31982L0714



Official Journal L 301 , 28/10/1982 P. 0001 - 0066
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0031
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 0074
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0031
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 3 P. 0074


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-4 ta' Ottubru 1982

li tistabbilixxi ħtiġijiet tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

(82/714/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod speċjali l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-objettivi u l-implimentazzjoni ta' politika komuni għat-trasport jeħtieġu inter alia, fil-qasam tan-navigazzjoni interna, li l-moviment ta' bastimenti fin-network Komunitarju jitwettaq taħt l-aħjar kondizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati s-sigurtà u l-kompetizzjoni;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 76/135/KEE ta' l-20 ta' Jannar 1976 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tan-navigazzjoni għal bastimenti tal-kanali interni [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 78/1016/KEE [4], tipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta dispożizzjonijiet komuni li jistabilixxu l-ħtiġijiet tekniċi għal bastimenti tal-kanali interni; billi, l-mira ta' din id-Direttiva hija li tistabbilixxi dawn il-ħtiġijiet; billi, madanakollu, ċerti kategoriji ta' bastimenti għandhom jiġu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

Billi l-kanali interni Komunitarji jvarjaw fir-rigward tas-sigurtà u għandhom għalhekk jinqasmu f'numru ta' żoni; billi hu mixtieq li ma jkunx hemm kunflitt mas-sistema stabbilita mill-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fir-Rhine;

Billi hu mixtieq li jiġi introdott ċertifikat Komunitarju għan-navigazzjoni interna, validu fil-kanali Komunitarji kollha ħlief dawk fejn tapplika l-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni tar-Rhine, li jivverifika l-konformità tal-bastimenti mal-ħtiġijiet tekniċi komuni;

Billi għandu jkun possibbli li jintuża ċ-ċertifikat ta' spezzjoni maħruġ skond L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fir-Rhine fuq il-kanali Komunitarji kollha, soġġetti, f'ċerti każijiet, għal pussess ta' ċertifikat Komunitarju addizzjonali;

Billi, minħabba l-importanza lokali tagħhom u l-ħtiġijiet speċjali tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jeżentaw mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva kollha jew part minnha ċertu bastimenti li ma joperawx fil-kanali interni ta' Stati Membri oħrajn;

Billi d-dati neċessarji biex jitwettqu l-ispezzjonijiet tekniċi li jagħtu lok għall-ħruġ ta' ċertifikati għal bastimenti fis-servizz għandhom jiġu stabbiliti;

Billi, sabiex jiġi ffaċilitat l-adattament malajr għall-progress tekniku ta' l-Annessi ma' din id-Direttiva, għandha tiġi stabbilita proċedura streamlined ta' emendi;

Billi, skond L-Artikolu 7 tad-Direttiva 76/135/KEE, il-miżuri previsti f'dik id-Direttiva għandhom jibqgħu fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva; billi huwa neċessarju għad-Direttiva 76/135/KEE li tibqa' applikabbli għal dawk il-bastimenti koperti minnha li mhumiex koperti b'din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IT-TITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, kanali interni Komunitarji għandhom jiġu kklassifikati kif ġej:

- Żoni 1 u 2: il-kanali elenkati fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness I,

- Żona 3: il-kanali elenkati fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness I,

- Żona 4: il-kanali Komunitarji l-oħrajn kollha.

Żona R tkopri dawk il-kanali msemmija hawn fuq li għalihom għandhom jinħarġu ċertifikati ta' spezzjoni skond l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fir-Rhine kif inhu miktub f'dan l-Artikolu meta tiġi adottata d-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

- bastimenti li jkollhom piż totali waħedhom ta' 15-il tunnellata metrika jew aktar, jew bastimenti mhux intenzjonati għat-trasport ta' merkanzija li jieħdu spazju ta' 15-il metru kubiku jew aktar,

- tugs u pusher craft, inklużi dawk li jieħdu spazju ta' inqas minn 15-il metru kubiku, sakemm ikunu nbnew biex jiġbdu jew jimbuttaw jew biex imexxu bastimenti magħhom.

2. Dawn li ġejjin huma esklużi minn din id-Direttiva:

- bastimenti tal-passiġġieri,

- ferries,

- apparat li jżomm f'wiċċ l-ilma,

- stabbilimenti u installazzjonijiet f'wiċċ l-ilma inklużi dawk li jitmexxew minn post għall-ieħor,

- pleasure craft,

- service craft li jappartjeni għal awtoritajiet ta' sorveljanza u bastimenti għat-tifi tan-nar,

- bastimenti navali,

- bastimenti tal-baħar, inklużi tugs tal-baħar u pusher craft li joperaw jew li jkunu bbażati fuq baħar tidal jew temporanjament f'kanali interni, li jkollhom permess validu tan-navigazzjoni,

- tugs u pusher craft li jieħdu spazju ta' inqas minn 15-il metru kubiku li nbnew biex jiġbdu, jimbuttaw jew imexxu magħhom biss bastimenti li jieħdu spazju ta' inqas minn 15-il metru kubiku.

L-Artikolu 3

Bastimenti li joperaw fuq kanali Komunitarji elenkati fl-Artikolu 1 għandu jkollhom:

- ċertifikat maħruġ skond l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fir-Rhine, meta joperaw f'kanal taż-Żona R,

- ċertifikat tan-navigazzjoni interna Komunitarju maħruġ lill-bastimenti li jikkonformaw mal-ħtiġijiet tekniċi ta' l-Anness II, meta joperaw fuq kanali ta' żoni oħrajn.

Iċ-ċertifikat Komunitarju għandu jitfassal skond il-mudell mogħti fl-Anness III u għandu jinħareġ skond din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

1. Il-bastimenti kollha li jkollhom ċertifikat validu skond l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine jistgħu ibaħħru fuq il-kanali Komunitarji billi jġorru biss dak iċ-ċertifikat.

2. Madanakollu, il-bastimenti kollha li jkollhom iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ukoll jingħataw ċertifikat supplimentari tan-navigazzjoni interna (ċertifikat supplimentari Komunitarju):

- meta joperaw f'kanali taż-Żona 3 u 4, jekk jixtiequ jieħdu vantaġġ mit-tnaqqis tal-ħtiġijiet tekniċi f'dawn il-kanali,

- meta joperaw f'kanali taż-Żona 1 u 2, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta ħtiġijiet tekniċi addizzjonali għal dawn il-kanali, skond l-Artikolu 5.

Iċ-ċertifikat supplimentari Komunitarju għandu jitfassal skond il-mudell muri fl-Anness IV u għandu jinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mal-produzzjoni taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom.

L-Artikolu 5

1. Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine u wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni, jadotta ħtiġijiet tekniċi addizzjonali għal dawk fl-Anness II għal bastimenti li joperaw f' kanali taż-Żona 1 u 2 fit-territorju tiegħu.

Dawn il-ħtiġijiet addizzjonali għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni ta' l-inqas sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, sakemm ma kinux diġà fis-seħħ fil-21 ta' Jannar 1977.

2. Konformità mill-bastimenti ma' dawn il-ħtiġijiet addizzjonali għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat Komunitarju msemmi fl-Artikolu 3 jew, meta l-Artikolu 4(2) japplika, fiċ-ċertifikat supplimentari Komunitarju.

L-Artikolu 6

Kull bastiment li jkollu ċertifikat maħruġ skond ir-Regolament għat-trasport ta' sustanzi perikolużi fuq ir-Rhine (ADNR) jista' jġorr merkanzija perikoluża fit-territorju kollu tal-Komunità taħt il-kondizzjonijiet dikjarati f'dak iċ-ċertifikat.

Kull Stat Membru jista' jeħtieġ li bastimenti li ma jkollhomx ċertifikat ADNR għandhom ikunu awtorizzati jittrasportaw merkanzija perikoluża fit-territorju tiegħu biss jekk il-bastimenti jikkonformaw mal-ħtiġijiet addizzjonali għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Dawn il-ħtiġijiet għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva kollha jew parti minnha:

(a) bastimenti li joperaw f'kanali navigabbli li mhumiex magħquda, permezz ta' kanali interni, mal-kanali ta' Stati Membri oħrajn;

(b) bastimenti li jkollhom piż waħedhom li ma jaqbiżx it-350 tunnellata li kienu stabbiliti qabel l-1 ta' Jannar 1950 u li joperaw esklussivament fuq kanal nazzjonali.

2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw fir-rigward ta' navigazzjoni fuq il-kanali nazzjonali tagħhom eżenzjonijiet minn Dispożizzjoni waħda jew iktar ta' din id-Direttiva għal vjaġġi limitati ta' interess lokali jew f'żoni tal-port. Id-derogi inkwistjoni u l-vjaġġi jew iż-żona li għaliha huma validi għandhom jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat tal-bastiment.

3. Il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata bid-derogi adottati skond dan l-Artikolu.

4. Kull Stat Membru li, bħala riżultat tad-derogi mogħtija skond il-paragrafi 1 u 2, m'għandu l-ebda bastimenti soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li joperaw fil-kanali tiegħu m'għandux ikun meħtieġ jikkonforma ma' l-Artikoli 9, 10 u 12.

IT-TITOLU II

Kondizzjonijiet u regoli għall-ħruġ ta' ċertifikati Komunitarji fil-kanali interni

L-Artikolu 8

1. Iċ-ċertifikat Komunitarju għandu jinħareġ lil bastimenti stabbiliti mill-1 ta' Jannar 1985 wara spezzjoni teknika mwettqa qabel ma l-bastiment jitqiegħed fis-servizz u maħsuba biex tikkontrolla jekk il-bastiment jikkonformax mal-ħtiġijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II.

2. Iċ-ċertifikat Komunitarju għandu jinħareġ lil bastimenti fis-servizz fl-1 ta' Jannar 1985 u lill-bastimenti stabbiliti qabel dik id-data wara spezzjoni teknika li għandha ssir bejn l-1 ta' Jannar 1986 u l-1 ta' Lulju 1998, skond skeda li għandha tiġi stabbilita minn kull Stat Membru, biex tikkontrolla li l-bastiment jikkonforma mal-ħtiġijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II. Din l-iskeda għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

Madanakollu, fil-każ ta' bastimenti li jinnavigaw esklussivament fuq in-network nazzjonali tagħha u stabbilita qabel l-1 ta' Jannar 1970, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li jestendi b'seba' snin il-perjodu li matulu għandha titwettaq l-ispezzjoni teknika.

3. Il-konformità ta' bastiment mal-ħtiġijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5 għandha, meta approprjat, tiġi kkontrolata tul l-ispezzjonijiet tekniċi previsti fil-paragrafi preċedenti, jew tul spezzjoni teknika mwettqa fuq talba tas-sid tal-bastiment.

L-Artikolu 9

Iċ-ċertifikat Komunitarju għandu jinħareġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huwa rreġistrat il-bastiment jew, fin-nuqqas ta' dan, ta' l-Istat Membru li fih jinsab il-port tar-residenza tiegħu jew, fin-nuqqas ta' dan, ta' l-Istat Membru li fih hu stabbilit is-sid.

Dawn l-awtoritajiet jistgħu, meta approprjat, jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex joħroġ iċ-ċertifikat.

Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika liema mill-awtoritajiet tiegħu huma kompetenti biex joħorġu ċ-ċertifikati u għandu jinnotifikaha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

Kull Stat Membru li, permezz ta' l-Artikolu 7(4), għadu ma ħatarx awtorità kompetenti jista' jitlob lil Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħrajn biex jordnaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex joħorġu ċertifikati Komunitarji fir-rigward ta' bastimenti rreġistrati fi jew li jkollhom il-port tar-residenza tagħhom fit-territorju tiegħu, jew ikun proprjetà ta' nies stabbiliti fih.

L-Artikolu 10

L-ispezzjoni teknika msemmija fL-Artikolu 8 għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jibqgħu lura milli jissoġġettaw il-bastiment kollu jew parti minnu għal spezzjoni teknika meta jkun evidenti minn ċertifikat validu, maħruġ minn soċjetà li tikklassifika approvata mill-Istat li fih iċ-ċertifikat jinħareġ, li l-bastiment jissodisfa l-ħtiġijiet tekniċi kollha jew parti minnhom ta' l-Anness II.

Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika liema mill-awtoritajiet tiegħu huma kompetenti biex iwettqu l-ispezzjonijiet tekniċi u għandu jinnotifikaha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

L-Artikolu 11

Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat Komunitarju għandu jiġi determinat f'kull każ speċifiku mill-awtorità kompetenti biex toħroġ dawn iċ-ċertifikati. Madanakollu dan il-perjodu m'għandux jaqbeż l-10 snin.

L-Artikolu 12

Kull Stat Membru għandu jistabilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom ċertifikat validu li ntilef jew ġratlu l-ħsara jista' jiġi sostitwit.

IT-TITOLU III

Kondizzjonijiet u regoli għat-tiġdid jew l-emenda taċ-ċertifikati

L-Artikolu 13

Iċ-ċertifikat Komunitarju għandu jiġġedded ma' l-iskadenza tal-perjodu ta' validità tiegħu, skond il-kondizzjonijiet u r-regoli għall-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati.

L-Artikolu 14

Il-validità taċ-ċertifikat tista' eċċezzjonalment tiġi estiża għal perjodu massimu ta' 12-il xahar mill-awtorità li ħarġitu jew ġedditu.

Din l-estensjoni għandha tiġi indikata fuq iċ-ċertifikat Komunitarju.

L-Artikolu 15

F'każ ta' tibdiliet jew tiswijiet maġġuri li jimmodifikaw is-saħħa strutturali jew il-karatteristiċi tal-bastiment, dan ta' l-aħħar għandu għal darb' oħra jgħaddi, qabel aktar vjaġġi, mill-ispezzjoni teknika prevista fl-Artikolu 8.

Wara din l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat ġdid li jiddikjara l-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment.

Jekk dan iċ-ċertifikat hu maħruġ fi Stat Membru ta' xort'oħra minn dak li ħareġ jew ġedded iċ-ċertifikat inizjali, l-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat għandha tkun mgħarrfa kif approprjat fi żmien xahar.

IT-TITOLU IV

Rifjut jew irtirar

L-Artikolu 16

Kull deċiżjoni għal rifjut għal ħruġ jew tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju għandha tiddikjara l-bażijiet li fuqhom ġiet stabbilita. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi notifikata biha u bil-proċedura ta' appell u l-limiti ta' żmien tagħha fl-Istat Membru kkonċernat.

Kull ċertifikat validu jista' jiġi rtirat mill-awtorità kompetenti li ħarġitu jew ġedditu jekk il-bastiment jieqaf jikkonforma mal-ħtiġijiet tekniċi speċifikati fiċ-ċertifikat tiegħu.

IT-TITOLU V

Verifika

L-Artikolu 17

1. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu f'kull ħin jikkontrollaw li bastiment ikollu ċertifikat validu skond il-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva u li jissodisfa l-ħtiġijiet stabbiliti f'dan/dawn iċ-ċertifikat(i).

2. Jekk l-awtoritajiet jiskopru wara li jagħmlu l-ispezzjoni li ċ-ċertifikat huwa invalidu, jew li l-bastiment ma jissodisfax il-ħtiġijiet stabbiliti fiċ-ċertifikat, imma li dik l-invalidità jew nuqqas li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ma joħolqux perikolu manifest, is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jirrimedja s-sitwazzjoni. L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat jew li ġedditu l-aħħar għandha tiġi infurmata.

3. Jekk, meta ssir l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet isibu li ċ-ċertifikat mhuwiex qed jiġi ttrasportat jew li l-bastiment jikkostitwixxi perikolu manifest, huma jistgħu jipprevjenu l-bastiment milli jipproċedi sakemm ikunu ttieħdu l-passi neċessarji biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.

