31982R1964



Official Journal L 212 , 21/07/1982 P. 0048 - 0052
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0093
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0306
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0093
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 25 P. 0306


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1964/82

ta’ l-20 ta’ Lulju 1982

li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Greċja, b’mod partikolari Artikoli 18(6) u 25 tiegħu

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 885/68 [2] kif l-aħħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 427/77 [3] li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont tagħhom;

Billi, minħabba s-sitwazzjoni tas-suq, is-sitwazzjoni ekonomika fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u l-intenzjoni li jinbiegħu ċerti prodotti fis-settur, il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq dawn il-prodotti għandu jiġi stabbilit; billi, b’mod partikolari, kondizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti għal ċerti qatgħat ta’ laħam li jsiru bid-dissussar tar-robbi warranija ta’ bhejjem maskili;

Billi, biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jiġu osservati, proċedura speċjali ta’ sorveljanza għandha tiġi introdotta; billi l-oriġini tal-prodott jista’ jiġi awtentikat billi jsir ċertifikat fuq ix-xempju ta’ l-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 32/82 tas-7 ta’ Jannar 1982 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 752/82 [5];

Billi għandu jiġi speċifikat li l-għoti ta’rifużjonijiet speċjali għandu jkun bil-kondizzjoni li l-laħam imqatta’ li jsir bl-iddissossar tar-robbi warranija imqiegħed taħt sorveljanza jiġi esportat, minbarra minn ċerti prodotti rimanenti li jistgħu jinbiegħu fil-Komunità;

Billi, safejn għandhom x’jaqsmu l-limiti ta’ żmien u l-prova ta’ l-esportazzjoni, għandha ssir referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/79 tad-29 ta’ Novembru 1979 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 202/82 [7];

Billi, għall-operat bla ntoppi ta’ l-arranġamenti stabbiliti b’dan ir-Regolament, l-operaturi għandhom ikunu jistgħu, jekk iridu, jużaw id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 tal-4 ta’ Marzu 1980 dwar il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni ta’prodotti agrikoli [8],

Billi l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar imħażen ta’ l-ikel kif spjegat f’Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79 hija inkompatibbli ma’ l-għan ta’ dan ir-Regolament; billi m’hemmx il-ħtieġa għalhekk li ssir xi dispożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti indikati fl-imsemmi Artikolu 26 għall-prodotti in kwistjoni;

Billi, minħabba n-natura speċjali ta’ din ir-rifużjoni, ebda sostituzzjoni m’għandha tiġi permessa u ebda mezz ta’ identifikazzjoni tal-prodotti in kwistjoni m’għandu jkun previst;

Billi l-metodu li bih l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti li fuqhom jkunu ngħataw rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni għandu jiġi stabbilit;

Billi l-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qatgħat bla għadam minn robbi warranija friski jew imkessħa ta’ bhejjem adulti maskili imgeżwer individwalment għandhom, meta t-termini ta’ dan ir-Regolament jiġu osservati, jikkwalifikaw għal rifużjoni speċjali ta’ l-esportazzjoni.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament "robbi warranija" għandha tfisser robbi warranija mhux separati jew separati, kif imfisser fin-Noti Addizzjonali 1.A f) u g) tal-Kapitolu 2 tat-Tariffa Komuni Doganali, b’massimu ta’ disa’ kustilji jew disa’ pari ta’ kustilji.

Artikolu 2

1. L-operatur għandu jressaq quddiem l-awtoritajiet kompetenti indikati mill-Istati Membri dikjarazzjoni li turi l-ħsieb tiegħu li jiddissossa r-robbi warranija kif definit f’Artikolu 1 taħt it-termini ta’dan ir-Regolament u li jesporta l-kwantità sħiħa ta’ bċejjeċ dissossati miksuba, billi kull biċċa tiġi imgeżwer individwalment.

