Official Journal L 378 , 31/12/1982 P. 0045 - 0046
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0143
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0020
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0143
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 14 P. 0020
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1982 li temenda d-Direttivi dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-tip ta’ approvazzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura u l-forestrija [3], kif emendat bid-Direttiva 79/694/KEE [4], jillimita l-ambitu ta’ l-imsemmija Direttiva għal tratturi mgħammra b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom żewġ fusien u b’disinn għal veloċità massima ta’ bejn is-6 u l-25 km/siegħa; Billi l-istess Direttiva tipprovdi li, fejn meħtieġ, tratturi ta’ disinn għal veloċità massima li teċċedi l-25 km/siegħa għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġiet speċjali; billi dawk it-tratturi jiffurmaw parti mill-flotta ta’ tratturi manifatturata u użata fil-Komunità u joffru vantaġġi fir-rigward ta’ l-effiċjenza ta’ l-azjendi agrikoli; Billi żieda ta’ 20 % fil-veloċità massima skond id-disinn, li s’issa kienet preskritta, hija raġonevoli meta wieħed iqis is-sigurezza fit-triq u s-sigurezza tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fir-raba’; Billi l-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jirrestrinġu l-veloċità li biha trattur jista’ jinsaq fit-triq billi jiġu imposti limiti fuq il-veloċità; Billi, barra minn hekk, tratturi li jkollhom aktar minn żewġ fusien jistgħu jiġu ttrattati bl-istess mod bħal dawk li jkollhom żewġ fusien biss, u għalhekk jistgħu jsiru suġġetti għall-istess dispożizzjonijiet; Billi mhuwiex għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli speċifiċi maħsuba fil-qafas tad-Direttiva 74/150/KEE; billi huwa biżżejjed li l-ambitu ta’ l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jitwessa’, flimkien ma’ dak tad-Direttivi speċifiċi li jkun fihom definizzjoni espressa ta’ l-ambitu ta’ l-applikazzjoni dwar tratturi li fihom aktar minn żewġ fusien u tratturi li jkollhom veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn il-25 u t-30 km/siegħa, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. L-Artikolu 1(2) tad-Direttivi 74/150/KEE, 74/151/KEE [5], 74/152/KEE [6], 74/346/KEE [7], 74/347/KEE [8], 75/321/KEE [9], 75/322/KEE [10], 76/432/KEE [11], 77/311/KEE [12], 77/537/KEE [13], 78/933/KEE [14], 79/532/KEE [15], 79/533/KEE [16], u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 78/764/KEE [17] għandhom jinbidlu b’dan li ġej: "2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom żewġ fusien u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t-30 km/siegħa." 2. L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 80/720/KEE [18] għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom talanqas żewġ fusien u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t-30 km/siegħa u wisa’ ta’ drive-axle track fiss jew varjabbli ta’ 1150 mm jew aktar." 3. L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 76/763/KEE [19] għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom talanqas żewġ fusien u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t-30 km/siegħa u wisa’ tal-karreġjata fissa ta’ 1250 mm jew aktar." 4. Il-punt 1.5 ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva 74/152/KEE għandu jinbidel b’dan li ġej: "1.5. Biex jitqiesu diversi żbalji inevitabbli minħabba, b’mod partikolari, it-teknika tal-kejl u ż-żieda fil-veloċità li taħdem biha l-magna b’tagħbija parzjali, riżultat ta’ 10 % ogħla mill-valur ta’ 30 km/siegħa għandu jkun aċċettabbli għall-approvazzjoni tat-tip." L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xaħar min-notifika tagħha u għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni bihom. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1982. Għall-Kunsill Il-President H. Christophersen [1] ĠU C 182, 19.7.1982, p. 112. [2] ĠU C 77, tad-29.3.1982, p. 1. [3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. [4] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 17. [5] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 25. [6] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 33. [7] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p. 1. [8] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p. 5. [9] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 24. [10] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 28. [11] ĠU L 122, tat-8.5.1976, p. 1. [12] ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 1. [13] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 38. [14] ĠU L 325, ta’ l-20.11.1978, p. 16. [15] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 16. [16] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 20. [17] ĠU L 255, tat-18.9.1978, p. 11. [18] ĠU L 194, tat-28.7.1980, p. 1. [19] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 135. --------------------------------------------------