Jistgħu wkoll jippreskrivu miżuri li jippermettu lill-bastiment jipproċedi b'sigurtà, meta approprjat malli jispiċċaw l-operazzjonijiet tat-trasport tiegħu, lejn post fejn jew jiġi spezzjonat jew imsewwi. L-awtorità li ħarġet jew l-aħħar ġeddet iċ-ċertifikat għandha tiġi informata.

4. Stat Membru li jkun ipprevjena bastiment milli jipproċedi, jew li jkun innotifika lis-sid bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk jekk id-difetti misjuba ma jiġux ikkoreġuti, għandu jinforma lill-awtorità fl-Istat Membru li ħareġ jew l-aħħar ġedded iċ-ċertifikat, bid-deċiżjoni li ħa jew ikun beħsiebu jieħu.

5. Kull deċiżjoni li jinterrompi l-passaġġ meħuda skond il-miżuri adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiddikjara fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata dik id-deċiżjoni. Għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tkun informata bil-proċeduri ta' appell disponibbli lilha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u l-limiti taż-żmien tagħha.

IT-TITOLU VI

Dispożizzjonijiet applikabbli għal bastimenti ta' pajjiżi terzi

L-Artikolu 18

Fl-istennija tal-konklużjoni tal-ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati ta' navigabilità bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta' navigabilità ta' bastimenti minn pajjiżi terzi u, meta approprjat, joħorġu ċertifikati Komunitarji jew ċertifikati Komunitarji supplimentari għal bastimenti minn pajjiżi terzi skond din id-Direttiva.

IT-TITOLU VII

L-adattament ta' l-Annessi għad-Direttiva mal-progress tekniku

L-Artikolu 19

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta kull emenda neċessarja biex l-Annessi għal din id-Direttiva jiġu adattati għall-progress tekniku.

IT-TITOLU VIII

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 20

Id-Direttiva 76/135/KEE għandha tibqa' tapplika għal:

- bastimenti fis-servizz imsemmija fl-Artikolu 8(2) ta' din id-Direttiva sa dak il-ħin li ssirilhom l-ispezzjoni prevista f'dak l-Artikolu,

- bastimenti tal-passiġġieri,

- bastimenti li jkollhom magħhom ċertifikat Komunitarju imma għadhom ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet ta' l-Anness II, skond ir-regoli stabbiliti f'13.01(a) tal-Kapitolu 13.

L-Artikolu 21

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kompożizzjoni u l-kwalifiki ta' ekwipaġġi u ċ-ċertifikati neċessarji li japplikaw fl-Istati Membri mhumiex affettwati b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 22

L-Istati Membri għandhom, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jadottaw id-Dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1985.

L-Artikolu 23

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-4 ta' Ottubru 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Grove

[1] ĠU C 289, tad-19.11.1979, p. 25.

[2] ĠU C 182, tal-21.7.1980, p. 16.

[3] ĠU L 21, tad-29.1.1976, p. 10.

[4] ĠU L 349, tat-13.12.1978, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

LISTA TAL-KANALI INTERNI KOMUNITARJI MAQSUMA ĠEOGRAFIKAMENT F'ŻONI 1, 2, 3 U 4

(L-Artikolu 1 tad-Direttiva)

IL-KAPITOLU I

Żona 1

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Ems: minn linja li tgħaqqad il-fanali ta' Delfzijl u Knock lejn il-baħar miftuħ sa latitudini 53° 30′ N u lonġitudini 6° 45′ L (jiġifieri xi ftit 'il barra miż-żona ta' trasbord għal trasportaturi ta' merkanzija xotta fl-Alte Ems, b' kont meħud tat-Trattat ta' kooperazzjoni ta' Ems-Dollart).

Żona 2

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Ems: minn linja, li tgħaddi mid-daħla tal-port lejn Papenburg u taqsam l-Ems, li tgħaqqad l-istazzjon ta' ppumpjar ta' Diemen (Diemer Schöpfwerk) u l-ftuħ tad-dyke f'Halte sal-linja li tgħaqqad il-fanali ta' Delfzijl u Knock, b' kont meħud tat-trattat ta' kooperazzjoni ta' l-Ems-Dollart.

Jade: ġewwa linja li tgħaqqad id-dawl ta' fuq ta' Schillighörn u l-kampnar tal-knisja ta' Langwarden.

Weser: mill-pont tal-ferrovija ta' Bremen għal linja li tgħaqqad il-kampnari tal-knejjes ta' Langwarden u Kappel mal-parti sekondarja ta' Schweiburg inklużi l-partijiet sekondarji ta' Kleine Weser, Rekumder-Loch, u Rechter Nebenarm.

Elbe: mil-limitu l-iktar 'l isfel ta' Hamburg għal linja li tgħaqqad il-fanal ta' Döse u l-punt tal-majjistral tal-Hohe Ufer (Dieksand) mat-tributarji ta' l-Este, Lühe, Schwinge, Oste, Pinnau, Krückau u Stör (f'kull każ mill-ilqugħ sal-bokka) inkluż in-Nebenelbe.

Meldorfer Bucht: ġewwa linja li tgħaqqad il-punt tal-majjistral tal-Hohe Ufer (Dieksand) u r-ras tal-moll tal-punent Büsum.

Flensburger Förde: ġewwa linja li torbot lill-fanal Kekenis u Birknack.

Eckernförder Bucht: ġewwa linja li torbot lil Bocknis-Eck mal-ponta tal-majjistral tal-kontinent f' Dänisch Nienhof.

Kieler Förde: ġewwa linja li torbot il-fanal Bülk u l-mafkar navali Laboe.

Leda: mid-daħla għall-port ta' barra tal-baħar Leer sal-bokka.

Hunte: mill-port ta' Oldenburg u minn 200 m max-xmara ta' Amalienbrücke f'Oldenburg sal-bokka.

Lesum: mill-pont tal-ferrovija ta' Bremen-Burg sal-bokka.

Este: mill-ilqugħ tax-xatba ta' Buxtehude sa' l-ilqugħ ta' Este.

Lühe: mill-mitħna 250 m ‘l fuq fix-xmara tal-pont fit-triq ta' Marschdamm-Horneburg sa l-ilqugħ ta' Lühe.

Schwinge: mill-pont 'l isfel fix-xmara tas-sur ta' Güldenstern fi Stade sa l-ilqugħ ta' Schwinge.

Freiburger-Hafenpriel: mix-xatba fl-ilma ta' Freiburg/Elbe sal-bokka.

Oste: mill-ħajt tal-lqugħ tal-mitħna ta' Bremervörde sa l-ilqugħ ta' Oste.

Pinnau: mill-pont tal-ferrovija ta' Pinneburg sa l-ilqugħ ta' Pinnau.

Krückau: mill-mitħna ta' l-ilma ta' Elmshorn sa l-ilqugħ ta' Krückau.

Stör: mill-Pegel Rensing sa l-ilqugħ ta' Stör.

Eider: mill-Kanal Gieselau sa l-ilqugħ ta' Eider.

Nord-Ostsee-Kanal (Kiel Canal): minn linja li torbot l-irjus tal-mollijiet ta' Brunsbüttel sal-linja li torbot id-dwal tad-dħul ta' Kiel-Holtenau u Schirnauer See, Bergstedter See, Audorfer See, Obereidersee ma' Enge, il-kanal ta' Achterwehrer u l-Flemhuder See.

Trave: mill-pont tal-ferrovija u l-pont ta' Holsten (Stadttrave) f'Lübeck sa linja li tgħaqqad iż-żewġ irjus ta' barra tal-mollijiet ta' Travemünde u l-Pötenitzer Wiek u d-Dassower See.

Schlei: ġewwa linja li torbot l-irjus tal-mollijiet ta' Schleimünde.

Ir-Repubblika Franċiża

Seine: 'l isfel fix-xmara tal-pont ta' Jeanne d'Arc f'Rouen.

Garonne u Gironde: 'l isfel fix-xmara tal-pont tal-ġebel ta' Bordeaux.

Rhône: ‘l isfel fix-xmara tal-pont ta' Trinquetaille f'Arles u 'l isfel lejn Marseille.

Ir-Renju ta' l-Olanda

Dollard.

Eems.

Waddenzee: inklużi r-rabtiet mal-Baħar Nord.

IJsselmeer: inklużi l-Markermeer u l-IJmeer iżda eskluż il-Gouwzee.

Rotterdam Waterweg u Scheur.

Hollands Diep.

Haringvliet u Vuile Gat: inklużi l-kanali bejn Goeree-Overflakkee fuq naħa u Voorne-Putten and Hoekse Waard fuq naħa oħra.

Hellegat.

Volkerak.

Kramer.

Grevelingen u Brouwershavense Gat: li inklużi l-kanali kollha bejn Schouwen -Duiveland u Goeree-Overflakkee.

Keten, Mastgat, Zijpe Eastern Scheldt u Roompot: li tinkludi l-kanali kollha bejn Walcheren, Noord-Beveland u Zuid-Beveland fuq naħa u Schouwen-Duiveland u Tholen fuq in-naħa l-oħra, li teskludi l-Kanal ta' Scheldt-Rhine.

Scheldt u Western Scheldt u l-bokka tiegħu fil-baħar: inklużi l-kanali bejn Zeeland Flanders fuq naħa u Walcheren u Zuid-Beveland fuq in-naħa l-oħra, eskluż il-Kanal ta' Scheldt-Rhine.

IL-KAPITOLU II

Żona 3

Ir-Renju tal-Belġju

Maritime Scheldt ('l isfel mix-xmara ta' Antwerp fejn l-ankri jistgħu jintefgħu).

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Id-Danubju: minn Kelheim (km 414.60) sal-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Awstrija.

Rhine: mill-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Isvizzera sal-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Olanda.

Elbe: mill-bokka tal-Kanal Elbe-Seiten sal-limitu l-iktar 'l isfel tal-port ta' Hamburg.

Ir-Repubblika Franċiża

Rhine.

Ir-Renju ta' l-Olanda

Rhine.

Sneekermeer, Koevordermeer, Heegermeer, Fluessen, Slotermeer, Tjeukemeer, Beulakkerwijde, Belterwijde, Ramsdiep, Ketelmeer, Zwartemeer, Veluwemeer, Eemmeer, Alkmaardermeer, Gouwzee, Buiten IJ, afgesloten IJ, Noordzeekanaal, il-port ta' IJmuiden, l-arja tal-port ta' Rotterdam, Nieuwe Maas, Noord, Oude Maas, Beneden Merwede, Nieuwe Merwede, Dordtsche Kil, Boven Merwede, Waal, il-Kanal ta'Bijlandsch, Boven Rijn, il-Kanal ta' Pannersdensch, Geldersche IJssel, Neder Rijn, Lek, il-Kanal ta'Amsterdam-Rhine, Veerse Meer, il-Kanal ta' Scheldt-Rhine sal-bokka ta' Volkerak, Amer, Bergsche Maas, il-Meuse 'l isfel minn Venlo.

IL-KAPITOLU III

Żona 4

Ir-Renju tal-Belġju

In-network kollu tal-Belġju ħlief għall-kanali fiż-Żona 3.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Il-kanali Federali kollha ħlief dawk f'Żoni 1, 2 u 3.

Ir-Repubblika Franċiża

In-network Franċiż kollu ħlief il kanali fiż-Żoni 1, 2 u 3.

Ir-Renju ta' l-Olanda

Ix-xmajjar l-oħrajn kollha, il-kanali u ibħra interni mhux elenkati fiż-Żoni 1, 2 u 3.

Ir-Repubblika Taljana

Ix-xmara Po: minn Piacenza sal-bokka.

Il-Kanal Milan-Cremona, Ix-Xmara Po: l-aħħar medda ta' 15 km sal-Po.

Ix-Xmara Mincio: minn Mantua, Governolo sal-Po.

Il-Kanal Ferrara: mill-Po (Pontelagoscuro), Ferrara sa Porto Garibaldi.

Il-Kanali Brondolo u Valle: mill-Po tal-Lvant sal-laguna ta' Venezja.

Il-Kanal Fissero - Tartaro - Canalbianco: minn Adria sal-Po tal-Lvant.

Il-kosta Venezjana: mil-laguna ta' Venezja sa Grado.

Il-Grand Dukat tal-Lussemburgu

Moselle.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IL-ĦTIĠIJIET TEKNIĊI MINIMI GĦALL-BASTIMENTI TAL-BAĦAR LI JOPERAW FIL-KANALI FIŻ-ŻONI 1, 2, 3 U 4

(L-Artikolu 3 tad-Direttiva)

| Paġna |

IL-KAPITOLU 1 — DEFINIZZJONIJIET … | 155 |

IL-KAPITOLU 2 — ĦTIĠIJIET LI JIRRELATAW GĦALL-BINI TAL-VAPURI … | 156 |

2.01.Ir-regola bażika … | 156 |

2.02.Il-korp … | 156 |

2.03.Tagħmir tas-sħana, tat-tisjir u tat-tkessiħ … | 156 |

2.04.Is-sħana bi fluwidi likwidi li jkollhom punt li fih jieħdu n-nar 'il fuq minn 55º … | 157 |

2.05.It-tisħin ta' karburant solidu … | 157 |

2.06.Kmamar ta' l-inġenju u tal-boilers u l-bunkers … | 158 |

IL-KAPITOLU 3 — L-APPARAT TAT-TMEXXIJA U L-WHEELHOUSE … | 158 |

3.01.Ġenerali … | 158 |

3.02.L-effettività ta' l-apparat tat-tmexxija … | 158 |

3.03.Ħtiġijiet ġenerali tad-disinn … | 159 |

3.04.Tagħmir tat-tmexxija li jaħdem bil-magni … | 159 |

3.05.Ingaġġament tas-sewqan sekondarju … | 159 |

3.06.Sewqan manwali … | 159 |

3.07.Sewqan idrawliku operat manwalment … | 159 |

3.08.Sewqan idrawliku … | 159 |

3.09.Sewqan elettriku … | 160 |

3.10.L-iskruni tat-tmun u t-tagħmir Voith-Schneider … | 160 |

3.11.Installazzjonijiet b'remote control … | 160 |

3.12.Indikatur tal-pożizzjoni tat-tmun … | 160 |

3.13.Assistenza għat-tmexxija … | 160 |

3.14.Vista mingħajr disturb … | 161 |

3.15.Il-pressjoni tal-ħoss … | 161 |

3.16.Komponenti elettroniċi tat-tagħmir tat-tmexxija … | 161 |

3.17.Wheelhouse li jinżel … | 162 |

IL-KAPITOLU 4 — DISTANZA TA' SIGURTÀ, FREEBOARD U SKALI TAL-FOND … | 162 |

4.01.Definizzjonijiet … | 162 |

4.02.Distanza ta' sigurtà … | 162 |

4.03.Freeboard | 162 |

4.04.Marki tal-fond … | 162 |

4.05Skali tal-fond … | 163 |

IL-KAPITOLU 5 — MAKKINARJU … | 163 |

5.01.Ġenerali … | 163 |

5.02.Tagħmir ta' sigurtà … | 163 |

5.03.Mekkaniżmu ta' propulsjoni … | 163 |

5.04.Il-pajp ta' l-ispurgar ta' l-inġenju … | 164 |

5.05.Tankijiet, bunkers u l-pajpijiet … | 164 |

5.06.Pompi tas-sentina … | 164 |

5.07.Sistema li tiġbor iż-żejt ta' l-iskart … | 165 |

5.08.Winċijiet … | 165 |

5.09.Il-ħoss intrinsiku tal-bastiment … | 165 |

IL-KAPITOLU 6 — INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI … | 166 |

