31982R1859



Official Journal L 205 , 13/07/1982 P. 0005 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0074
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0270
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0074
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 25 P. 0270


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1859/82

tat-12 ta’ Lulju 1982

rigward il-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi detterminat id-dħul tal-oqsma agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi qafas għal ġbir ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tad-dħul u l-operat tan-negozju u tal-oqsma agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2143/81 [2], u partikolarment Artikoli 4(4), 5 (5) u 6 (2) tiegħu,

Billi l-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet għandhom ikunu magħżula b’mod uniformi f’kull diviżjoni u billi għal dan il-għan regoli dettaljati għandhom jitħejjew ħalli jkunu implimentati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 79/65/KEE;

Billi wara l-aħħar emendi għar-Regolament Nru 79/65/KEE u l-esperjenza akkwistata sa mill-1965 ir-regoli dettaljati għall-għażla tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet għandhom ikunu kompletament riveduti; billi, minħabba f’hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 91/66/KEE [3], għandu jkun imħassar u mibdul b’Regolament ġdid;

Billi l-oqsma li għandhom ikunu studjati b’konnessjoni man-network ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tal-irziezet jidholu fl-iskop tal-istħarriġ strutturali u ta’ ċensimenti tal-Komunità jew dak nazzjonali fl-oqsma agrikoli;

Billi l-informazzjoni disponibbli bl-iskop li jitħejjew pjani għal għażla għal "1982" u snin ta’ kontijiet sussegwenti u li d-differenza fil-qagħda agrikola bejn l-Istati Membri differenti teħtieġ li l-limiti tad-daqs ekonomiku li jvarja skond l-Istat Membru, u anki f’ċerti każi b’diviżjoni, għandhom ikunu adottati għal dik is-sena;

Billi l-esperjenza turi li l-operat tan-networks ta’ informazzjoni jkun iffaċilitat jekk in-numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet magħżula f’kull diviżjoni jkun jitħalla jvarja f’ċerti limiti bil-kundizzjoni li jkun segwit in-numru totali ta’ oqsma għal kull Stat Membru;

Billi l-pjan tal-għażla għandu jinkludi numru minimu ta’ elementi ħalli jsaħħaħ il-validità tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mall-objettivi tan-networks ta’ informazjoni dwar il-kontijiet tal-irziezet li jkunu se jiġu mistħarrġa;

Billi l-pjan tal-għażla għandu jitħejja qabel ma tkun bdiet is-sena korrispondenti tal-kontijiet sabiex tkun tista tkun approvata qabel ma tkun utilizzata għal għażla tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet;

Billi r-rapport dwar l-implementazzjoni tal-pjan tal-għażla għal oqsma li jippreżentaw il-kontijiet għandu jkopri l-aspetti differenti tal-implementazzjoni tal-pjan bil-għan partikolarment li jkunu identifikati xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa għal snin tal-kontijiet sussegwenti u billi r-rapport għandu wkoll iqis li l-użu ta’ ċerta informazzjoni mill-pjan bl-iskop li tiġi konsidrata fid-data tal-kontijiet;

Billi iżda l-miżuri kif provduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità dwar il-Network ta’ Informazzjoni dwar il-Kontijiet tal-Irziezet,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament "oqsma agrikoli" jfissru negozji tal-irziezet kif definiti fil-kuntest tal-istħarriġ u taċ-ċensimenti agrikoli fil-Komunità.

Artikolu 2

Għas-sena tal-kontijiet "1982" - perijodu ta’ 12 il-xahar konsekuttiv li jibda minn bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Lulju 1982 - u għal snin tal-kontijiet sussegwenti, il-limitu ta’ daqs ekonomiku kif hemm riferenza għalih fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 79/65/KEE għandu jkun kif ġej:

- 6 ESU fil-Belġju u fl-Olanda,

- 4 ESU fil-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, d-Danimarka, u r-Renju Unit (li ma jinkludix l-Irlanda ta’ Fuq),

- 2 ESU fl-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq,

- 1 ESU fl-Italja u l-Greċja.

