31982R2938



Official Journal L 308 , 04/11/1982 P. 0012 - 0013
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0094
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0094


Ir-Regolament tal-Kummmissjoni (KEE) Nru 2938/82

tat-3 ta’ Novembru 1982

li jemenda għall-ħames darba r-Regolament (KEE) Nru 1842/81 fir-rigward ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fil-każ ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1451/82 [2], u partikolarment Artikoli 16(6) u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1188/81 tat-28 ta’ April 1981 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fil-każ ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3035/80 dwar ċerti prodotti mhux koperti b’Anness II tat-Trattat [3], u partikolarment Artikolu 12 tiegħu,

Billi taħt Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1188/81 il-kwantitajiet ta’ ċereali soġġetti għall-arranġament ta’ proċessar ‘il ġewwa għandhom ikunu esklużi meta jkunu determinati l-kwantitajiet impoġġija taħt kontroll u l-koeffiċjent, biex ikun evitat l-ħlas ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni fir-rigward ta’ ċereali li għaliha ma titħallasx imposta ta’ importazzjoni;

Billi, iżda, il-kwantitajiet soġġetti għall-arranġamenti ta’ ipproċessar ‘il ġewwa jistgħu jkunu aċċertati biss meta l-importazzjonijiet konċernati jkunu saru; billi l-koeffiċjent ma jistax ikun stabbilit qabel l-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena jekk l-arranġamenti ta’ proċessar il ġewwa jintużaw matul is-sena tas-suq li fir-rigward tagħha ikun applikabbli l-koeffiċjent;

Billi huwa possibbli li jkun eliminat dak l-iżvantaġġ u tintlaħaq il-mira tal-miżura, ukoll fejn il-kwantità ta’ whisky miksuba taħt arranġament ta’ proċessar ‘il ġewwa jitqiesu meta jkun determinat il-koeffiċjent, jekk ikun żgurat li, fejn arranġamenti ta’ proċessar il ġewwa huma wżati, ċerta kwantità ta’ ċereali tintuża għall-manifattura ta’ xorb spirituż mingħajr ma tiddaħħal fid-dikjarazzjoni ta’ ħlas msemmija f’Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1842/81 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2440/82 [5]; billi l-Istati Membri huma meħtieġa f’dawn il-każijiet, meta jawtorizzaw importazzjonijiet taħt arranġamenti ta’ proċessar ‘il ġewwa, li jiżnu l-kwantitajiet ta’ ċereali preżentati lill-awtoritajiet tad-dwana b’koeffiċjent identiku għal dak msemmi f’Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 1842/81; billi bħala riżultat ta’ dawn l-operazzjonijiet l-effett tal-bidla fil-metodu tal-kalkolu ta’ dan il-koeffiċjent huwa bilanċat bil-bidla fil-metodu ta’ kalkolu tal-kwantità li dwaru jirrelata dak il-koeffiċjent;

Billi jekk ir-relazzjoni bejn ċereali li jħarsu l-kondizzjonijiet ta’ Artikolu 9(2) tat-Trattat u ċereali soġġetti għall-arranġamenti ta’ proċessar ‘il ġewwa hija sostanzjalment modifikata jew jekk ir-rifużjoni hija abbolita għal ċerti destinazzjonijiet, l-applikazzjoni tal-metodu msemmi hawn fuq għad-determinazzjoni tal-koeffiċjent iwassal għal riżultat mhux preċiż; billi l-applikazzjoni ta’ dak il-metodu għandu jkun permess biss meta ma jkunx meħtieġ li jkunu applikati d-disposizjonijiet dwar dawn l-avvenimenti;

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1842/81 huwa emendat kif ġej:

1. Artikolu 6 hu mibdul bit-test li ġej:

"Artikolu 6

1. Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1188/81:

(a) "kwantitajiet totali ta’ esportazzjoni" tfisser kwantitajiet ta’ xorb spirituż li jħarsu l-kondizzjonijiet ta’ Artikolu 9(2) tat-Trattat u esportati lejn destinazzjoni li għaliha tapplika r-rifużjoni. Il-provi li għandhom jinġabu huma dawk speċifikati f’Artikolu 12;

(b) "kwantitajiet totali rilaxxati fis-suq" tfisser il-kwantitajiet ta’ xorb spirituż li jħarsu l-kondizzjonijiet ta’ Artikolu 9(2) tat-Trattat li fl-aħħar jintbagħtu għall-konsum tal-bniedem għall-produzzjoni jew faċilitajiet ta’ ħażna.

2. Iżda, fejn Stati Membri meta jawtorizzaw importazzjoni taħt arranġamenti ta’ proċessar ‘il ġewwa:

- jiżnu l-kwantità ta’ ċereali preżentata lill-awtoritajiet tad-dwana bil-koeffiċjent imsemmi f’Artikolu 9, u

- jiżguraw li l-kwantità ta’ ċereali li, bħala konsegwenza ta’ l-ippeżar hija rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa, hija wżata ukoll għall-manifattura ta’ xorb spirituż msemmija f’Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1188/81.

kwantitajiet totali esportati u "kwantitajiet totali rilaxxati fis-suq" ifissru l-kwantitajiet ta’ xorb spirituż msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll ix-xorb spirituż li huma kunsidrati li jkunu tlestew mill-ipproċessar il ġewwa.

3. L-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 m’għandux japplika meta l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ l-ewwel inċiż ta’ Artikolu 3(2) jew ta’ Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) 1188/81 jitħarsu.

4. Il-paragrafu 2 m’għandux jippreġudika l-aġġustament tal-koeffiċjent biex ikun żgurat l-ħlas ta’ imposti ta’ importazzjoni fir-rigward ta’ by-products miksuba taħt arranġament ta’ proċessar ‘il ġewwa imma mhux intiżi għall-esportazzjoni.

5. Meta japplika l-paragrafu 2, ċereali rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa msemmija fit-tieni inċiż ta’ dak il-paragrafu m’għandhomx ikunu eliġibbli għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni."

2. Il-paragrafu li ġej jiżdied ma’ Artikolu 16:

"4. L-Istati Membri li japplikaw Artikolu 6(2) għandhom jikkomunikaw, flimkien ma’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, informazzjoni rigward il-kwantità ta’ ċereali msemmija fit-tieni inċiż ta’ Artikolu 6(2)."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b’effett mill-1 ta’Awwissu 1982.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Novembru 1982.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 164, ta’ l-14.6.1982, p. 1.

[3] ĠU L 121, tal-5.5.1981, p. 3.

[4] ĠU L 183, ta’ l-4.7.1981, p. 10.

[5] ĠU L 261, tad-9.9.1982, p. 15.

--------------------------------------------------