6.01.Ġenerali … | 166 |

6.02.Vultaġġi massimi permessi … | 166 |

6.03.Konnessjonijiet max-xatt … | 166 |

6.04.Ġeneraturi u muturi … | 166 |

6.05.Akkumulaturi … | 167 |

6.06.Switchboards elettriċi … | 168 |

6.07.Switches, plaggijiet, fuses u protezzjoni tal-cable … | 168 |

6.08.Tagħmir ta' Earth detector … | 169 |

6.09.Id-dawl … | 169 |

6.10.Dwal tas-sinjali … | 169 |

6.11.Earthing … | 169 |

6.12.Installazzjoni ta' elettriku ta' emerġenza … | 169 |

IL-KAPITOLU 7 — IT-TAGĦMIR … | 170 |

7.01.Ankri, katini u cables ta' l-ankri … | 170 |

7.02.Tagħmir ieħor … | 170 |

7.03.Apparat għat-tifi tan-nar … | 170 |

7.04.Dgħajjes tal-vapuri … | 172 |

7.05.Salvawomi, bagi u ġgieget ta' salvataġġ … | 173 |

IL-KAPITOLU 8 — INSTALLAZZJONIJIET TA' GASS LIKWIFIKAT GĦAL UŻU DOMESTIKU … | 173 |

8.01.Ġenerali … | 173 |

8.02.L-installazzjoni … | 174 |

8.03.Kontenituri … | 174 |

8.04.It-tqegħid fil-post u l-arranġament ta' l-unità tal-fornitura … | 174 |

8.05.Kontenituri żejda u vojta … | 174 |

8.06.Valvijiet għat-tnaqqis … | 174 |

8.07.Pressjonijiet … | 175 |

8.08.Pajpijiet u tubi flessibbli … | 175 |

8.09.Sistema ta' distribuzzjoni … | 175 |

8.10.Apparat li jikkonsma l-gass … | 175 |

8.11.Ventilazzjoni u evakwazzjoni … | 176 |

8.12.Istruzzjonijiet għall-użu u sigurezza … | 176 |

8.13.L-ispezzjoni … | 176 |

8.14.Testijiet … | 176 |

8.15.Iċ-ċertifikazzjoni … | 177 |

IL-KAPITOLU 9 — ARRANĠAMENTI SPEĊJALI WHEELHOUSE GĦAL TMEXXIJA FUQ RADAR MINN PERSUNA WAĦDA … | 177 |

9.01.Ġenerali … | 177 |

9.02.Kondizzjonijiet ġenerali ta' disinn … | 177 |

9.03.Tagħmir radar u l-veloċità ta' l-indikatur ta' rotazzjoni … | 177 |

9.04.Is-senjalar u tagħmir tas-senjalar … | 178 |

9.05.Installazzjonijiet għat-tmexxija tal-bastiment u l-operazzjoni ta' l-inġenji … | 178 |

9.06.Apparat ta' mmaniġġar ta' l-ankra tal-poppa … | 178 |

9.07.It-tagħmir tat-telefon … | 178 |

9.08.Sinjali ta' allarm … | 179 |

9.09.Strumenti oħrajn … | 179 |

9.10.Firma fuq iċ-ċertifikat ta' spezzjoni … | 179 |

IL-KAPITOLU 10 — DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAL BASTIMENTI DDISINJATI BIEX ISIRU KARRIJIET IMBUTTATI, KARRIJIET IRMUNKATI JEW BIEX JITWAĦĦLU MAL-ĠENB … | 179 |

10.01.Għall-imbuttar … | 179 |

10.02.Barkuni … | 179 |

10.03.Bastimenti bl-inġenju u laneċ kapaċi li jimbuttaw … | 180 |

10.04.Testijiet ta' karrijiet imbuttati … | 180 |

10.05.Bastimenti li jirmunkaw … | 180 |

10.06.Bastimenti ddisinjati biex imexxu formazzjonijiet mal-ġenb … | 180 |

IL-KAPITOLU 11 — IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ FL-AKKOMODAZZJONI U FL-ISTAZZJONIJIET TAX-XOGĦOL TA' L-EKWIPAĠĠ … | 181 |

11.01.Ġenerali … | 181 |

11.02.It-tqegħid u l-armar ta' l-akkomodazzjoni … | 181 |

11.03.Id-dimensjonijiet ta' l-akkomodazzjoni | 181 |

11.04.Il-pajpijiet fl-akkomodazzjoni … | 182 |

11.05.Mezzi ta' aċċess, bibien u turġien fl-akkomodazzjoni … | 182 |

11.06.Artijiet, ħitan u soqfa fl-akkomodazzjoni … | 182 |

11.07.Is-sħana u l-ventilazzjoni ta' l-akkomodazzjoni … | 182 |

11.08.Id-dawl tax-xemx u d-dawl elettriku fl-akkomodazzjoni … | 183 |

11.09.L-armar ta' l-akkomodazzjoni … | 183 |

11.10.Galleys, kmamar tal-mess u kmamar tal-ħażna … | 183 |

11.11.Installazzjonijiet sanitarji … | 183 |

11.12.Installazzjonijiet ta' ilma għax-xorb … | 184 |

11.13.Apparat ta' sigurtà … | 184 |

11.14.Aċċessibilità ta' postazzjonijiet tax-xogħol … | 185 |

11.15.Dimensjonijiet ta' postazzjonijiet tax-xogħol … | 185 |

11.16.Protezzjoni kontra waqgħat … | 185 |

11.17.Aċċess, bibien u turġien ta' postazzjonijiet tax-xogħol … | 185 |

11.18.Artijiet, l-uċuħ tal-gverta, l-artijiet ta' l-istiva, soqfa, portijiet u tamboċċi … | 186 |

11.19.Ventilazzjoni u t-tisħin ta' postazzjonijiet tax-xogħol … | 186 |

11.20.Dawl naturali u dawl tal-postazzjonijiet tax-xogħol … | 186 |

11.21.Protezzjoni kontra l-ħsejjes u l-vibrazzjoni … | 186 |

IL-KAPITOLU 12 — DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRELATAW MAL-ĦTIĠIJIET TEKNIĊI ADDIZZJONALI GĦAL ĦTIĠIJIET TAŻ-ŻONA 4 APPLIKABBLI GĦAL BASTIMENTI LI JOPERAW F'KANALI INTERNI TAŻ-ŻONA 3 … | 187 |

12.01.Ħtiġijiet li jirrelataw għall-bini tal-vapuri … | 187 |

12.02.Freeboard, distanza ta' sigurtà u skali tal-fond … | 187 |

12.03.It-tagħmir … | 190 |

12.04.Dispożizzjonijiet speċjali għal bastimenti ddisinjati biex isiru karrijiet imbuttati, karrijiet irmunkati jew biex jitwaħħlu mal-ġenb … | 191 |

IL-KAPITOLU 13 — DEROGI GĦAL BASTIMENTI FIS-SERVIZZ … | 191 |

IL-KAPITOLU 14 — IL-PROĊEDURA … | 195 |

14.01.Applikazzjoni għal ispezzjoni … | 195 |

14.02.Preżentazzjoni tal-bastiment għal ispezzjoni … | 195 |

14.03.L-ispejjeż … | 195 |

14.04.L-informazzjoni … | 195 |

14.05.Reġistru taċ-ċertifikati Komunitarji … | 195 |

14.06.Kompletazzjoni ta' ċertifikati Komunitarji … | 196 |

14.07.Kummenti fuq punti varji fiċ-ċertifikat … | 196 |

IL-KAPITOLU 1

DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva u l-Annessi mehmuża:

(a) "bastiment" tfisser bastiment tal-kanali interni;

(b) "bastiment b'inġenju ordinarju" jfisser kull bastiment maħsub għat-trasport ta' affarijiet, li ma jkunx bastiment tanker, mibni biex jinnaviga indipendentement b'inġenju proprju;

(ċ) "tanker bl-inġenju" jfisser kull bastiment maħsub biex iġorr affarijiet f'tankijiet fissi u mibni biex jinnaviga indipendentement b'inġenju proprju;

(d) "bastiment bl-inġenju" ifisser bastiment b'inġenju ordinarju jew tanker b'inġenju;

(e) "lanċa ta' rmonk" tfisser kull bastiment mibni apposta biex jirmonka;

(f) "pusher" ifisser kull bastiment mibni speċjalment biex imexxi karru imbuttat ta' bastimenti;

(g) "lanċa li timbotta" tfisser kull bastiment mibni speċjalment biex jirmonka u jmexxi karru imbuttat ta' bastimenti;

(h) "barkun dumb" tfisser kull bastiment, li ma jkunx barkun tank, maħsub għat-trasport ta' affarijiet u mibni biex jiġi rmunkat, u:

- jew li ma jkollux inġenju proprju,

- jew li jkollu biss saħħa biżżejjed biex iwettaq manuvri qosra;

(i) "barkun tank" ifisser kull bastiment intiż għat-trasport ta' affarijiet f'tankijiet fissi u mibnija biex jiġu rmunkati, u:

- jew li ma jkollu ebda saħħa ta' inġenju proprju,

- jew li jkollu biss saħħa ta' inġenju biżżejjed biex iwettaq manuvri qosra;

(k) "barkun" ifisser barkun dumb jew barkun tank;

(l) "lighter ordinarju" jfisser kull bastiment intiż għat-trasport ta' merkanzija, li ma jkunx lighter ta' tank, mibni jew speċjalment modifikat biex jiġi imbuttat, u:

- jew li ma jkollu ebda saħħa ta' inġenju proprju,

- jew li jkollu biss saħħa biżżejjed biex iwettaq manuvri qosra meta mhux parti minn karru imbuttat ta' bastimenti;

(m) "lighter ta' tank" ifisser kull bastiment intiż għat-trasport ta' affarijiet f'tankijiet fissi, mibni jew speċjalment modifikat biex jiġi imbuttat, u:

- li ma jkollu ebda saħħa ta' inġenju proprju

- jew li jkollu biss saħħa ta' inġenju biżżejjed biex iwettaq manuvri qosra meta mhux parti minn karru imbuttat ta' bastimenti;

(n) "lighter għal fuq il-vapuri" jfisser lighter imbuttat mibni biex jiġi ttrasportat abbord bastimenti ta' fuq il-baħar u biex jinnaviga f'kanali interni;

(o) "lighter" ifisser lighter ordinarju, lighter ta' tank jew lighter għal fuq il-vapuri;

(p) "dgħajsa tal-passiġġieri" tfisser kull bastiment mibni u armat biex jittrasporta iktar minn 12-il passiġġier;

(q) "tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma" ifisser kull struttura li żżomm f'wiċċ l-ilma li jkollha installazzjonijiet mekkaniċi u intiża għal xogħol fuq kanali jew f'portijiet (eż. draga, lift, bigi jew crane);

(r) "stabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma" jfisser kull installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma li mhijiex normalment maħ-suba biex tiġi spustjata (eż. banju ta' l-għawm, baċir, moll jew boathouse);

(s) "installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma" tfisser raft jew kull struttura oħra, oġġett jew assemblaġġ kapaċi li tiġi nnavigata li ma tkunx bastiment jew tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma jew stabbiliment;

(t) "wheelhouse" ifisser l-ispazju li fih l-apparat kollu neċessarju għall-kontroll tal-bastiment hu installat;

(u) "kamra ta' l-inġenju" tfisser l-ispazju li fih il-makkinarju li jimbotta u l-awżiljarji huma installati;

(v) "akkomodazzjoni" tfisser kull spazju intiż għall-użu minn persuni li normalment jgħixu abbord, jew minn passiġġieri, u jinkludi l-galley, il-maħżen għall-proviżjonijiet, toilets u faċilitajiet tal-ħasil, faċilitajiet tal-ħasil tal-ħwejjeġ, indani u passaġġi, iżda mhux il-wheelhouse;

(w) "superfiċi ta' kurrent massimu" jfisser il-wiċċ ta' l-ilma li jikkorrispondi għall-fond massimu li hu awtorizzat jinnaviga fih il-bastiment;

(x) "freeboard" ifisser id-distanza bejn is-superfiċi ta' kurrent massimu u superfiċi parallela li jgħaddi mill-punt l-iktar 'l isfel tal-gverta tal-ġenb jew, fl-assenza ta' gverta fuq il-ġenb, il-punt l-iktar 'l isfel tat-tarf l-iktar 'il fuq tal-pjanċi jew tal-kisi komplet;

(y) "distanza ta' sigurtà" tfisser id-distanza bejn is-superfiċi ta' kurrent massimu u s-superfiċi parallela li tgħaddi mill-punt l-iktar 'l isfel li fuqu l-bastiment ma jitqiesx bħala bi protezzjoni kompleta kontra l-ilma;

(z) "ċertifikat" ifisser iċ-ċertifikat Komunitarju għal bastimenti tal-kanali interni.

IL-KAPITOLU 2

ĦTIĠIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-BINI TAL-VAPURI

2.01. Regola Bażika

Il-bastimenti għandhom jiġu kostrutti skond prattika tajba tal-bini tal-vapuri; l-istabbilità tagħhom għandha taqbel ma' l-użu li għalih huma maħsuba.

2.02. Il-korp

2.02.1. Il-korp għandu jkun b'saħħtu biżżejjed għall-istress kollu li jkun soġġett għalih taħt kondizzjonijiet normali.

2.02.2. Postijiet minn fejn jidħol u joħroġ l-ilma u pajpijiet imqabbda magħhom huma kkunsidrati bi protezzjoni kontra l-ilma jekk ikunu magħmlua b'tali mod li kull dħul mhux intenzjonat ta' ilma fil-bastiment huwa impossibbli.

2.02.3. Il-paratiji ta' l-ilma li jestendu sal-gverta jew, fin-nuqqas ta' gverta, sat-tarf ta' fuq ta' l-ippjanċar jew il-kisi tal-gverta għandhom jiġu installati kif ġej:

(a) paratija ta' kollisjoni f'distanza approprijata mill-pruwa;

(b) f'bastimenti li t-tul globali tagħhom huwa aktar minn 25 m, paratija fuq il-poppa f'distanza approprjata mill-poppa.

2.02.4. L-akkomodazzjoni, l-inġenju u l-kmamar tal-boiler u xi spazji oħrajn li jiffurmaw parti minnhom għandhom jiġu separati mill-istivi b'mod ta' protezzjoni kontra l-ilma.

2.02.5. Kull kompartament li mhuwiex normalment issiġillat ermetikament tul il-vjaġġ għandu jkun jista' jiġi ppumpjat biex jixxotta. Għandu jkun possibbli li kull kompartiment jiġi ppumpjat 'il barra separatament.

2.02.6. M'għandux ikun hemm akkomodazzjoni 'l quddiem mill-paratija ta' kolliżjoni. L-akkomodazzjoni għandha tiġi separata mill-inġenju u mill-kmamar tal-boiler permezz ta' paratiji magħluqa kontra l-gass u aċċessibbli direttament mill-gverta. Meta ma jkun hemm ebda aċċess ta' dan it-tip, għandu jkun hemm ħruġ ta' emerġenza li jwassal direttament għal fuq il-gverta.

2.02.7. M'għandux ikun hemm ftuħ fil-paratiji u partizzjonijiet oħrajn bejn spazji meħtieġa taħt 2.02.3 u 2.02.4. Huma permessi manholes, madanakollu, f'paratiji ta' xort' oħra mill-paratija ta' kolliżjoni, dejjem jekk ikunu msakkra kontra l-ilma. Bokkaporti fil-paratija tal-poppa u ftuħ għal xaftijiet, pajpijiet eċċ., huma permessi meta jkunu mibnija b'tali mod li ma jaffettwawx l-effettività tal-paratiji u partizzjonijiet oħrajn bejn l-ispazji.

2.02.8. B'deroga minn 2.02.5 u 2.02.7, il-kompartiment tal-poppa jista' jikkomunika b'kamra ta' inġenju permezz ta' installazzjoni ta' drenaġġ li tingħalaq waħedha faċilment aċċessibbli.

2.03. Tagħmir tas-sħana, tat-tisjir u tat-tkessiħ

2.03.1. It-tagħmir tas-sħana, tat-tisjir u tat-tkessiħ, flimkien ma' l-aċċessorji tiegħu, għandu jkun hekk maħsub u installat li ma jkunx ta' perikolu anke fil-każ li jisħon iżżejjed. Għandu jkun hekk installat li ma jistax jinqaleb jew jitmexxa aċċidentalment.