2. Id-dikjarazzjoni għandha tiddeskrivi u tiddikjara l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu dissossati.

Din għandha tkun akkompanjata b’ċertifikat li xempju tiegħu qed jiġi anness mar-Regolament (KEE) Nru 32/82, maħruġ skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel sentenza ta’ Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. Iżda, n-Noti B u Ċ u l-kaxxa 11 ta’ dak iċ-ċertifikat m’għandhomx jgħoddu. Id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament għandhom jgħoddu mutatis mutandis sakemm il-prodotti jitqiegħdu taħt is-sorveljanza kif imsenmmi filparagrafu 3.

3. Malli d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom iniżżlu fuqha d-data ta’ l-aċċettazzjoni, ir-robbi warranija li għandhom jiġu dissossati għandhom jitqiegħdu taħt is-sorveljanza ta’ dawk l-awtoritajiet, li għandhom jistabbilixxu l-piż nett tal-prodotti u jdaħħlu dan fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafiu 2.

Artikolu 3

Il-perjodu li fih il-robbi warranija għandhom jiġu dissossati għandu jkun, ħlief f’ċirkostanzi ta’ forża maġġuri, ta’ għaxart ijiem tax-xogħol mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija f’Artikolu 2.

Artikolu 4

1. Wara li jsir id-dissossar, l-operatur għandu jibgħat għaċ-ċertifikazzjoni lill-awtorità kompetenti wieħed jew aktar miċ-"ċertifikati tal-laħam dissossat", li xempju tiegħu qed jiġi hawn anness u li fuqu n-numru taċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 2(2) għandu jiddaħħal fil-kaxxa 7.

2. In-numri taċ-"ċertifikati tal-laħam dissossat" għandu jiddaħħal fil-kaxxa 9 taċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 2(2). Dan iċ-ċertifikt ta’ l-aħħar, mimli kif għandu jkun, għandu jintbagħat mill-mezzi amministrattivi lill-aġenzija responsabbli għall-ħlas tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni meta "ċertifikati tal-laħam dissossat" li jikkorrispondu mal-kwantità sħiħa tal-laħam dissossat mir-robbi warranija meħuda taħt sorveljanza ikunu ġew iċċertifikati skond il-paragrafu 1.

3. Iċ-"ċertifikati tal-laħam dissussat" għandhom jintbagħtu meta l-formalitajiet tad-dwana msemmija f’Artikolu 5 jkunu tlestew.

Artikolu 5

1. Il-peroċeduri tad-dwana għall-esportazzjoni mill-Komunità, għal provvisti koperti mit-termini ta’ Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79 jew għal prodotti miġjuba taħt il-proċedura l prevista minn Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 għandhom jitlestew fl-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni msemmija f’Artikolu 2 tkun intlaqgħet.

2. L-awtoritajiet tad-dwana għandhom idaħħlu fil-kaxxa 11 taċ-"ċertifikat tal-laħam dissussat" in-numri tar- referenza u d-dati tad-dikjarazzjonijiet imsemmija f’Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79.

Jekk isir rikors għad-dispożizzjonijiet previsti minn Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom idaħħlu n-numri tar-referenza u d-dati tad-dikjarazzjonijiet tal-ħlas imsemmija f’Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 798/80 [9].

Fejn meħtieġ, dan it-tagħrif jista’ jiddaħħal fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat u jiġi ċċertifikat mill-awtoritajiet tad-dwana.

3. Wara li jitlestew il-formalitajiet tad-dwana għall-kwantità totali ta’ laħam li jirriżulta mid-dissossar imsemmijfuq iċ-"ċertifikat tal-laħam bil-għadam", dan ta’ l-aħħar għandu jintbagħat permezz tal-mezzi amministrattivi lill-aġenzija responsabbli għall-ħlas tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79, l-għoti tar-rifużjoni speċjali għandu jsir bil-kondizzjoni, ħlief f’ċirkostanzi ta’ forża maġġuri, li tiġi esportata l-kwantità totali tal-laħam li jirriżulta mid-dissussar kopert mis-sorveljanza hawn fuq msemmija.

L-operatur jista’, iżda, ibiegħ fil-Komunità għadam, għeruq kbar, qrieqeċ, bċejjeċ ta’ xaħam u fdalijiet oħra li jibqa’ wara d-dissossar.

