Official Journal L 378 , 31/12/1982 P. 0019 - 0023
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 4 P. 0088
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 4 P. 0088
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0060
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0060
Direttiva tal-kunsill tal-10 ta’ Diċembru 1982 li temenda d-Direttiva 78/170/KEE dwar il-Prestazzjoni tal-Ġeneraturi tas-Sħana għat-Tisħin ta’ Spazji u l-Produzzjoni ta’ Ilma Jaħraq f’Bini Mhux Industrijali Ġdid Jew Eżistenti u dwar l-Insulazzjoni tad-Distribuzzjoni tas-Sħana u ta’ l-Ilma Jaħraq Domestiku F’Bini Ġdid Mhux Industrijali (82/885/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika ewropea, u partikolarment l-Artikolu 103 miġjub fih, Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi d-Direttiva 78/170/KEE [3] tirrikjedi li ‘l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw illi l-ġeneraturi l-ġodda kollha tas-sħana għat-tisħin ta’ spazji u/jew il-produzzjoni ta’ ilma jaħraq domestiku f’ bini mhux industrijali ġdid jew eżistenti jikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni; Billi d-Direttiva msemmija tipprovdi li konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti minimi għandha tiġi żgurata minn spezzjoni li ssir jew fl-istadju tal-fabbrikar tal-ġeneratur jew fil-ħin ta’ l-istallazzjoni; Billi tipprovdi wkoll, f’ każ ta’ ġeneraturi soġġetti għall-ispezzjoni fil-ħin ta’ l-istallazzjoni, li t-telf ta’ enerġija m’ għandux jeċċedi l-livelli stabbilit milll-Istati Membri; Billi minkejja dan tipprovdi li dawk l-attrezzaturi li għalihom mhux prattikabbli t-testjar għat-tip ikunu materja ta’ proposta sussegwenti wara li jitwettqu studji tekniċi xierqa; Billi, meta jkunu kompletati dawn l-istudji, għandhom jiġu adottati passi xierqa dwar dawn il-ġeneraturi tas-sħana; Billi dawn l-istudju juru ħtieġa biex jiġi provdut għall-possibilità ta’ intervall bejn il-ħin ta’ l-istallazzjoni ta’ ġeneratur li għalih mhux prattikabbli testjar għat-tip u l-ħin li fih issir spezzjoni fuq il-post; Billi, barra min dan, dawn l-istudji wasslu għall-abbozzar ta’ kodiċi ta’ prattika li jindika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għat-testijiet fuq il-post ta’ prestazzjoni ġeneratur tas-sħana li jaħdem b’nar minn karburant likwidu jew gass, bla ħsara għall-ispezzjoni dwar l-istallazzjoni tiegħu; Billi huwa konsegwentement meħtieġ li l-ispezzjonijiet tal-ġeneraturi kunsidrati jsiru bi qbil ma’ l-imsemmi kodiċi, li jikkostitwixxi bażi komuni minima fil-Komunità kollha; billi d-dispożizzjonijiet tal-kodiċi ma japplikawx għall-ġeneraturi tas-sħana li jaħdmu bil-karburant solidu; Billi huwa xieraq li, sabiex tiġi permessa verifika fil-pront ta’ konformità mar-regoli dwar spezzjoni li ssir dwar l-istallazzjoni, għandu jiġi provdut għall-plakka tad-data simili għal dik stabbilita għall-ġeneraturi tas-sħana spezzjonati fl-istadju tal-fabbrikar; billi din il-plakka tista’ tiġi sostitwita mir-rapport ta’ l-ispezzjoni; billi, f’ każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew il-livelli ta’ telf ta’ enerġija, ir-rapport ta’ spezzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità amministrativa kompetenti; Billi l-mizuri addottati biex tiġi implementata din id-Direttiva għandha tinkorpora l-miżuri adottati għall-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’l-Istati Membri fl-oqsma konċernati minn din id-Direttiva u għandhom ikunu diretti għall-faċilitazzjoni tax-xogħol dwar armonizzazzjoni jew standardizzazzjoni li qed issir jew li ser issir f’dawn l-oqsma fuq il-livell tal-Komunità jew internazzjonalment; Billi għalhekk id-Direttiva 78/170/KEE għandha tiġi emendata. ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 78/170/KEE hija hawn emedata kif ġej: 1. Il-kliem "ġustifikabbli ekonomikament" għandhom jiġu inseriti qabel il-kliem "rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni" fl-ewwel sottoparagrafu ta’l-Artikolu 1(1); 2. Ir-raba’ subparagrafu ta’l-Artikolu 1(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "ġeneraturi tas-sħana elettriċi bir-reżistenzi, pompi tas-sħana u konnessjonijiet ma’ network tas-sħana mbiegħda għandhom jiġu esklużi."; 3. L-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(1) għandu jiġi mħassar; 4. (1) l-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit fl-Artikolu 1: "3a. Ġeneraturi tas-sħana soġġetti għall-ispezzjoni fil-ħin ta’ l-istallazzjoni li ma jħarsux ir-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni għandhom ikunu materja ta’ deċiżjoni mill-awtorità amministrattiva kompetenti, li tista; wkoll tordna li ġeneratur jitneħħa mis-servizz; il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandu jiġi attestat permezz ta’ plakka tad-data ("informazzjoni";) li tagħti għall-inqas id-dettalji li għalihom hemm provdut fil-paragrafu 3, ħlief l-aħħar inċiż dwar il-konsum tal-ġeneratur meta qiegħed jaħdem b’ kapaċità ratata. L-indikazzjoni tat-temperatura massima tal-likwidu li jsaħħan li għalih hemm provdut fil-ħames inċiż tista’ titħalla barra jekk it-temperatura hija speċifikata f’dokument ieħor; Il-korp li jispezzjona għandu jintalab li jipprovdi l-utent rapport ta’ l-ispezzjoni f’forma stabbilita mill-Istati Membri; dan ir-rapport għandu juri, partikolarment, id-dettalji li għandhom jingħataw fuq il-plakka tad-data ("informazzjoni";) li għaliha hemm provdut fl-ewwel subparagrafu; jista’ jissostitwixxi l-plakka. Meta rapport ta’ l-ispezzjoni juri li ġeneratur tas-sħana jonqos milli jħares ir-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni, il-korp li jispezzjona għandu jibgħat kopja tar-rapport lill-awtorità amministrativa kompetenti. F’ każ ta’ ġeneratur tas-sħana li ġej minn Stat Membru ieħor l-awtorità amministrattiva kompetenti tal-post fejn issir l-ispezzjoni għandha, bil-kunsens tal-proprjetarju, tipprovdi ‘l-provditur, fuq talba tiegħu stess, kopja tar-rapport ta’l-ispezzjoni. 3b. L-ispezzjoni ta’ ġeneraturi tas-sħana fil-ħin ta’ l-istallazzjoni għandha ssir bi qbil mal-kodiċi ta’ prattika anness ma’ din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi jikkostitwixxu bażi minima komuni għall-proċedura ta’ l-ispezzjoni fil-Komunità kollha. Jistgħu jiġu supplementati iżda mhux kanċellati, minn dispożizzjonijiet li jiddeċiedu fuqhom l-Istati Membri. Id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi m’ għandhomx japplikaw għal ġeneraturi tas-sħana li jaħdmu b’nar minn karburant solidu jew minn boilers ta’ kundensazzjoni."; 5. L-Artikolu 1(4) għandu jkun mibdul b’dan li ġej: "4. F’każ ta’ ġeneraturi ta’ sħana soġġetti għall-ispezzjoni fil-ħin ta’ l-istallazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw, minfolk rekwiżiti minimi ta’ kif jaħdmu, livelli massimi ta’ telf ta’ enerġija skond il-punt 3.1 tal-kodiċi ta’ prattika. F’ dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3a u 3b għandhom japplikaw". Artikolu 2 L-Anness ta’ din id-Direttiva għandu jiżdied mad-Direttiva 78/170/KEE. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri dwar it-testjar tal-ġeneraturi fil-ħin ta’ l-istallazzjoni fi żmien 18-il xahar min-notifika ta’ din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fit-28 ta’ Ottubru 1999. Għall-Kunsill Il-President G. Fenger Moeller [1] ĠU C 175, ta’ l-14.7.1980, p. 12. [2] ĠU C 300, tat-18.11.1980, p. 6. [3] ĠU L 52, tat-23.2.1978, p. 32. -------------------------------------------------- ANNESS KODIĊI TA' PRATTIKA GĦALL-ITTESTJAR TA' PRESTAZZJONI FIL-ĦIN TA' L-ISTALLAZZJONI TA' ĠENERATUR TAS-SĦANA LI JAĦDEM BIN-NAR MINN KARBURANT LIKWIDU JEW GASS UŻAT F'BINI MHUX INDUSTRIJALI GĦAT-TISĦIN TA' SPAZJI U/JEW GĦALL-PRODUZZJONI TA' ILMA JAĦRAQ DOMESTIKU PROCEDURA TAT-TEST U DETERMINAZZJONI TAT-TELF 1. ĠENERALI 1.1. F' każ ta' ġeneratur ta' sħana kapaċi li juża tipi varji ta' karburanti (likwidi jew gass), it-test isir b' karburanti ta' kull tip li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant u li hu disponibbli fil-ħin tat-test. 1.2. Il-ħruġ għall-flue-gases għandu jiġi provdut permezz ta' fetħa għall-inseriment ta' strument tal-kejl u għall-kampjun tad-duħħan. 1.3. Il-preċiżjoni ta' kull kejl għandu jkun tali li jippermetti preċiżjoni ġenerali tar-riżultati speċifikati mill-Istati Membri biex jinkisbu. 1.4. It-test isir fi żmien raġonevoli u preferibbilment fl-output kalorifiku nominali tal-ġeneratur. Fejn dan hu impossibbli, għandu jintuża l-eqreb piż li jmiss. Jekk il-ġeneratur huwa disinjat li jopera f' żewġ tagħbijiet jew iktar, test b' piż imnaqqas jista' jsir ukoll fuq talba ta' l-Istati Membri. Il-piżijiet użati għandhom jiġu stmati b' mod li wieħed jista' joqgħod fuqu. 1.5. Il-prestazzjoni, jekk determinat bil-metodu dirett jew indirett, għandu jiġi espress bħala perċentwal fuq il-bażi tal-valur kalorifiku nett jew gross tal-karburanti injettati fil-burner bil-piż stmat kif indikat f' 1.4. 2. KONDIZZJONIJIET TAT-TEST 2.1. Preparazzjoni tal-ġeneratur 2.1.1. Hija r-responsabbiltá ta'l-utent, bl-għajnuna tal-fabbrikant u/jew l-istallatur, li jwettaq qabel it-test it-tindif, regolament u preparazzjoni tal-ġeneratur li huwa jikkonsidra neċessarju. L-awtoritajiet kompetenti amministrattivi jistgħu jagħmlu lil dan it-tindif obbligatorju. 2.1.2. Il-prevenzjoni ta' tnixxija tal-ġeneratur u tal-konnessjoni tiegħu mal-flue għandha tiġi verifikata. 2.2. Identifikazzjoni tal-ġeneratur 2.2.1. Qabel it-test, il-korp li jispezzjona (minn issa msejjaħ "il-korp") għandu jirreġistra id-data kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-ġeneratur, u għall-inqas il-karatteristiċi tal-ġeneratur jew l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu kif dikjarat per eżempju fuq il-plakka tad-data u/jew fl-istruzzjonijiet għall-armar u tħaddim mogħtija lill-utent dwar il-fabbrikant, l-għamla, is-sena tal-fabbrikar u r-rata tas-sħana. 2.2.2. Il-korp għandu jivverifika li l-kondizzjonijiet neċessarji huma sodisfatti biex jiġi żgurat li ma jsir l-ebda tfixkil waqt it-test li x'aktarx jaffettwa l-validitá tiegħu b'mod ħażin. Għal dan l-għan għandu partikolarment jirrikjedi lill-utent li jipproduċi iċ-ċertifikati – jew jipprovdi xi meżż ieħor ta' prova – li jistabbilixxi li l-verifiki għas-sigurtá stabbiliti għall-kamra tal-kaldarun u s-sit tal-kamra tal-kaldarun ikunu saru. Din il-kundizzjoni tista' titiqies li ġiet soddisfatta fl-Istati Membri fejn il-ġeneraturi tas-sħana ma jistgħux jiġu stallati jew jitħaddmu mingħajr ma jsiru testijiet tas-sigurtà qabel. Jekk m'humiex meħtieġa dawn il- verifiki mil-liġi nazzjonali, il-korp huwa intitolat għal sigurtà raġunevoli ta' kondizzjonijiet salvi ta' operazzjoni qabel ma jwettaq il-verifika. Jekk jonqos milli jikseb soddisfazzjon fuq il-punti fuq, il-korp jista' jirrifjuta li jwettaq il-verifika; f' dak il-każ għandu