2.03.2. Meta l-apparat imsemmi fil-2.03.1 juża' karburant likwidu jista' jitħaddem biss b'karburanti li l-punt tagħhom li fih jieħdu n-nar ikun ‘il fuq minn 55 °C.

2.03.3. B' deroga minn 2.03.2, tagħmir tat-tisjir u tas-sħana u tagħmir tat-tkessiħ b'burners, bi ftieli u li jaħdmu b'pitrolju kummerċjali jistgħu jitħallew fl-akkomodazzjoni u fil-wheelhouse, soġġetti għall-kapaċità tat-tank tal-karburant li ma jaqbiżx it-12-il litru.

2.03.4. L-installazzjonijiet imsemmija f' 2.03.1 ma jistgħux jiġu installati fi spazji jew fi kmamar ta' inġenji li fil kategorija tagħhom sustanzi K1n jew K1s jew K2 tal-Klassi IIIa ta' l-ADNR jinħażnu jew jintużaw.

L-ebda ċumnija minn dawn l-installazzjonijiet ma tista' tgħaddi mill-ispazji jew mill-kmamar ta' l-inġenji msemmija.

2.03.5. Id-dħul ta' arja meħtieġa għall-kombustjoni għandha tkun żgurata. L-ebda apparat li jagħlaq ma għandu jitwaħħal fuq il-fannijiet tal-ventilazzjoni.

2.03.6. It-tagħmir tas-sħana u tat-tisjir għandu jitwaħħal b'mod sigur maċ-ċumniji. Il-pajpijiet taċ-ċumniji għandhom ikunu f'kondizzjoni tajba u mwaħħla b'tappijiet adattati jew apparat li joffri protezzjoni mir-riħ. Iċ-ċumniji ta' l-installazzjonijiet li jsaħħnu għandhom ikunu rranġati b'tali mod li jillimitaw il-possibiltà ta' xkiel mill-prodotti ta' kombustjoni u li jippermettu t-tindif.

2.03.7. Il-ventijiet għandhom jitwaħħlu fuq it-tagħmir ta' tkessiħ li jaħdem bil-karburant likwidu.

2.04. Sħana b'karburanti likwidi li jkollhom punt li fih jieħdu n-nar ta' iktar minn 55 °C

2.04.1. It-tagħmir kollu għandu jkun hekk mibni li jista' jinxtegħel mingħajr l-għajnuna ta' likwidu kombustibbli ieħor. Għandhom jitwaħħlu fuq taġen tal-metall għat-tqattir b'kapaċità suffiċjenti li jipprevjeni li jfur b'mod aċċidentali il-karburant u mgħammar b'apparat li jipprevjeni ċarċir fil każ li l-fjamma tintefa b'mod aċċidentali. Meta t-tank tal-karburant u t-tagħmir huma separati, il-waqgħa bejn it-tank u dak li qed isostni lill-burner ma tistax taqbeż dik stabbilita fl-istruzzjonijiet ta' operazzjoni tal-fabbrikant. It-tank m'għandux ikun viċin għal fjamma. Għandu jkun possibbli li jiġi interrott il-passaġġ tal-karburant mill-gverta.

Tankijiet tal-karburant b'kapaċità ta' iktar minn 12-il litru m'għandhomx jiġu installati ġo l-akkomodazzjoni.

2.04.2. Meta t-tagħmir huwa installat f'kamra ta' inġenju, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-installazzjoni tiegħu għandhom jitwaħħlu.

Meta tagħmir bi fjamma mikxufa huwa installat f'kamra ta' l-inġenju, għandu jitqiegħed fuq kontenitur li ma jippermettix ċarċir bi ġnub li jestendu għal mhux inqas minn 0.20 m ‘l fuq mill-art.

2.04.3. Meta t-tagħmir huwa installat fil-kamra ta' l-inġenju, il-provvista ta' l-arja għat-tagħmir u għall-inġenji għandha tkun tali li t-tagħmir u l-inġenji jistgħu jiffunzjonaw indipendentement, effettivament u b'sigurtà kompleta. Jekk neċessarju, pajpijiet separati ta' fornitura ta' arja għandhom ikunu installati.

2.04.4. Kull tagħmir ta' kurrent naturali għandu jkollu apparat li jipprevjeni l-inverżjoni tal-fond.

Tagħmir ta' kurrent sfurzat għandu jkollu apparat li awtomatikament iwaqqaf il-passaġġ tal-karburant meta l-provvista ta' arja neċessarja għall-kombustjoni hi interrotta.

2.04.5. Tagħmir ta' kurrent sfurzat ta' centralheating immuntat f'kamra ta' inġenju jew f'kompartiment aċċessibbli mill-kamra ta' l-inġenju għandu wkoll jissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) waqt li jkun qed jinxtegħel, il-fann għandu inizjalment jiffunzjona waħdu sabiex jiġi assigurat li l-bojler huwa ventilat tajjeb;

(b) għandu jkun hemm apparat termostatiku biex jirregola l-passaġġ tal-karburant;

(ċ) il-karburant għandu jinxtegħel awtomatikament bi fjamma pilota jew bi kwalunkwe mezz ieħor;

(d) għandu jkun possibbli li l-fann u l-pompa tal-karburant tal-burner jitwaqqfu mill-gverta;

(e) jekk it-tagħmir ta' central heating huwa fil-kamra ta' l-inġenju, għandu jkun hekk installat li l-ebda fjamma mill-burner ma tista' tilħaq oġġetti oħra fl-ispazju;

(f) meta t-tagħmir li jsaħħan l-arja huwa installat fil-kamra ta' l-inġenju, id-dħul ta' l-arja għandu jkun konness ma' fetħiet li jwasslu għall-arja aperta.

2.05. Sħana b'karburant solidu

2.05.1. Ħlief meta t-tagħmir tas-sħana huwa installat f'kompartiment mibni minn materjali resistenti għan-nar u maħsub speċifikament biex iżomm bojler, tagħmir li jsaħħan b'karburant solidu għandu jitqiegħed fuq pjanċa tal-metall (bil-ġnub mgħollija), jew apparat simili protettiv, sabiex jiġi assigurat li ebda karburant jaqbad jew irmied jaħraq ma jaqa' barra din il-pjanċa.

2.05.2. Bojlers tas-sħana ta' karburant solidu għandu jkollhom kontrolli termostatiċi biex jirregolaw il-passaġġ ta' l-arja ta' kombustjoni.

2.05.3. Mezz li bih l-irmied jista' jintefa' malajr għandu jitqiegħed fil-viċinanza ta' kull tagħmir tas-sħana.

2.06. Il-kmamar tal-magni u tal-bojler u l-bunkers

2.06.1. Il-kmamar tal-magni u tal-bojler għandhom ikunu hekk irranġati li jkun faċli u sikur li jiġu kkontrollati u miżmuma l-installazzjonijiet fihom.

2.06.2. Bunkers ta' karburant likwidu jew ta' żejt ta' lubrikazzjoni ma jistax ikollhom ħitan komuni ma' l-akkomodazzjoni.

2.06.3. Il-ħitan, is-soqfa u l-bibien tal-kmamar ta' l-inġenji u tal-bojler u tal-bunkers għandhom ikunu ta' l-azzar jew ta' materjal ugwalment resistenti għan-nar.

2.06.4. Il-kmamar ta' l-inġenji u tal-bojler u żoni oħrajn li fihom jistgħu jiżviluppaw gassijiet infjammabbli jew tossiċi għandhom ikunu adegwatament ventilati.

2.06.5. Turġien u slielem li jipprovdu aċċess għall-kmamar ta' l-inġenju u tal-bojler u għall-bunkers għandhom jitwaħħlu b'mod permanenti u jkunu magħmula minn azzar jew materjal ugwalment b'saħħtu u resistenti kontra n-nar.

2.06.6. Il-kmamar ta' l-inġenju u tal-bojler għandu jkollhom żewġ postijiet ta' ħruġ, li wieħed minnhom jista' jkun ħruġ ta' emerġenza.

2.06.7. L-ogħla livell ta' pressjoni tal-ħoss permessibbli fil-kamra ta' l-inġenju huwa 110 dB(A). Il-punti ta' kejl għandhom jintgħażlu billi jittieħed kont tal-manutenzjoni neċessarja meta l-installazzjoni tkun qed topera normalment.

Jekk il-livell ta' pressjoni tal-ħoss fil-kamra ta' l-inġenju jaqbeż id-90 dB(A), għandha titwaħħal f'kull wieħed mill-postijiet ta' dħul notifika espliċita ta' twissija.

IL-KAPITOLU 3

L-APPARAT TAT-TMEXXIJA U L-WHEELHOUSE

3.01. Ġenerali

3.01.1. Kull bastiment għandu jkun mgħammar b'apparat tat-tmexxija approprjat - inkluż meta neċessarju, tmun fuq il-pruwa - li jassigura manuvra tajba, b'qies għall-użu u d-dimensjonijiet prinċipali tal-bastiment.

3.01.2. L-apparat tat-tmexxija għandu jkun hekk maħsub li t-tmun ma jistax ibiddel pożizzjoni meta ma jkunx intenzjonat li jsir hekk.

3.02. L-effettività ta' l-apparat tat-tmexxija

L-apparat tat-tmexxija għandu jikkonforma mal-ħtiġijiet li ġejjin fejn tidħol l-operazzjoni:

(a) meta l-apparat tat-tmexxija huwa operat manwalment, tidwira kompleta tar-rota ta' l-idejn għandha tikkorrispondi għal mill-inqas 3° ta' l-angolu tat-tmun;

(b) meta l-apparat tat-tmexxija huwa mħaddem bil-magni kollha, għandu jkun possibbli li tintlaħaq rata medja ta' 4° ta' diflezzjoni tat-tmun kull sekonda mill-arka kompleta tat-tmun meta t-tmun huma kompletament mgħaddas u bil-bastiment għaddej b'veloċità massima;

(ċ) meta l-apparat tat-tmexxija jkollu apparat li jassisti l-magni (apparat ta' assistenza għall-magni li jissupplimenta apparat prinċipali manwali ta' tmexxija) għandu jkun possibbli li tintlaħaq rata medja ta' 3° kull sekonda tad-diflezzjoni tat-tmun mill-arka ta' 30° fuq kull naħa tal-pożizzjoni newtrali tat-tmun meta jkun kompletament mgħaddas u bil-bastiment għaddej b'veloċità massima.

(d) meta l-apparat ta' tmexxija li jaħdem kollu kemm hu bil-magni jkollu kontroll ieħor operat manwalment, dan ta' l-aħħar għandu għall-inqas jippermetti li l-bastiment jipproċedi biex jittrakka b'veloċità mnaqqsa.

3.03. Ħtiġijiet ġenerali tad-disinn

3.03.1. L-apparat kollu tat-tmexxija għandu jkun maħsub, kostrutt u installat sabiex jippermetti listi permanenti transversi ta' sa 15° u temperaturi ambjentali sa 40 °C.

3.03.2. Il-partijiet li jinkludu l-apparat tat-tmexxija għandhom ikunu hekk dimensjonati li jifilħu l-istress massimu kollu li jkunu soġġetti għalih f'kondizzjonijiet normali ta' operazzjoni. Sabiex ikun jista' jirreżisti forzi esterni ta' barra bl-iktar mod effettiv possibbli, l-apparat tat-tmexxija m'għandux ikun il-parti l-iktar dgħajfa tas-sistema. Kull apparat tat-tmexxija kostrutt skond ir-regoli ta' soċjetà rikonoxxuta ta' klassifika jista' jitqies sodisfaċenti f'dan ir-rigward.

3.04. Apparat tat-tmexxija li jaħdem bil-magni

3.04.1. Meta bastiment ikun mgħammar b'apparat tat-tmexxija li jaħdem bil-magni, sistema indipendenti sekondarja ta' tmexxija għandha tkun provduta sabiex tasigura manuvra mingħajr dewmien jekk l-apparat prinċipali jieqaf jaħdem.

3.04.2. Apparat ta' tmexxija li jaħdem bil-magni għandu jkollu apparat ta' protezzjoni kontra piż żejjed sabiex jillimita t-torque prodott mis-sewqan.

3.04.3. Qtugħ aċċidentali jew nuqqas fl-apparat tat-tmexxija li jaħdem bil-magni għandu jiġi indiktk b'sinjali viżwali u li jinstemgħu fl-istazzjon ta' tmexxija.

3.05. L-ingaġġ tas-sewqan sekondarju

3.05.1. Jekk is-sewqan sekondarju ta' l-apparat tat-tmexxija ma jingaġġax awtomatikament malli jonqos is-sewqan prinċipali, għandu jkun possibbli li jiġi ingaġġat bl-idejn immedjatament u sempliċiment bit-tmun fi kwalunkwe pożizzjoni. In-numru ta' manipulazzjonijiet li għandhom jitwettqu m'għandux jeċċedi tnejn, u għandhom ikunu kapaċi jitwettqu minn persuna waħda.

3.05.2. Għandu jkun possibbli li jiġi kompletat ingaġġ f'inqas minn ħames sekondi. Għandu jkun possibbli li jiġi stabbilit mill-istazzjon tat-tmexxija liema installazzjoni tas-sewqan qed tintuża.

3.06. Is-sewqan manwali

3.06.1. Jekk is-sewqan sekondarju indipendenti huwa manwali għandu jiġi ingaġġat awtomatikament jew ikun jista' jiġi ingaġġat immedjatament mill-istazzjon tat-tmexxija fil-każ li s-sewqan bil-magni jieqaf jaħdem jew jiżviluppa xi nuqqas. Il-claw clutches huma biss permessi meta ma jkunux soġġetti għal torque matul l-ingaġġ.

3.06.2. Is-sewqan bil-magni m'għandux jattiva r-rota ta' l-idejn; għandu jkun hemm apparat biex jipprevjeni li r-rota ta' l-idejn terġa' lura għal kwalunkwe pożizzjoni tat-tmun meta s-sewqan manwali hu ingaġġat awtomatikament.

3.07. Sewqan idrawliku operat manwalment

3.07.1. Apparat ta' tmexxija operat manwalment huwa installazzjoni li fih it-tmun jiġi misjuq minn pompa li tinsaq biss minn rota ta' tmexxija operata manwalment (pompa tar-rota ta' tmexxija).

3.07.2. Meta l-unika installazzjoni ta' tmexxija hija sistema idrawlika operata manwalment m'għandhiex titqies bħala apparat ta' tmexxija fis-sens ta' 3.04, li jeħtieġ sistema ta' tmexxija indipendenti sekondarja, sakemm:

- id-dimensjoni, il-kostruzzjoni u l-preżentazzjoni tal-pajpijiet jipprekludi d-deterjorazzjoni permezz ta' azzjoni mekkanika jew nar, u

- il-kostruzzjoni tal-pompa tar-rota ta' tmexxija tiggarantixxi operazzjoni mingħajr nuqqasijiet.

3.08. Sewqan idrawliku

3.08.1. Meta l-apparat prinċipali ta' tmexxija huwa operat idrawlikament waqt li t-tmexxija sekondarja hija sistema idrawlika operata manwalment, il-pajpijiet tas-sistema operata manwalment għandhom ikunu separati minn dawk ta' l-installazzjoni prinċipali.

Għandu jkun possibbli li l-installazzjoni prinċipali tiġi operata mingħajr ma tintuża l-pompa tar-rota ta' tmexxija ta' l-installazzjoni sekondarja.

3.08.2. Meta kemm is-sewqan prinċipali kemm dik sekondarja jkunu idrawliċi, il-pompi rispettivi għandhom jinsaqu indipendentement (eż.:

- meta l-pompa prinċipali taħdem permezz tal-magna ewlenija, il-pompa sekondarja għandha taħdem elettrikament,

- meta l-pompa ewlenija taħdem fuq iċ-ċirkwit ta' l-elettriku prinċipali, il-pompa sekondarja għandha topera fuq iċ-ċirkwit ta' l-elettriku ta' l-emerġenza,

- meta l-pompa prinċipali taħdem permezz tal-ġeneratur Nru I, il-pompa sekondarja għandha taħdem bil-ġeneratur Nru II).