Artikolu 3

In- numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet għal kull diviżjoni għandu jkun kif muri f’Anness I.

In-numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom ikunu magħżula għal kull diviżjoni jista jkun differenti minn dak muri f’Anness I sa 20 % ’l fuq jew ’l isfel basta li dan ma jirrizultax fi tnaqqis fit-total tan-numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet f’kull Stat Membru.

Artikolu 4

Il-pjan għal għażla tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet għandu jassigura ir-rappresentanza ġusta tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet bħala ħaġa waħda.

Għandu jinkludi:

(a) l-elementi li fuqhom ikun bażat, jiġifieri:

- partikolaritajiet tas-sorsi ta’ riferenzi statistiċi,

- il-proċeduri għal stratifikar fl-oqsma tal-istħarriġ skond it-tipoloġija tal-oqsma tal-Komunità, li jieħdu akkont, fejn ikun il-każ, ta’ kriterji nazzjonali addizjonali,

- il-proċeduri sabiex tkun determinate r-rata tal-għażla magħżula għal kull saff,

- il-proċeduri għal għażla tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet,

- il-proċeduri għal possibiltà li aktar tard ikun aġġornat il-pjan tal-għażla,

- il-perijodu probabbli għall-validità tal-pjan tal-għażla;

(b) it-tqassim tal-oqsma fil-kamp tal-istħarriġ ikklassifikati skond it-tipologija tal-oqsma tal-Komunità (li mill-inqas jikkorispondu għat-tipi prinċipali) u għan-numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom ikunu magħżula għall-kull saff adottat.

Artikolu 5

Il-pjan tal-għażla għandu jkun mgħoddi lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xaharejn qabel il-bidu ta’ l-ewwel sena tal-kontijiet li tirrelata għaliha.

Il-proċeduri u l-limiti taż-żmien ħalli jkunu mgħarrfa l-aġġustamenti għall-pjan tal-għażla lill-Kummissjoni għandu jkun l-istess bħal dak meħtieġ biex jintbaghat il-pjan innifsu.

Artikolu 6

Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tal-għażla għal oqsma li jipprezentaw il-kontijiet għandu jinkludi:

1. Il-tqassim tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet magħżula skond il-kategorija tal-qasam;

2. kummenti dwar l-analiżi tad-diskrepanzi misjuba bejn il-pjan tal-għażla u l-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet magħżula, dwar il-linji ta’ gwida li għandhom ikunu użati, biex titjieb l-għażla għal snin tal-kontijiet sussegwenti, u dwar il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu f’konsiderazzjoni l-informazzjoni tal-kontijiet.

Ir-rapport tal-implementazzjoni għandu jintbagħat skond il-mudell kif stipulat f’Anness II. Għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 6 xhur mill-bidu tas-sena tal-kontijiet.

Artikolu 7

Ir-Regolament Nru 91/66/KEE huwa mħassar.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b’effett mis-sena tal-kontijiet 1982.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Lulju 1982.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Ċ 109, tat- 23.6.1965, p. 1859/65.

[2] ĠU L 210, tat-30.7.1981, p. 1.

[3] ĠU Ċ 121, ta’ l- 4.7.1966, p. 2249/66.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet bid-diviżjoni

Numru ta’ Riferenza | Isem id-diviżjoni | Numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet (sena tal-kontijiet "1982" ’l quddiem) |