Artikolu 7

1. Permezz ta’ deroga minn Artikoli 2(3) u 4 (1), l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-miżuri ta’ kontroll approprjat minflok is-sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tad-disssossar tar-robbi warranija, u b’mod partikolari:

- illi, meta ċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 2(2) jinħareġ, miżuri approprjati jittieħdu biex jiġi żgurat li l-robbi warranija jiġu mmarkati b’mod li ma jitħassarx biex jippermettu li kull biċċa li tirriżulta mid-dissussar tiġi identifikata u li l-piż nett tar-robbi warranija jiddaħħal fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat,

- li regoli dettaljati għat-tirqim u l-ippakkjar jiġu stabbiliti, flimkien mad-deskrizzjoni tad-diversi qatgħat li għandhom jinkisbu,

- li l-formalitajiet tad-dwana msemmija f’Artikolu 5 jitlestew simultanjament għal-laħam kollu dissussat fil-perjodu indikat f’Artikolu 3,

- li, meta dwak il-formalitajiet tad-dwana jitlestew, "iċ-ċertifikat ta’ laħam dissussat" wieħed li jkun ikopri l-kwantità kollha ta’ laħam li jirriżulta mill-operazzjoni tad-dissussar għandu jintbagħat maċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 2(2),

- li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu verifiki ta’ kampjuni fil-kmamar tad-dissussar.

2. Permezz ta’ deroga minn Artikolu 4(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu:

- li ċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 2(2) m’għandux jintbagħat permezz ta’ mezzi amministrattivi lill-aġenzija responsabbli għall-ħlas tar-rifużjonijiet,

- li "ċertifikat ta’ laħam dissussat" wieħed li jkun ikopri l-kwantità sħiħa ta’ laħam li jirriżulta mill-operazzjoni tad-dissussar jinħareġ flimkien maċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 2(2),

- li ż-żewġ ċertifikati jitressqu simultanjment meta l-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni tad-dwana jkunu tlestew,

- li ż-żewġ ċertifikati jintbagħtu flimkien taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 5(3).

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għas-sorveljanza u għandhom javżaw b’dawn lill-Kummissjoni. Dawn għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex is-sostituzzjoni tal-prodotti in kwistjoni tkun impossibbli, b’mod partikolari billi tiġi identifikata kull biċċa laħam. Ebda laħam ħlief dak kopert b’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-laħam tal-majjal, ma jista’ jkun preżenti fil-kamra tad-dissossar meta l-laħam in kwistjoni jkun qiegħed jiġi dissussat, imnaddaf jew ippakkjat.

Il-boroż, il-kaxxi jew materjal ieħor ta’ l-ippakkjar li fihom jitqiegħdu l-qatgħat dissussati għandhom ikunu ssiġillati uffiċjalment mill-awtoritajiet kompetenti u jkollhom fuqhom il-partikolaritajiet li jippermetti li l-laħam dissussat ikun jista’ jiġi identifikat, b’mod partikolari l-piż nett, it-tip u l-għadd tal-qatgħat u n-numru tas-serje.

Artikolu 9

l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni bit-telex qabel il-25 jum ta’ kull xahar il-kwantitajiet li dwarhom "ċertifikati ta’ laħam dissussat" ikunu kkaġunaw matul ix-xahar ta’ qabel jew il-ħlas ta’ rifużjoni speċjali jew il-ħlas bil-quddiem tagħhom kif imsemmi f’Artikolu 25 tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79 jew f’Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għand jidħol fis-seħħ nhar it-2 ta’ Awwissu 1982.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 1982.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 156, ta’ l-4.7.1968, p. 2.

[3] ĠU L 61, tal-5.3.1977, p. 16.

[4] ĠU L 4, tat-8.1.1982, p. 11.

[5] ĠU L 86, ta’ l-1.4.1982, p. 50.

[6] ĠU L 317, tat-12.12.1979, p. 1.

[7] ĠU L 21, tad-29.1.1982, p. 23.

[8] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

[9] ĠU L 87, ta’ l-1.4.1980, p. 42.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------