3.08.3. Meta l-pompa sekondarja taħdem permezz tal-magna ta' l-emerġenza li ma toperax kontinwament waqt li l-bastiment ikun miexi, apparat buffer għandu jiġi installat biex iħaddem il-pompa waqt li l-magna ta' l-emerġenza tkun qed taħdem ħafna.

3.08.4. Iż-żewġ installazzjonijiet għandu jkollhom pajpijiet separati, valvijiet, regolaturi, eċċ. Minkejja kollox, meta jkun assigurat il-funzjonament indipendenti taż-żewġ installazzjonijiet, jista' jkollhom komponenti komuni.

3.09. Sewqan elettriku

3.09.1. Meta kemm l-installazzjonijiet prinċipali kif ukoll dik sekondarja jaħdmu bl-elettriku, is-sistemi li jsostnu u jikkontrollaw rispettivament għandhom ikunu indipendenti minn xulxin. Kull installazzjoni għandu jkollha l-mutur tagħha.

3.09.2. Meta l-mutur sekondarju huwa sostnut permezz ta' inġenju awżiljari li ma jaħdimx kontinwament waqt li l-bastiment ikun miexi, apparat buffer għandu jiġi installat biex iħaddem il-mutur sekondarju waqt li l-inġenju awżiljari jkun qed jaħdem ħafna.

3.10. Skrejjen tat-tmun u apparat Voith-Schneider

Meta r-remote control tat-tmun u ta' l-iskrejjen Voith-Schneider huwa elettriku, idrawliku jew pnewmatiku għandu jkun hemm żewġ sistemi ta' kontroll indipendenti bejn l-istazzjon tat-tmexxija u l-installazzjoni ta' propulsjoni.

Meta jkun hemm żewġ installazzjonijiet jew iktar ta' propulsjoni independenti, l-ebda sistema indipendenti ta' kontroll sekondarja ma hi meħtieġa sakemm il-bastiment jibqa' manuvrabbli biżżejjed fil-każ li wieħed jonqos wieħed mill-installazzjonijiet.

3.11. Installazzjonijiet ta' remote control

Installazzjonijiet ta' remote control, inklużi dawk barra l-wheelhouse, għandhom jitwaħħlu b'mod permanenti. Meta dawn l-installazzjonijiet jistgħu jintfew, għandu jkun hemm indikaturi biex juru jekk l-apparat huwiex "mixgħul" jew "mitfi".

L-arranġament u l-attivazzjoni tal-kontrolli għandhom ikunu konsonanti mal-funzjoni tagħhom.

3.12. L-Indikatur tal-pożizzjoni tat-tmun

Il-pożizzjoni tat-tmun għandha tkun tidher b'mod ċar mill-istazzjon tat-tmexxija; jekk neċessarju għandu jkun provdut indikatur tajjeb ta' min wieħed joqgħod fuqu.

3.13. Assistenza ft-tmexxija

3.13.1. Installazzjonijiet ta' assistenza ta' tmexxija huma installazzjonijiet ta' assistenza li jaħdmu bil-magni mwaħħla flimkien ma' apparat ta' tmexxija operat manwalment.

3.13.2. Meta jintuża apparat ta' tmexxija awżiljari, il-konnessjonijiet bejn l-apparat ta' tmexxija prinċipali u awżiljari għandhom ikunu tali li żieda konsiderevoli fil-forza manwali applikata għar-rota ta' tmexxija ma tkunx neċessarja.

3.13.3. Barra dan ta' qabel, l-apparat ta' assistenza ta' tmexxija għandu jissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) l-apparat ta' assistenza ta' tmexxija għandu jkun kapaċi li jiġi ingaġġat jew disingaġġat fl-istazzjon ta' tmexxija bit-tmun fi kwalunkwe pożizzjoni. Il-pożizzjonijiet "mixgħul" u "mitfi" għandhom jiġu indikati b'mod ċar;

(b) il-konnessjonijiet elettriċi, idrawliċi u pnewmatiċi bejn l-apparat ta' assistenza u l-apparat ta' tmexxija prinċipali mekkaniku operat manwalment m'għandhomx jikkomprometti l-kapaċità ta' l-apparat prinċipali milli jiġi operat immedjatament. Nuqqasijiet oħrajn ta' l-apparat ta' assistenza ta' tmexxija m'għandhomx iġiegħlu lis-sistema prinċipali tonqos jew teħel;

(ċ) il-komponenti kollha ta' l-apparat eżistenti ta' assistenza ta' tmexxija u kull komponent ġdid ieħor inkorporat iktar tard għandu jissodisfa l-ħtiġijiet għall-apparat ta' tmexxija stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

3.13.4. L-indikatur tal-pożizzjoni tat-tmun għandu jiffunzjona kemm għall-apparat ta' tmexxija prinċipali kif ukoll għal dak sekondarju.

3.13.5. Il-ħtiġijiet stabbiliti hawnhekk japplikaw ukoll meta l-apparat ta' assistenza ta' tmexxija huwa installat wara li jinbena l-bastiment.

3.14. Veduta mhux mgħottija

Il-veduta fid-direzzjonijiet kollha mill-istazzjon tat-tmexxija għandha tkun tidher sew. Fid-direzzjoni ta' quddiem għandha tkun żgurata permezz ta' mezzi ottiċi ta' min joqgħod fuqhom.

3.15. Il-pressjoni tal-ħsejjes

Taħt kondizzjonijiet normali, il-pressjoni tal-ħsejjes li joħorġu mill-bastiment m'għandhomx jeċċedu 70 dB(A) fil-pożizzjoni prinċipali tat-tmunier.

3.16. Il-komponenti ta' l-elettriku ta' l-apparat ta' tmexxija

3.16.1. Ir-rata nominali tal-muturi għandha tikkorrispondi mat-torque massimu ta' l-apparat ta' tmexxija. Fil-każ ta' installazzjonijiet idrawliċi, ir-rata nominali tal-mutur li jmexxi għandha tkun tali li tassigura produzzjoni massima mill-pompa bi pressjoni massima fl-installazzjoni (setting tal-valv ta' sigurtà) b'rigward għall-effiċjenza tal-pompa.

3.16.2. Il-muturi għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) Apparat ta' tmexxija li jaħdem bil-magna għal operazzjoni intermittenti:

- Muturi ta' sewqan elettroidrawliku u konvertituri assoċjati għandhom ikunu ddisinjati biex jaħdmu kontinwament b'tagħbija intermittenti u fattur ta' ħidma ta' 15 %. Għandu jiġi assunt ċiklu ta' ħidma ta' 10 minuti.

- Il-muturi għat-tmexxija ta' gear li jaħdem bid-dawl iridu jkunu disinjati għall-ħidmiet mhux kontinwi mingħajr ma jkunu affettwati mill-proċess ta' meta jinxtegħlu u b'fattur ta' ħidma ta'15 %. Ċiklu ta' ħidma ta' 10 minuti jrid jitqies.

(b) Apparat ta' tmexxija b'domanda kontinwa ta' saħħa tal-magni għandu jiġi ddisinjat għal operazzjoni kontinwa.

3.16.3. Iċ-ċirkwiti tas-sewqan u ċ-ċirkwiti tal-kontroll jistgħu jiġu protetti biss kontra short circuits. Iċ-ċirkwiti ta' kontroll għandhom ikunu protetti kontra darbtejn il-fond tar-rata massima taċ-ċirkwit elettriku; ir-rata ta' l-apparat ta' protezzjoni m'għanhiex tkun inqas minn 6 A.

3.16.4. Il-cables li jfornu lill-mutur għandhom ikunu protetti kif ġej:

Meta jintużaw il-miċeċ, il-fond tar-rata tagħhom għandu jkun żewġ skali ogħla mill-fond imkejjel tal-muturi, iżda mhux aktar minn 160 % tal-fond imkejjel fil-każ ta' muturi għal operazzjoni intermittenti jew ta' perjodu qasir. Il-qtugħ istantanju tax-short-circuits ta' salvaviti m'għandux jiġi stabbilit għal kurrent ta' rata li teċċedi 10 darbiet il-fond ta' rata tal-mutur tas-sewqan.

3.16.5. Meta jkun hemm swiċċijiet termali ta' qtugħ fis-salvaviti għandhom jew ikunu inoperattivi jew jiġu stabbiliti għal darbtejn il-fond ta' rata tal-mutur.

3.16.6. Għall-apparat elettriku t-tagħmir ta' monitoraġġ u sorveljanza li ġej għandu jiġi pprovdut:

(a) dawl pilota aħdar li jindika li l-installazzjoni qed tiffunzjona;

(b) dawl pilota aħmar li jixgħel meta l-installazzjoni jkollha xi nuqqas jew tiġi skonnettjata aċċidentalment, meta l-mutur elettriku jkun mgħobbi żżejjed jew meta fażi waħda tal-fornitura ta' tliet fażijiet tonqos. Sinjal akustiku għandu jagħmel ħoss fl-istess ħin meta jixgħel id-dawl aħmar.

Meta l-provvista hija esklussivament permezz tas-salvaviti, mhuwiex meħtieġ monitoraġġ ta' nuqqas ta' fażi.

3.16.7. Meta l-indikatur tal-pożizzjoni tat-tmun ikun elettriku għandu jkollu provvista ta' l-elettriku indipendenti.

3.17. Wheelhouse li jista' jitbaxxa

Meta l-wheelhouse jista' jitbaxxa, għandu jkun hemm preżenti apparat biex jipprevjeni persuni milli jersqu lejha waqt li jkun jitbaxxa. Meta persuni jistgħu jgħaddu minn taħt din il-wheelhouse, għandu jkun hemm allarm li jagħmel ħoss li jinstama' awtomatikament meta jitbaxxa l-wheelhouse. Fil-każ li ma jaħdimx it-tagħmir li jbaxxi l-wheelhouse, għandu jkun possibbli li titwettaq din l-operazzjoni b' mezzi oħra.

IL-KAPITOLU 4

DISTANZA TA' SIGURTÀ, FREEBOARD U KEJL TAL-FOND

4.01. Tifsiriet

F'dan il-Kapitolu:

(a) "tul L" ifisser it-tul massimu tal-korp bl-esklużjoni tat-tmun u tal-pupress;

(b) "f'nofs il-bastiment" ifisser f'nofs it-tul L;

(ċ) tagħmir jew unità strutturali titqies "bi protezzjoni kontra l-ispray u protetta kontra t-temp" jekk f'kondizzjonjiet normali tippermetti li tippenetra biss kwantità żgħira ħafna ta' ilma.

4.02. Distanza tas-sigurtà

Id-distanza minima tas-sigurtà għandha tkun:

(a) għal bibien u għal ftuħ, barra minn sportelli, li jistgħu jingħalqu b'mod kontra l-ispray u protett kontra t-temp: 0.15 m;

(b) għall-bibien u għall-ftuħ, barra minn sportelli, li ma jistgħux jingħalqu b'mod kontra l-ispray u protett kontra t-temp: 0.20 m;

(ċ) għal sportelli li jistgħu jingħalqu b'mod kontra l-ispray u protett kontra t-temp: 0.30 m;

(d) għal sportelli li ma jistgħux jingħalqu permezz ta' apparat speċjali, jew li mhumiex magħluqa (imħażen miftuħa): 0.50 m.

4.03. Freeboard

Għandu jkun hemm freeboard suffiċjenti biex tiġi assigurata konformità mad-distanzi ta' sigurtà; ma jistax ikun negattiv.

4.04. Marki tal-fond

4.04.1. Il-livell massimu tal-fond għandu jkun hekk determinat li jassigura konformità mal-ħtiġijiet dwar id-distanza minima ta' sigurtà fl-istess ħin, filwaqt li jiżguraw li dan il-livell ma jista' fl-ebda punt ikun ogħla mill-gverti tal-ġenb, jew, fl-assenza ta' gvieret tal-ġnub, it-tarf ta' fuq tal-pjanċi jew tal-kisi tal-korp.

4.04.2. Il-livell massimu tal-fond għandu jiġi indikat permezz ta' marki ċari tal-fond li ma jitħassrux.

4.04.3. Il-marki tal-fond għandhom jikkonsistu f'rettanglu 0.30 m twil u 0.04 m għoli bil-qiegħ orizzontali u li jikkoinċidi mal-livell massimu tal-fond tal-baħar awtorizzat f'dan l-Anness. Dawn il-marki jistgħu jiġu kkumbinati ma' oħrajn meħtieġa taħt regolamenti oħrajn.

4.04.4. Kull bastiment għandu jkollu mill-inqas tliet pari ta' marki tal-fond, par f'nofs il-bastiment u l-oħrajn bejn wieħed u ieħor wieħed minn sitta tat-tul tal-bastiment mill-pruwa sal-poppa rispettivament.

Madanakollu:

- fil-każ ta' bastimenti ta' inqas minn 40 m tul, żewġ pari ta' marki f'madwar kwart it-tul tal-bastiment mill-pruwa sal-poppa rispettivament huma biżżejjed,

- fil-każ ta' bastimenti mhux intiżi għat-trasport ta' merkanzija, par marki bejn wieħed u ieħor f'nofs il-bastiment.

4.04.5. Marki jew informazzjoni li ma jibqgħux validi bħala riżultat ta' inkjesta ġdida għandhom jitneħħew jew jiġu mmarkati bħala li m'għadhomx validi, taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità li tiċċertifika.

Meta għal xi raġuni marka tal-fond ma tibqax hemm, tista' tiġi sostitwita biss taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità li tiċċertifika.

4.04.6. Meta bastiment ikun tkejjel skond il-Konvenzjoni dwar il-kejl ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni [1] u l-pjan tal-pjanċi tal-kejl jissodisfa l-ħtiġijiet ta' dan l-Anness, il-pjanċi tal-kejl jistgħu jiġu aċċettati bħala alternattiva għall-marki ta' kurrent.

4.05. Bilanċi tal-fond

4.05.1. Kull bastiment li l-fond tiegħu jista' jilħaq metru għandu jkollu bilanċi tal-fond fuq kull naħa lejn il-poppa; jista' jkollu bilanċi tal-fond addizzjonali.

4.05.2. Il-punt żero ta' kull bilanċa tal-fond għandu jkun wieqaf taħt il-bilanċa tal-fond f'post, parallel għall-pjan tal-fond massimu, li jgħaddi mill-punt l-iktar baxx tal-korp jew tal-magħuna, jekk hemm. Id-distanza vertikali 'l fuq miż-żero għandha tkun gradwata f'deċimetri. Mill-impjant ħafif tal-fond tal-baħar sa 10 ċm 'l fuq mill-livell massimu tal-fond tal-baħar dawn il-gradwazzjonijiet għandhom jiġu mmarkati b'linji mtaqqba jew imnaqqxa u miżbugħa b'żewġ kuluri li jalternaw b'tali mod li jkun jidhru sewwa. Il-gradazzjoni għandha tkun immarkata b'figuri tul il-ġenb ta' l-iskala mill-inqas kull 5 ċm u fuq in-naħa ta' fuq ta' l-iskala.

4.05.3. Iż-żewġ bilanċi ta' kejl ta' wara mwaħħla skond il-Konvenzjoni msemmija f'4.04.6 jistgħu jieħdu post il-bilanċa tal-kejl, sakemm ikunu gradwati skond il-ħtiġijiet ta' hawn fuq u, meta neċessarju, figuri li jindikaw il-fond tal-baħar huma miżjuda.

IL-KAPITOLU 5

IL-MAKKINARJU

5.01. Ġenerali

5.01.1. Il-makkinarju kollu u installazzjonijiet assoċjati għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati skond ir-regoli ta' prattika tajba ta' l-inġinerija.

5.01.2. Il-boilers u kontenituri oħrajn ta' pressjoni u l-aċċessorji tagħhom għandhom jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat, fl-istennija ta' l-introduzzjoni tar-regoli Komunitarji.