jikteb rapport ad hoc. 2.3. Operat preliminari 2.3.1. Qabel it-test jista' jsir operat preliminari mill-korp biex jivverifika u jissettja minn qabel il-ħidma tat-tagħmir ta' kejl istallat għall-għanijiet ta' verifikazzjoni. Il-korp għandu jiżgura illi l-kejl kollu huwa sal-livell ta' preċiżjoni mitluba. Aktar speċifikament, jekk il-korp jiddeċiedi li juża xi strumenti ta' kejl li jiffurmaw parti mit-tagħmir normali ta' l-istallazzjoni, għandu jivverifika li dawn jissoddisfaw il-kondizzjonijiet mixtieqa dwar standardi ta' preċiżjoni u li wieħed jafda fihom. 2.3.2. Hija r-responsabbiltà ta' l-utent, assistit mill-fabbrikant u/jew l-istallatur, bil-permess tal-proprjetarju tal-ġeneratur, li jwettaq tiswijiet finali lill-ġeneratur li jistgħu jkunu meħtieġa u biex jipprovdi spegazzjonijiet oħrajn ta' l-istruzzjonijiet varji sabiex jiġu maħluqa kondizzjonijiet ottimi għat-test. 2.4. It-test 2.4.1. Operazzjonijiet tat-test huma r-responsabbiltá tal-korp waħdu. 2.4.2. It-test għandu jitwettaq taħt il-kondizzjonijiet ta' stat kostanti (steady-state), fejn il-karburanti u t-tmexxija ta' l-arja tal-ħruq jinzammu konstanti. 2.4.3. Waqt it-test il-korp għandu jagħmel il-kejl obbligatorju li għalihom hemm provdut taħt 3 u, jekk xieraq, il-kejl mhux obbligatorju li għalih hemm provdut taħt 4. Għandu jikteb rapport kif provdut f' 5. 3. DETERMINAZZJONI TA' TELF PERMEZZ TAL-FLUE GASES 3.1. Kejl ta' telf ta' sħana sensibbli Fejn il-prestazzjoni tiġi determinata bil-metodu indirett, il-korp huwa intitolat li jkejjel il-perċentaġġ bil-volum jew bil-karbon diossidu jew l-ossiġenu fil-flue gases. Imbagħad għandu japplika formola li flimkien mad-differenza fit-temperatura bejn flue gases u l-arja tal-kombustjoni tinkorpora kostanti xierqa. Il-formola u l-kostanti għandhom ikunu ġew pubblikati mill-Istati Membri li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu l-korp li jispezzjoni jaqa' jew jiġi stabbilit fi standard. Fin-nuqqas ta' regolamenti uffiċjali jew ta' standard, telf ta' sħana sensibbli tista' tkun ikkalkolata mill-karatteristiċi tal-karburanti, il-valur kalorifiku tiegħu u l-volum ta' l-arja żejda billi jintużaw tabelli li jagħtu s-sħana speċifika tal-gassijiet li jinħarqu malajr bħal dawk stabilita mit-12-il Kungress Dinji fuq il-Gass (IGU/E/17/73). Il-proċedura ta'hawn fuq ma japplikax għall-kaldaruni ta' kundensazzjoni. 3.2. Kejl tal-kapaċitá tal-flue gas Il-korp għandu jwettaq dan il-kejl fejn il-ġeneratur juża karburanti likwidu jew gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) injettat f'forma likwida; il-kejl isir permezz ta' strument xieraq; ir-riżultat jiġi espress bħala numru konvenzjonali tad-duħħan (0 sa 9). 4. VERIFIKI OHRAJN (M'HUMIEX OBBLIGATORJI) 4.1. Traċċi ta' monossidu tal-karbonju Il-korp jista' jingħata l-poter li jivverifika li flue gases tal-ġeneraturi ma jkunx fihom monossidu tal-karbonju f' tali ammonti li jitfa' dubju fuq ir-riżultati tal-kejl li jkun sar skond 3.1. 4.2. Telf mill-ħitan tal-ġeneratur tas-sħana F'dawk l-Istati Membri fejn la hemm regolamenti u lanqas regoli tekniċi jew dispożizzjonijiet oħrajn dwar is-suġġett, il-korp jista' jkun awtorizzat li jistma t-telf permezz tal-ħitan mid-data li provduti mill-fabbrikant u/jew mit-temperaturi tal-wiċċ osservati matul it-test. 5. RAPPORT TAT-TEST Wara t-test il-korp għandu jagħmel rapport fil-forma stabbilita mill-Istati Membri, u jagħti l-karatteristiċi ewlenin tal-ġeneratur, il-kejl li ttieħed, il-formula użata biex jkunu kalkulati t-telf u l-prestazzjoni ta-ġeneratur tas-sħana. --------------------------------------------------