IL-ĠERMANJA

010 | Schleswig-Holstein | 500 |

020 | Hamburg | 40 |

030 | Niedersachsen | 800 |

040 | Bremen | – |

050 | Nordrhein-Westfalen | 660 |

060 | Hessen | 370 |

070 | Rheinland-Pfalz | 480 |

080 | Baden-Württemberg | 620 |

090 | Bayern | 960 |

100 | Saarland | 70 |

110 | Berlin | – |

| Total għal Ġermanja | 4500 |

FRANZA

121 | Ile-de-France | 95 |

131 | Champagne-Ardenne | 260 |

132 | Picardie | 230 |

133 | Haute-Normandie | 145 |

134 | Centre | 350 |

135 | Basse-Normandie | 215 |

136 | Bourgogne | 285 |

141 | Nord—Pas-de-Calais | 305 |

151 | Lorraine | 215 |

152 | Alsace | 160 |

153 | Franche-Comté | 200 |

162 | Pays de la Loire | 440 |

163 | Bretagne | 475 |

164 | Poitou-Charentes | 325 |

182 | Aquitaine | 425 |

183 | Midi-Pyrénées | 430 |

184 | Limousin | 195 |

192 | Rhône-Alpes | 360 |

193 | Auvergne | 320 |

201 | Languedoc-Roussillon | 340 |

203 | Provence—Alpes—Côte d’Azur | 270 |

204 | Corse | 60 |

| Total għal Franza | 6100 |

Numru ta’ Riferenza | Isem id-diviżjoni | Numru ta’ oqsma ji jippreżentaw il-kontijiet |

Sena tal-kontijiet |

1982 | 1983 | 1984 | 1985 il-quddiem |

L-ITALJA

221 | Valle d’Aosta | 70 | | | |

222 | Piemonte | 940 | | | |

230 | Lombardia | 950 | | | |

241 | Trentino | 150 | | | |

242 | Alto Adige | 150 | | | |

243 | Veneto | 900 | | | |

244 | Friuli-Venezia Giulia | 250 | | | |

250 | Liguria | 350 | | | |

260 | Emilia-Romagna | 900 | | | |

270 | Toscana | 900 | | | |

281 | Marche | 450 | | | |

282 | Umbria | 400 | | | |

291 | Lazio | 650 | | | |

292 | Abruzzo | 450 | | | |

301 | Molise | 140 | | | |

302 | Campania | 950 | | | |

303 | Calabria | 700 | | | |

311 | Puglia | 800 | | | |

312 | Basilicata | 350 | | | |

320 | Sicilia | 950 | | | |

330 | Sardegna | 600 | | | |

| Total: Italja | 12000 | 14000 | 16000 | 18000 |

Numru ta’ Riferenza | Isem id-diviżjoni | Numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet (sena tal-kontijiet 1982 ’l quddiem) |

340 | Il-BELĠJU | 1000 |

350 | IL-LUSSEMBURGU | 300 |

360 | L-OLANDA | 1500 |

370 | Id-DANIMARKA | 2000 |

380 | L-IRLANDA | 1300 |

IR-RENJU UNIT

411 | L-Ingliterra - Reġjun tat-Tramuntana | 420 |

412 | L-Ingliterra - Reġjun ta’ Lvant | 650 |

413 | L-Ingliterra - Reġjun tal-Punent | 430 |

421 | Wales | 300 |

431 | L-Iskozja | 380 |

441 | L-Irlanda ta’ Fuq | 320 |

| Total: Ir-Renju Unit | 2500 |

Numru ta’ Riferenza | Isem id-diviżjoni | Numru ta’ oqsma ji jippreżentaw il-kontijiet |

Sena tal-kontijiet |

1982 | 1983 | 1984 | 1985 ’l quddiem |

IL-GREĊJA

450 | Makedonia — Thraki | 1510 | 2070 | 2380 | 2480 |

460 | Ipiros — Peloponnissos — Nissi Ioniou | 1120 | 1530 | 1760 | 1840 |

470 | Thessalia | 560 | 770 | 900 | 930 |

480 | Sterea Ellas — Nissi Egaeou — Kriti | 1210 | 1630 | 1860 | 1950 |

| Total: Il-Greċja | 4400 | 6000 | 6900 | 7200 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

RAPPORT DWAR L-IMPLEMENTAZJONI TAL-PJAN TAL-GĦAŻLA GĦALL- OQSMA LI JIPPREŻENTAW IL-KONTIJIET

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------