5.01.3. Makkinarju ewlieni u sekondarju li jaħdem bil-karburant b'punt li fih jieħu n-nar ta' inqas minn 55 °C huwa projbit.

Minkejja kollox, l-inġenji li jagħtu l-enerġija lil winċijiet ta' l-ankri, lid-dgħajjes tal-vapuri u lill-pompi ta' l-ilma li jinġarru jistgħu jaħdmu b'karburant b'punt li fih jieħdu n-nar ta' inqas minn 55 °C.

5.01.4. Għajnuniet biex jixegħlu li jużaw il-karburant b'punt li fih jieħdu n-nar ta' inqas minn 55 °C huma permessi.

5.02. Apparat ta' sigurtà

5.02.1. Il-makkinarju kollu għandu jkun installat u mmuntat sabiex ikun aċċessibbli biżżejjed biex jiġi operat u mantnut u sabiex ma jkunx ta' perikolu għall-personal ikkonċernat.

5.02.2. Il-makkinarju prinċipali u awżiljari, il-boilers u l-aċċessorji kollha għandu jkollhom apparat ta' sigurtà li jikkonforma mar-regoli fis-seħħ fl-Istati Membru li joħroġ iċ-ċertifikat.

5.02.3. Għandu jkun ukoll possibbli biex il-muturi jinżammu milli joħolqu pressjoni u ventilaturi tal-fond minn barra l-ispazju li fih ikunu installati.

5.03. Il-mekkaniżmu li jimbotta

5.03.1. Għandu jkun possibbli li l-mekkaniżmu ta' tmexxija tal-bastiment jinbeda, jitwaqqaf u jiġi riversjat (l-iskrunijiet, ir-roti, eċċ.) malajr u b'mod sigur.

5.03.2. Meta l-mekkaniżmu li jimbotta ma jkunx ikkontrollat mill-whellhouse waqt li l-bastiment ikun qed jimxi, sistema ta' komunikazzjoni two-way ta' min joqgħod fuqha għandha tiġi pprovduta bejn il-wheelhouse u l-kamra ta' l-inġenju. Kaxxi tat-terminal għandhom ikunu aċċessibbli mill-ewwel.

5.04. Pajpijiet ta' l-inġenju ta' l-ispurgar

5.04.1. Pajpijiet ta' l-ispurgar li jgħaddu minn akkomodazzjoni jew mill-wheelhouse għandhom jingħalqu f'ġakketta biżżejjed magħluqa kontra l-gass. L-ispazju bejn il-ġakketta u l-pajp ta' l-ispurgar għandu jkun f'kuntatt ma' l-arja ta' barra.

5.04.2. Il-gass kollu ta' l-ispurgar għandu jiġi evakwat mill-bastiment. Il-prekawzjonijiet kollha għandhom jittieħdu biex gassijiet noċivi jiġu prevenuti milli jidħlu fil-kompartimenti varji. Spurgar minn inġenji ewlenija li jemettu l-gassijiet tagħhom minn jew fuq ll-ġenb huma pprojbiti.

5.04.3. Pajpijiet ta' l-ispurgar għandhom ikunu mgħottija, insulati u mkessħa biżżejjed.

5.04.4. Meta pajpijiet ta' l-ispurgar jgħaddu ħdejn jew minn materjali infjammabbli dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu protetti minn folja ta' materjal ta' insulazzjoni jew kull apparat approprjat li jipprovdi insulazzjoni effettiva.

5.05. Tankijiet, bunkers u pajpijiet

5.05.1. Karburant likwidu għandu jingħalaq f'tankijiet imqabbda sewwa mal-korp jew f'bunkers.

5.05.2. It-Tankijiet u l-bunkers, il-pajpijiet taghhom u aċċessorji oħrajn għandhom ikunu rranġati b'tali mod u mwaħħla sabiex la l-karburant u lanqas il-gass ma jkun jista' jgħaddi għal ġewwa l-bastiment.

5.05.3. Ħlief fil-każ ta' tankijiet mimlija għall-konsum ta' kuljum, il-bokka tal-pajp minn fejn jimtlew it-tankijiet u l-bunkers għal karburanti likwidi għandhom ikunu fuq il-gverta. Il-pajp għall-mili għandu jkollu mezz ta' għeluq. Kull tank u bunker għandu jkollu miegħu pajp ta' ventilazzjoni li jispiċċa barra fuq il-gverta u hekk irranġat li ebda ilma ma jista' jidħol fih.

5.05.4. Il-pajpijiet ta' distribuzzjoni għandu jkollhom karburant likwidu b'mekkaniżmu ta' l-għeluq bil-bokka tat-tank jew tal-bunker.

Barra minn hekk, għandu jkun possibbli mill-gverta li jitwaqqaf il-passaġġ f'pajpijiet li jissupplixxu direttament il-muturi, il-bojlers u l-apparat li jsaħħan.

Pajpijiet tal-karburant m'ghandhomx ikunu esposti għal effetti ta' ħsara tas-sħana u għandu jkun possibbli li jiġu spezzjonati mat-tul intier tagħhom.

5.05.5. Gauges tubi tal-vista jew tankijiet tal-karburant likwidu u bunkers għandhom ikunu protetti b'mod adegwat kontra ħsara ta' impatt, ikunu armati b'tappijiet li jagħlqu awtomatikament, u jkunu konnessi ma' tankijiet jew bunkers fin-naħa ta' fuq.

5.05.6. Tankijiet ta' karburant likwidu u bunkers għandu jkollhom portijiet, li jkollhom għeluq kontra ċ-ċarċir sabiex jippermettu tindif u spezzjoni.

5.05.7. Tankijiet li jissupplixxu l-makkinarju ta' propulsjoni għandhom ikunu mqabbda ma' apparat li jagħti sinjal viżibbli u li jinstama' fil-wheelhouse meta l-livell tal-karburant ma jkunx għadu suffiċjenti għal operazzjoni sikura.

5.05.8. Ebda pajpijiet għal gassijiet jew likwidi perikolużi , partikolarment pajpijiet taħt tali pressjoni li ċarċir jista' jipperikola persuni, jistgħu jiġu installati f'arji ta' akkomodazzjoni u passaġġi. Din il-ħtieġa ma tapplikax għal pajpijiet li jittrasportaw fwar u l-mogħdija ta' pajpijiet ta' sistemi idrawliċi, sakemm ma jkunux iċċirkondati b'kisi protettiv tal-metall.

5.06. Pompi ta' sentina

5.06.1. Il-ħtiġijiet ta' 2.02.5 għandhom japplikaw

5.06.2. Bastimenti bl-ekwipaġġ għandhom ikunu mgħammra b'mill-inqas pompa waħda ta' sentina. Madanakollu, bastimenti fejn is-saħħa ta' l-installazzjoni ta' propulsjoni mekkanika teċċedi 225 kW u bastimenti ta' iktar minn 350 dwt għandhom ikunu mgħammra b'żewġ pompi separati ta' sentina, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun bl-inġenju.

Pompi ta' sentina operati manwalment huma biżżejjed għal kompartimenti kontra l-ilma taħt 4m fit-tul.

5.06.3. d = 1,5

+ 25 (f'mm)

.

Id-djametru ta' ġewwa (da) tal-pajpijiet friegħi fil-passaturi varji li jiġbdu għandhom ikunu mill-inqas:

d

= 2,0

+ 25 (f'mm)

.

fejn:

- L huwa t-tul tal-bastiment bejn il-perpendikolari (f'm),

- B hija l-wisa' magħġuna tal-bastiment (f' m),

- C huwa l-fond magħġun sal-gverta ewlenija (f'm),

- l huwa t-tul (f'm) tal-kompartiment korrispondenti kontra l-ilma.

5.06.4. Il-kapaċità tal-pompa sentina awtomatika għandha tkun mill-inqas 0.1 d2 l/min.

Il-kapaċità tal-pompa sentina awżiljari għandha tkun mill-inqas 0.1 da2 l/min, fejn da jirreferi għall-itwal kompartiment kontra l-ilma.

Il-kapaċità ta' pompa sentina operata manwalment għall-użu biss f'kompartiment wieħed għandha tkun mill-inqas:

0,1 da2 l/min, fejn da jirreferi għal dak il-kompartiment.

5.06.5. Biss pompi sentina self-priming huma permessi

5.06.6. Għal kull kompartiment bil-qiegħ ċatt iktar minn 5m wiesa', għandu jkun hemm mill-inqas passatur wieħed li jiġbed fuq kull naħa. Meta l-kamra ta' l-inġenju tkun iktar minn 5m twila għandu jkun hemm mill-inqas żewġ passaturi li jiġbdu.

5.06.7. Għandu jkun possibbli li jinħareġ il-likwidu mill-kompartiment tal-poppa permezz ta' pajpijiet li jagħlqu b'mod awtomatiku. (2.02.8)

5.06.8. Il-pajpijiet frieghi ta' filtrazzjoni mill-kompartimenti varji għandhom ikunu konnessi għal dak ewlieni permezz ta' valvoli non-return li jistgħu jingħalqu.

Kompartimenti jew spazji oħrajn armati għall-ballast jeħtieġu biss ikunu konnessi mas-ssitema ta' ffiltrar permezz ta' apparat sempliċi cut-off.

5.07. Sistema li tiġbor żejt ta' skart

Installazzjonijiet għall-iffiltrar ta' sentini mill-kamra ta' l-ingenju għandhom ikunu hekk maħsuba li ż-żejt jew ilma żejt ippumpjat mis-sentini jibqa' abbord.

Separatur dinamiku taż-żejt għandu jiġi installat fil-pajpijiet 'l isfel mill-pompa sentina jew, fin-nuqqas ta' dan, separatur statiku għandu jiġi mwaħħal madwar kull passatur li jiġbed.

Dan l-apparat għandu jkun ta' tip approvat mill-awtorità kompetenti f'wieħed mill-Istati Membri, u ta' daqs approprjat.

5.08 Il-Winċijiet

5.08.1. Winċijiet ankri għandhom jiġu provduti għal ankri ta' iktar minn 50 kg.

5.08.2. Winċijiet iddisinjati biex jinsaqu awtomatikament kif ukoll manwalment għandhom jiġu ddisinjati sabiex jassiguraw li s-saħħa mekkanika ma tistax tmexxi s-saħħa manwali.

5.09. Il-ħoss intrinsiku tal-bastiment

5.09.1. Il-ħoss intrinsiku tal-bastiment waqt li jaħdem, partikolarment ħoss ikkawżat mill-intake ta' l-inġenju u mill-ispurgar tiegħu, għandu jiġi fgat b'mezzi approprjati.

5.09.2. Taħt kondizzjonijiet normali ta' operazzjoni il-ħoss intrinsiku tal-bastiment, imkejjel b'mod laterali f'punt 25 m mill-ġenb tal-bastiment m'għandux jeċċedi 75 dB(A).

IL-KAPITOLU 6

INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

6.01. Ġenerali

6.01.1. L-installazzjonijiet elettriċi għandhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' dan il-Kapitolu.

6.01.2. Dan li ġej għandu jkun abbord:

(a) ċirkwit u tpinġija ta' installazzjoni kkontrollata u ffirmata mill-korp ta' spezzjoni li tispeċifika:

- it-tipi u l-għamliet tal-makkinarju u ta' l-apparat użat,

- it-tipi u l-cross-sections tal-cables,

- id-dettalji l-oħrajn kollha essenzjali għal stima ta' konformità mal-ħtiġijiet ta' sigurtà;

(b) istruzzjonijiet ta' operazzjoni għall-installazzjonijiet elettriċi.

6.01.3. L-installazzjonijiet elettriċi kollha għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati biex ikunu jifilħu lista permanenti transversa sa 15° u temperaturi ambjentali sa 40° C.

6.02. Vultaġġi massimi permissibbli

6.02.1. Il-vultaġġi li ġejjin m' għandhomx jinqabżu:

Natura ta' l-installazzjoni | Vultaġġ massimu permissibbli |

Kurrent dirett | Kurrent jalterna ta' fażi waħda | Kurrent jalterna ta' tliet fażijiet |

A.Installazzjonijiet ta' makkinarju u sħana, inklużi bokki ta' skop ġenerali | 250 V | 250 V | 500 V |

B.Installazzjonijiet tad-dawl, inklużi bokki ta' skop ġenerali | | 250 V | 250 V | — |

Ċ.Bokki għal provvista ta' kurrent għal makkinarju li jinżamm fl-idejn użati fuq gvieret miftuħa jew fi spazji umdi jew magħluqa ta' xort' oħra minn bojlers u tankijiet | 1.inġenerali | 50 V | 50 V | — |

2.li jużaw trasformatur ta' isolament li jservi apparat singolu. Iż-żewġ wajers ta' din is-sistema għandhom jiġu insulati mill-ert | — | 250 V | — |

3.meta apparat b'insulazzjoni rinforzata jew doppja huwa użat | 250 V | 250 V | — |

D.Bokki għal provvista ta' kurrent għal tagħmir li jinżamm fl-idejn użat f'bojlers u tankijiet | | 50 V | 50 V | — |

6.02.2. Soġġett għall-konformità mal-miżuri ta' sigurtà preskritti, vultaġġi ogħla huma permissibbli:

(a) f'installazzjonijiet għal tagħmir ta' rikarika ta' batteriji, kif jeħtieġ il-proċess ta' rikarika;

(b) għal makkinarju li l-kapaċità tiegħu jeħtieġ hekk;

(ċ) għal installazzjonijiet speċjali abbord vapuri (eż. Installazzjonijiet tar-radju u tagħmir ta' injezzjoni).

6.03. Konnessjonijiet mal-port

6.03.1. Meta installazzjoni elettrika tingħata kurrent minn fonti fuq ix-xatt, il-cables għandu jkollhom konnessjoni fissa abbord jew ikunu mgħammra b'konnessjoni permanenti jew b'apparat ta' kurrent take-off.

Għandu wkoll ikun hemm attenzjoni sabiex jiġi assigurat li l-cables u l-konnessjonijiet tagħhom ma jkunux soġġetti għal tagħbija tensibbli.

6.03.2. Biss cable flessibbli insulata b'kisi reżistenti għaż-żejt u li ddum ma tieħu n-nar għandu jintuża.

6.03.3. Jekk il-vultaġġ lead-in jeċċedi 50 V, il-korp għandu jkun ertjat b'mod effettiv. Is-sokit plug in fil-korp għandu jkollu marki speċjali.

6.03.4. Is-switchboard ewlieni għandu jinkludi indikatur li juri jekk il-konnessjoni fin-network tax-xatt ikollux kurrent.

6.04. Ġeneraturi u muturi

6.04.1. Ġeneraturi u muturi għandhom jitqiegħdu b'tali mod sabiex ikunu aċċessibbli għal ispezzjoni, miżuri, u tiswijiet u sabiex ilma u/jew żejt jiġi pprevenut milli jilħaq il-windings. Kaxxi terminali għandhom ikunu aċċessibbli mill-ewwel.

6.04.2. Ġeneraturi li jaħdmu bl-inġenju prinċipali, xaft ta' l-iskrun jew sett awżiljari intiż għal funzjoni oħra għandhom jiġu ddisinjati għal varjazzjonijiet fin-numru ta' dawrien li jista' jseħħ waqt li jkunu qed jaħdmu.

6.05. Akkumulaturi

6.05.1. Akkumulaturi għandhom ikunu ta' disinn speċjalment adattat għal użu abbord bastiment. Il-kaxxi taċ-ċelluli għandhom ikunu magħmula minn materjal li jiflaħ għax-xokkijiet li ma jiħux in-nar malajr u għandhom ikunu magħmula b'tali mod li jipprevjenu li jfur l-elektrolite meta jkun 40° mill-vertikali.

6.05.2. L-akkumulaturi għandhom jiġu mwaħħla sew sabiex ma jiċċaqalqux mal-movimenti tal-bastiment. M'għandhomx jitqiegħdu b'tali mod li jkunu esposti għal sħana eċċessiva, bard estrem, sprej, fwar jew vapur.

