedina għal offerti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib; Billi fid-dawl ta' l-informazzjoni l-aktar riċenti disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-prattiċi tal-kummerċ segwiti mill-pajjiżi importaturi interessati u n-natura uffiċjali ta' l-aġenziji fil-kwistjoni, dan ir-Regolament għandu jiġi emendat; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma in konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2730/81 huwa emendat kif ġej: Il-lista ta' organizazzjonijiet tal-ħruġ għandha timtela biż-żieda ta' l-organizzazzjonijiet li ġejjin, bid-dħul isir skond l-ordni alfabetiku tal-pajjiż importatur: Pajjiż importatur Organizzazzjoni tal-ħruġ L-Eġittu Il-Kumpannija Eġizzjana Farmaċewtika tal-Kummerċ, 23 Triq Abdul Kahalech Sarwaat, Il-Kajr. BISCOMISR, El Fawah - El Triq Amyria, Il-Kajr. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1982. Għall-Kummissjoni Poul DALSAGER Membru tal-Kummissjoni Proofread by Stephen Zammit [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 140, ta' l-20.5.1982, p. 1. [3] ĠU L 272, tas-26.9.1981, p. 25. [4] ĠU L 317, tat-13.11.1982, p. 8.