Għandhom jitqiegħdu b'tali mod li jkunu faċilment aċċessibbli u sabiex jiżguraw li l-vapuri li jħallu ma jagħmlux ħsara lill-apparat li jkun hemm fil-viċin.

Batteriji ta' akkumulaturi ma jistgħux ikunu installati fil-wheelhouse jew fl-akkomodazzjoni jew fl-istivi.

L-akkumulaturi għall-apparat li jinġarr, madanakollu, jistgħu jitqiegħdu f' wheelhouses u fil-kwartieri fejn jgħixu n-nies.

6.05.3. Il-batteriji li jeħtieġu enerġija ta' aktar minn 2 kW biex jiġu karikati (ikkalkolati mill-kurrent massimu ta' karika u mill-vultaġġ nominali tal-batterija) għandhom jiġu installati f'kamra mwarrba apposta għalihom. Jekk jitqiegħdu fuq il-gverta, għandhom jingħalqu ġo cabinet jew senduq.

Il-batteriji li jeħtieġu enerġija li ma taqbiżx 2 kW biex jieħdu karika jistgħu jiġu installati taħt il-gverta f'cupboard jew f'senduq. Jistgħu ukoll jiġu installati fil-kamra tal-magni jew f'xi post ieħor li jkun ventilat sew sakemm ikunu protetti kontra oġġetti li jistgħu jaqgħu u ilma li jqattar.

6.05.4. L-intern ta' l-ispazji, tal-cabinets, tas-sniedaq, ta' l-ixkafef u ta' subassemblaġġi strutturali oħrajn kollha speċifikament imwarrba għal batteriji għandhom ikunu protetti kontra azzjoni aggressiva ta' elektrolite b'kisja ta' żebgħa jew inforra magħmula minn materjal reżistenti għall-elektrolite.

6.05.5. Ventilazzjoni effettiva għandha tiġi provduta meta l-batteriji jiġu installati f'kompartiment magħluq, cupboard jew senduq. L-arja għandha tidħol mill-qiegħ u toħroġ minn fuq sabiex l-evakwazzjoni totali tal-gass tkun assigurata. Ftuħ ta' ventilazzjoni m'għandux jinkludi tagħmir kapaċi li jostakola l-passaġġ ta' l-arja (eż. valve li jagħlaq).

6.05.6. fejn:

- j jindika (f'amperes) kwart tal-fond massimu permess mil-apparat li jikkarika,

- n jindika n-numru ta' ċelloli.

6.05.7. B'ventilazzjoni naturali, l-arja cross-sectional tal-ftuħ għandha tkun approprjata għall-passaġġ ta' l-arja meħtieġ b'veloċità ta' 0.5 m/sek. M'għandhiex tkun inqas minn 80 cm2 għall-batteriji li għandhom plate taċ-ċomb u mhux inqas minn 120 cm2 għall-batteriji ta' l-alkaline.

6.05.8. Meta l-ventilazzjoni meħtieġa ma tkunx tista' tintlaħaq permezz taċ-ċirkolazzjoni naturali ta' l-arja, għandu jiġi provdut fann, li jkollu preferibbilment spurgar mal-mutur ħieles mill-passaġġ tal-gass ta' l-arja.

Tagħmir speċjali għandu jiġi pprovdut biex jipprevjeni l-gassijiet milli jidħlu fil-mutur.

Il-fannijiet għandhom ikunu ta' disinn u materjal li jipprekludu l-produzzjoni ta' xrar permezz ta' kuntatt bejn xafra u l-kisi tal-fann u li jipprekludi kariki elettrostatiċi.

6.05.9. Is-sinjal "tpejjipx", b'dijametru ta' mill-inqas 0·10 m, għandu jitwaħħal fuq il-bibien jew l-għeluq ta' kompartimenti, cabinets jew sniedaq li jkun fihom il-batteriji.

6.06. L-iswitchboards ta' l-elettriku

6.06.1. L-iswitchboards għandhom jitqiegħdu f'postijiet li jkunu aċċessibbli u ventilati sew ħielsa minn xi emissjonijiet ta' gass jew aċidu. Għandhom jiġu rranġati b'tali mod li jkunu protetti kontra daqqiet u kontra kull inċident ikrah ikkaġunat mit-temp aħrax, mill-ilma, miż-żejt, minn karburanti likwidi, minn fwar jew minn vapur.

L-iswitchboards m'għandhomx jitqiegħdu ħdejn pajpijiet li jagħmlu ħoss jew ħdejn il-fetħiet ta' tankijier ta' karburant likwidu.

6.06.2. Ġeneralment, materjali użati fil-bini switchboards għandu jkollhom saħħa mekkanika adattata u jkunu b'saħħithom u mhux infjammabbli. M'għandhomx ikunu igroskopiċi.

6.06.3. Meta l-vultaġġ jeċċedi 50 V:

(a) l-iswitchboards li l-komponenti tagħhom li jġorru l-kurrent huma rranġati jew protetti b'tali mod li jipprevjenu kuntatt aċċidentali għandhom jintużaw;

(b) tapit li jservi ta' insulation jew grilja imprenjata ta' l-injam għandhom jiġu provduti; dan m' għandux japplika, madanakollu għal pannelli li jiġu skonnettjati mis-switch;

(ċ) partijiet tal-metall tal-frames tal-control-panel jew substrutturi u kisi tal-metall ta' l-apparat għandhom ikunu ertjati b'attenzjoni.

6.06.4. Il-partijiet kollha ta' l-iswitchboards, inklużi l-konnessjonijiet, għandhom ikunu aċċessibbli mill-ewwel għall-ispezzjoni, il-manutenzjoni jew is-sostituzzjoni u jkunu jistgħu jiġu skonnettjati.

6.06.5. Pjanċi ta' indikaturi għaċ-ċirkwiti kollha prinċipali jew konnessi, li jindikaw li ċ-ċirkwit ikkonċernat, għandu jitwaħħal mas-switchboards.

6.07. L-iswitches, il-plakek, il-miċeċ u l-protezzjoni tal-cable

6.07.1. L-installazzjoni sħiħa, il-fergħat tal-cables mill-iswitchboard prinċipali u l-cables tal-fergħat mill-panel ta' distribuzzjoni, għandhom ikunu jistgħu jiġu skonnettjati permezz ta' switches jew salvaviti awtomatiċi li jitfu simultanjament il-kondutturi kollha li jittrasportaw il-kurrent.

Meta l-kurrent ikun 50 V jew inqas, jitħallew eċċezzjonijiet għall-fergħat ta' cables mill-panels ta' distribuzzjoni, partikolarment fil-każ ta' ċirkwiti bi switches individwali għal kull apparat.

6.07.2. Il-ġeneraturi u ċ-ċirkwiti kollha għandhom ikunu protetti kontra kurrent eċċessiv f'kull arblu jew konduttur li ma jkunx ertjat. Salvaviti awtomatiċi li jkollhom short-circuit u qtugħ ta' vultaġġ għoli, jew miċeċ ta' sigurtà tat-tip issiġillati, jistgħu jintużaw għal dan l-iskop. Dan it-tagħmir ta' protezzjoni elettrika għandu jkun hekk installat biex ikun protett b'mod adegwat kontra daqqiet.

6.07.3. Il-ħtiġijiet ta' 3.16.3, 3.16.4 u 3.16.5 għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-protezzjoni ta' komponenti ta' l-apparat ta' tmexxija.

6.07.4. Il-pożizzjonijiet "mixgħul" u "mitfi" għandhom ikunu indikati fuq it-tagħmir li jaqta'. Dan ma japplikax għas-switches tad-dawl li jkollhom kurrent ta' inqas minn 10 A.

6.07.5. L-iswitches u l-plakek kollha għandhom ikunu ddisinjatii biex jiskonnettjaw il-kondutturi kollha simultanjament. Is-switches tad-dawl li minnhom jgħaddi kurrent ta' inqas minn 10 A jistgħu jiġu eżentati ħlief fil-każ ta' dawl f'postijiet umdi.

6.07.6. Apparat li jeħtieġ kurrent ta' aktar minn 10 A għandu jitqabbad ma' ċirkwit speċjali.

6.07.7. Il-cables għandu jkollhom kisi li ma jgħaddix l-ilma minnu li jdum biex jieħu n-nar u ta' tip normalment użat fuq vapuri.

Tipi oħrajn ta' cables jistgħu jintużaw fil-postijiet fejn jgħixu n-nies dejjem jekk ikun protetti effettivament u jdumu biex jieħdu n-nar.

Il-cables għandhom ikunu protetti kontra kull riskju ta' ħsara f'kondizzjonijiet normali ta' operazzjoni, b'mod partikolari fuq il-gverta u fl-istivi.

6.07.8. Apparat li jiċċaqlaq ma jista' taħt l-ebda ċirkustanza jirċievi kurrent minn cables miksija bil-ħadid.

6.07.9. Il-cables u l-apparat għandhom jiġu mqabbda permezz ta' tagħmir b'saħħtu u sod li jipprevjeni li l-konnessjonijiet ikollhom tagħbija eċċessiva.

6.08. Tagħmir li jsib l-earth

Tagħmir approprjat li jsib l-earth għandu jiġi provdut għaċ-ċirkwiti kollha li mhumiex ertjati ta' 'l fuq minn 50 V.

6.09. Id-dawl

6.09.1. L-apparat kollu tad-dawl għandu jiġi hekk installat sabiex is-sħana li joħroġ minnu ma jkunx jista' jqabbad oġġetti jew unitajiet infjammbbli fil-viċin.

6.09.2. Fi spazji magħluqa li fihom l-akkumulaturi huma installati jew huma maħżuna żebgħat u sostanzi oħrajn infjammabbli ħafna, biss apparat tad-dawl ta' riskju limitat ta' splużjoni jista' jintuża.

6.09.3. Tagħmir tad-dawl fil-kmamar ta' l-inġenju u tal-boiler jista' jinqasam bejn mill-inqas żewġ ċirkwiti.

6.10. Dwal li jagħmlu sinjali

6.10.1. Is-switchboard li jikkontrolla d-dawl għandu jkun installat fil-wheelhouse; għandu jkun jista' jirċievi l-elettriku b'cabled separat mis-switchboard prinċipali.

6.10.2. Kull dawl għandu jkun provdut separatament mis-switchboard li jikkontrolla d-dawl u jkun protett u kontrollat b'mod separat. Id-dwal li jiffurmaw grupp jistgħu jiġu forniti b'ċirkwit wieħed bil-kondizzjoni li n-nuqqas ta' kwalunkwe dawl jattiva l-allarm fl-apparat ta' monitoraġġ

6.10.3. Sakemm ma jkunx possibbli monitoraġġ dirett mill-wheelhouse, għandu jkun hemm monitoraġġ fuq id-dawl permezz ta' dwal tell-tale, jew apparat simili, mwaħħal fil-pannell ta' kontroll fil-wheelhouse. Nuqqas fid-dawl tell-tale m'għandux jaffettwa l-operazzjoni tad-dawl li jagħmel monitoraġġ fuqu.

6.11. L-ertjar

6.11.1. Partijiet tal-metall li ma jħallux kurrent għaddej minnhom waqt l-użu, bħal frejmijiet u kisi ta' l-inġenju, l-apparat, armar u aċċessorji, għandhom ikunu ertjati jekk ma jkunux diġà mmuntati b'tali mod li jkunu f'kuntatt metalliku effettiv mal-korp.

6.11.2. F'operazzjoni diretta bil-kurrent, armar tal-metall u aċċessorji, kisi tal-metall ta' cables u tubi għandu jkun ertjat fiż-żewġ trufijiet għall-inqas. Meta l-cables ikunu mmuntati fuq l-injam jew fuq materjal tal-plastik, konnessjoni waħda ta' l-ert tkun biżżejjed. F'operazzjoni ta' kurrent alternat, cables u tubi ta' konduttur wieħed ma jistgħux jiġu ertjati f'iktar minn punt wieħed.

6.11.3. F'installazzjoniiet fejn il-vultaġġ ma jaqbiżx il-50 V, ma hemmx għalfejn isir ertjar.

6.11.4. Meta il-vultaġġ jeċċedi l-50 V, il-kisi ta' apparat mobbli li juża l-kurrent, jekk mhux magħmul minn materjal ta' insulazzjoni jew ma jkunx protett, għandu jkun ertjat b'cable li jgħaddi l-kurrent permezz ta' konduttur addizzjonali li s-soltu ma jgħaddix kurrent minnu.

6.12. Installazzjoni tad-dawl f'każ ta' emerġenza

6.12.1. Dawn li ġejjin huma permessi bħala installazzjonijiet tad-dawl f'każ ta' emerġenza:

(a) set awżiljari b'sistema ta' provvista tal-karburant indipendenti mill-inġenju prinċipali u sistema separata li tkessaħ, li f'każ ta' nuqqas taċ-ċirkwit prinċipali jibda jaħdem awtomatikament jew jista' jitqabbad manwalment jekk ikun installat fil-qrib immedjat tal-wheelhouse jew ta' kull stazzjon ieħor immexxi kontinwament minn personal ikkwalifikat, u jkun kapaċi waħdu, li jkopri l-ħtiġijiet tal-provvista tal-kurrent fi żmien 30 sekonda; jew

(b) batterija ta' akkumulatur li awtomatikament tissostitwixxi l-provvista tal-kurrent f'każ ta' nuqqas taċ-ċirkwit prinċipali, jew li tista' tinxtegħel manwalment mill-wheelhouse jew kull stazzjon ieħor kontinwament operat b'personal kwalifikat, u tkun kapaċi tforni l-apparat elenkat li jikkonsma l-elettriku għat-tul tal-perjodu preskritt mingħajr ma tiġi rikarikata u mingħajr waqgħa inammessibbli fil-vultaġġ.

6.12.2. Settijiet awżiljari, batteriji ta' emerġenza u l-apparat tas-switch assoċjat jista' jiġi installat fil-kamra ta' l-inġenju iżda f'dan il-każ fil-għoli kemm jista' jkun.

6.12.3. Bħala ħtieġa minima, is-sorsi tad-dawl f'każ ta' emerġenza għandhom ikunu kapaċi jiżguraw li, meta mandatorju u sakemm l-installazzjonijiet ma jkollhomx provvisti indipendenti ta' emerġenza, l-installazzjonijiet elettriċi li ġejjin jistgħu jiffunzjonaw simultanjament:

(a) dwal li jagħtu sinjali;

(b) sinjali tal-ħoss;

(ċ) dwal ta' l-emerġenza;

(d) telefon bir-radju;

(e) allarm ġenerali, loudspeaker approprjat jew sistemi oħra ta' emerġenza;

(f) floodlight ta' emerġenza.

Il-perjodu li għalih l-installazzjoni ta' emerġenza għandha tkun kapaċi tiffunzjona għandu jiġi determinat skond l-użu intiż tal-bastiment iżda m' għandux ikun inqas minn 30 minuta.

IL-KAPITOLU 7

APPARAT

7.01. Ankri, ktajjen u cables ta' l-ankri

In-numru u l-piż ta' l-ankri u l-cables tagħhom għandhom jikkonformaw mal-karatteristiċi tal-passaġġi fuq l-ilma użati u għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità lokali kompetenti.

7.02. Tagħmir ieħor

7.02.1. Il-bastimenti għandhom jiġu provduti b'mill-inqas it-tagħmir li ġej:

(a) l-apparat u t-tagħmir meħtieġ għall-emissjoni ta' sinjali viżivi u akustiċi u għall-immarkar ta' bastimenti, kif meħtieġ minn regolamenti kurrenti ta' tbaħħir;

(b) dwal ta' emerġenza, indipendenti miċ-ċirkwit tad-dawl prinċipali tal-bastiment, biex jissostitwixxu, jekk meħtieġ id-dwal meħtieġa mir-regolamenti ta' hawn fuq għall-bastimeni mwaqqfa, fuq l-art jew mimlija bl-ilma u mgħarrqa;

(ċ) ħbula u cables tal-metall;

(d) tapit tal-ħabta, sakemm iċ-ċertifikat ma jindikax li dan mhux meħtieġ;

(e) passaġġ wiesa' ta' l-inqas 0.4 m u twil 4 m, il-ġnub tiegħu mmarkati bi strixxa ta' kulur ċar; għandu jkollu l-poġġamani;

(f) bagi mħollija jew bagi ta' l-injam li jibqgħu f'wiċċ l-ilma;

(g) ganċ tad-dgħajjes;

(h) kitt għall-ewwel għajnuna;

(i) tromba;

(j) notifika mmuntata li turi l-istruzzjonijiet għas-salvagwardja u r-risuxxitazzjoni ta' dawk li għerqu;

(k) kontenitur bl-għatu biex jinħażnu fih biċċiet biż-żejt;

(l) linja biex terfa';

(m) mannara.

7.02.2. Bastimenti li l-gverta tagħhom hija iktar minn 1·50m 'l fuq mill-livell ta' l-ilma għandu jkollom taraġ jew sellum ta' akkomodazzjoni.

7.03. Apparat għat-tifi tan-nar

7.03.1. Mill-inqas dan li ġej għandu jkun abbord:

(a) fil-wheelhouse: estingwitur tan-nar portabili;

(b) ħdejn kull post ta' aċċess mill-gverta sa l-akkomodazzjoni: estingwitur tan-nar wieħed portabili;

(ċ) fil-post ta' aċċess għal kull żona ta' servizz mhux aċċessibbli mill-akkomodazzjoni u li fih hu installat tagħmir li jsaħħan, li jsajjar jew li jkessaħ li jaħdem b'karburant solidu jew likwidu: estingwitur tan-nar wieħed portabili;

(d) fid-daħla ta' kull kamra ta' l-inġenju u tal-boiler: estingwitur tan-nar wieħed portabili;

(e) għal bastimenti li l-kapaċità totali tagħhom teċċedi 110 kW, f'post xieraq taħt il-gverta fil-kamra ta' l-inġenju: estingiwtur tan-nar wieħed portabili.

7.03.2. L-estingiwturi tan-nar portabili preskritti għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) il-kapaċità ta' estingwituri tan-nar portabili tat-tip fluwidu ma tistax tkun iktar minn 13.5 litri jew inqas minn disa' litri. Il-kontenut ta' l-estingiwituri ta' trab niexef għandu jkun ta' l-inqas 6 kg;

(b) bħala ħtieġa minima, il-materjal li jitfi n-nar għandu jkun adattat biex jitfi t-tip ta' nar li l-iktar aktarx ikun hemm fl-ispazju jew fl-ispazji li għalih l-estingwitur huwa l-aktar provdut. Fuq bastimenti li l-installazzjonijiet elettriċi tagħhom ikollhom vultaġġ ta' operazzjoni li jaqbeż il-50 volt, il-materjal li jitfi għandu jkun ukoll adattat biex jitfi n-nirien f'installazzjonijiet elettriċi. L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jidhru b'mod ċar fuq kull estingwitur portabili;

(ċ) il-materjal li jitfi fl-estingwituri tan-nar portabili preskritti f'7.03.1 hawn fuq ma jistax ikun fih CO2 jew jikkontjeni prodotti li aktarx iħallu gassijiet tossiċi meta jintuża (eż. tetraklorur tal-karbonju);

(d) l-estingwituri li huma sensittivi għal kesħa jew sħana estrema għandhom ikunu hekk installati jew protetti sabiex tiġi assigurata l-effettività kontinwa tagħhom.

7.03.3. L-apparat kollu għat-tifi tan-nar għandu jiġi spezzjonat ta' l-inqas darba kull sentejn. Ċertifikat iffirmat mill-persuna li tagħmel l-ispezzjoni għandu jkun abbord.

7.03.4. Meta l-apparat għat-tifi tan-nar huwa hekk installat li jinħeba mill-vista, is-sezzjoni li tkoprihom għandha tiġi mmarkata b'ittra ħamra "F" li tkun għolja ta' l-inqas 10 ċm.

7.03.5. Sistema għat-tifi tan-nar li tuża l-ilma taħt pressjoni u li tinkludi pajpijiet li jkunu mqabbda ma' pompa waħda jew aktar li jwasslu għal żennuni permezz ta' idranti u manki jistgħu jiġu installati soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-pompi tan-nar għandu jkollhom l-enerġija. M'għandhomx jiġu installati quddiem il-paratija ta' kollisjoni;

(b) il-pressjoni ta' l-ilma fl-idranti għandha tinżamm f'mhux inqas minn 3 bar;

(ċ) il-pajpijiet u l-idranti għandhom jiġu hekk iddisinjati sabiex il-manki jkunu jistgħu jitqabbdu faċilment;

(d) iż-żennuni kollha għandu jkollhom mekkaniżmu biex jirregola l-jet ta' l-ilma bi pressjoni għolja jew sprej u biex jitwaqqaf il-passaġġ ta' l-ilma;

(e) is-sistema intiera għandha tikkonforma ma' l-istandards kurrenti.

7.03.6. L-uniku aġent awtorizzat li jestingwi f'apparat installat b'mod permanenti huwa l-halon 1301 (CBrF3). L-użu tiegħu huwa soġġett għal konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) dan l-apparat jista' jintuża biss fil-kmamar ta' l-inġenji, fil-kmamar tal-boiler u fil-kmamar tal-pompi;

(b) lil-kwantità ta'l-aġent li jestingwi għandha tkun suffiċjenti biex timla, f'forma gassuża b'20 °C, minn 4·25 sa 7 % tal-volum totali tal-kamra li għandha tiġi protetta, inkluż ix-xaftijiet tal-ventilazzjoni.

Fil-kalkolu tal-kwantità ta' l-aġent li jestingwi neċessarju, kilo halon 1301 b' 20 °C hu kkunsidrat li jimla volum ta' 0·160 m3;

(ċ) it-tankijiet taħt pressjoni intiżi biex jaħżnu l-halon 1301 għandhom jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-korpi approvati ta' ispezzjoni. Dawn it-tankijiet għandhom ukoll ikunu jifilħu l-istess pressjoni bħas-sistema intiera taħt il-kondizzjonijiet li fihom it-temperatura ambjentali tilħaq massimu ta' 60 °C. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi mmarkata b'mod li jinqara ċar u li ma jitħassarx fuq il-kontenituri: pressjoni nominali ta' operazzjoni, pressjoni li taħtha l-aġent li jestingwi jinżamm, is-sena ta' fabrikazzjoni u s-sena ta' l-aħħar ispezzjoni kif ukoll it-tip u l-kwantità ta' l-aġent li jestingwi;

(d) it-tankijiet li jkunu allokati fil-kamra li għandhom jiġu protetti għandu jkollhom mekkaniżmu awtomatiku tas-sigurtà li jiżgura li l-aġent ta' estinzjoni jitħalla fiż-żona protetta jekk, fil-każ ta' nar, it-tank ikun espost għan-nar u s-sistema tat-tifi tan-nar ma tibdiex titħaddem; dan il-mekkaniżmu ta' sigurtà għandu jkun effiċjenti f'temperatura ambjentali ta' 60 °C;

(e) it-tankijiet li hemm barra ż-żona li għandha tiġi protetta għandhom ikunu protetti biżżejjed kontra pressjoni eċċessiva sa temperatura massima ambjentali ta' 60 °C. Din il-kondizzjoni hija wkoll valida għal tankijiet li jikkontjenu gass ta' propulsjoni;

(f) kull tank li jkun fih ukoll gass ta' propulsjoni għandu jkollu manometru jew strument ekwivalenti li jgħin biex il-pressjoni tal-gass ta' propulsjoni jiġi kkontrollat. Tabella li turi l-proporzjon tal-pressjoni/t-temperatura għandha tiġi allokata fil-viċinanzi;

(g) il-pajpijiet u l-aċċessorji għandhom ridu jkunu magħmula mill-ħadid jew minn materjal li jkun daqstant ieħor jiflaħ għas-sħana;

(h) l-unika propellent awtorizzat għal tankijiet allokati ġewwa l-arja li għandha tiġi protetta huwa n-nitroġenu, li għandu jkun taħt pressjoni biżżejjed f'dawn it-tankijiet;

(i) il-valvijiet tal-ftuħ għandhom jitwaħħlu b'tali mod li jkun possibbli għall-aġent li jestingwi li jiġi distribwit b'mod unit u għandhom ikunu ddisinjati sabiex l-aġent ta' estinzjoni jkun jista' jitħallat b'mod unit u kompletament ma' l-arja sabiex jipprevjeni li jseħħu konċentrazzjonijiet lokali u b'saħħithom ta' l-aġent;

(j) is-sistema tal-pajpijiet u tal-ftuħ tal-valvijiet għandha tiġi ddisinjata b'tali mod li jkun possibbli għall-aġent ta' l-estinzjoni li jitħalla fl-arja li għandha tkun protetta fi żmien 10 sekondi, fil-każ li l-aġent li jestingwi hu fi stat fluwidu f'temperatura ambjentali ta' 0 °C;

(k) is-sistema tat-tifi tan-nar għandha tkun tista' titħaddem manwalment mill-wheelhouse jew minn kull post ikkunsidrat approprjat; dan il-post għandu jkun allokat barra l-kamra li għandha tiġi protetta;

l-installazzjoni ta' apparat awtomatiku ta' rilaxx li ma jkunx mgħammar b'apparat ta' allarm li jinstama' mhijiex awtorizzata;

(l) meta sistema tat-tifi tan-nar ikollha tipproteġi diversi żoni, l-istruzzjonijiet ta' l-operazzjoni u l-kwantitajiet ta' l-aġent ta' estinzjoni neċessarji għal kull żona għandhom jiġu indikati b'mod ċar;

(m) sistemi ta' kontroll pnewmatiċi, idrawliċi u elettriċi għandhom jiġu installati sabiex jimminizzaw il-probabbiltà ta' malfunzjoni fil-każ ta' nar jew splużjoni;

(n) is-sistema tat-tifi tan-nar għandha tiġi kkontrollata mill-inqas darba kull 12-il xahar. Dan il-kontroll għandu jinkludi mill-inqas:

- l-ispezzjoni esterna tas-sistema intiera,

- il-kontroll tal-funzjonament kif suppost tas-sistema elettrika għat-tkissir tas-siġilli,

- il-kontroll tal-pressjoni fit-tankijiet.

It-tnaqqis tal-pressjoni permess ma jistax jeċċedi 10 % f'kull tank.

Waqt it-tieni kontroll, il-kwantità ta' l-aġent tat-tifi tan-nar fit-tankijiet għandu wkoll jiġi kkontrollat. Kull tnaqqis f'din il-kwantità m'għandux jeċċedi 5 % f'kull estingwitur;

(o) iċ-ċertifikati ta' ispezzjoni ffirmati mill-ispetturi għandhom ikunu abbord;

(p) meta l-bastiment ikollu sistema ta' tifi tan-nar waħda jew iktar li tuża l-

halon

1301 li tkun ġiet spezzjonata, dan li ġej għandu jissemma taħt l-intestatura 18 fuq iċ-ċertifikat maħruġ għall-bastiment:

"… (in-numru ta') sistemi tat-tifi tan-nar imwaħħla b'mod permanenti li jużaw il-halon 1301. Iċ-ċertifikati meħtieġa għandhom ikunu abbord."

7.04. Id-dgħajjes tal-vapur

7.04.1. Bastimenti u barkuni li jaħdmu bl-inġenji ta' iktar minn 150 dwt kif ukoll laneċ ta' l-irmonk, pushers u pushers ta' l-irmonk bi spustjar ta' iktar minn 150 m3 għandu jkollhom mill-inqas dgħajsa waħda tal-vapuri

7.04.2. Id-dgħajsa tal-vapur għandha titqiegħed b'tali mod fuq il-vapur li tista' titbaxxa fl-ilma b'sigurtà kompleta u bl-inqas dewmien possibbli, bl-għajnuna ta' apparat ta' nżul approprjat jekk neċessarju.

7.04.3. Id-dgħajjes tal-vapuri meħtieġa f' 7.04.1 u 7.04.2 għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) għandhom ikunu mgħammra b'sedili għal mill-inqas tliet persuni, bil-wisa' tas-sedil għal kull persuna li tkun mill-inqas 0·45 m;

(b) għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed;

(ċ) il-volum għandu jkun ta' l-inqas 1·5 m3 jew il-prodott tat-tul × tal-wisa' × tal-fond m'għandux ikun inqas minn 2·7 m3;

(d) meta jittrasportaw tliet persuni li jiżnu bejn wieħed u ieħor 75 kg kull wieħed, id-dgħajjes tal-vapuri għandu jkollhom freeboard ta' mill-inqas 25 ċm;

(e) għandhom ikunu stabbli biżżejjed. Għandhom jitqiesu stabbli biżżejjed jekk, bi tnejn min-nies li jiżnu bejn wieħed u ieħor 75 kg u kull wieħed minnhom ipoġġi fuq l-istess naħa u qrib kemm jista' jkun tax-xifer tal-ġenb tad-dgħajsa, jibqa' freeboard ta' mill-inqas 10 ċm;

(f) b'ħadd abbord imma kompletament mimli bl-ilma, ir-riserva tad-dgħajsa li żżomm fl-ilma (f'kg) għandha tkun ta' l-inqas 30 × tul × wisa' × fond;

(g) it-tagħmir li ġej għandu jkun abbord;

- sett wieħed imqadef,

- ħabel wieħed li jorbot,

- baler waħda.

7.04.4. F' 7.04.3:

- it-tul huwa t-tul massimu tad-dgħajsa tal-vapur (f'm);

- il-wisa' hija l-wisa' massima (f'm);

- il-fond huwa l-fond massimu ffurmat (f'm).

7.05. Bagi tas-salvataġġ, blalen li jgħumu f'wiċċ l-ilma u ġkieket tas-salvataġġ

7.05.1. L-opri tal-baħar kollha jrid ikollhom ta' l-inqas tliet bagi tas-salvataġġ jew żewġ bagi tas-salvataġġ u żewġ blalen li jgħumu f'wiċċ l-ilma. Dawn għandhom ikunu lesti għall-użu umwaħħla fuq il-gverta f'postijiet adattati iżda mhux marbuta ma' fejn huma mdendla. Ta' l-inqas baga waħda tas-salvataġġ għandha titqiegħed fil-qrib immedjat tal-wheelhouse.

Fuq bastimenti bl-inġenju ta' tul sa 40 m, żewġ bagi tas-salvataġġ huma biżżejjed.

Mill-inqas baga tas-salvataġġ jew blalen li jgħumu f'wiċċ l-ilma għandu jkollhom ħabel għall-ġbid ta' tul biżżejjed.

7.05.2. Il-bagi tas-salvataġġ għandhom:

- jifilħu piż ta' mhux inqas minn 7·5 kg f'ilma ħelu,

- ikunu ffabbrikati minn materjal adattat u li jkun jiflaħ għaż-żejt u d-derivattivi tiegħu u għal temperaturi sa 50 °C,

- ikunu kuluriti b'tali mod li jkunu jidhru mill-ewwel fl-ilma,

- ikunu jiżnu mhux inqas minn 2·5 kg,

- ikollhom dijametru intern ta' 0·45 m ± 10 %,

- ikunu mdawra b'ħabel li tista' taqbad miegħu.

7.05.3. Il-blalen li jgħumu f'wiċċ l-ilma għandhom:

- jifilħu piż ta' mhux inqas minn 7·5 kg f'ilma ħelu,

- ikunu ffabbrikati minn materjal adattat u li jkun jiflaħ għaż-żejt u d-derivattivi tiegħu u għal temperaturi sa 50 °C,

- ikunu kuluriti b'tali mod li jkunu jidhru mill-ewwel fl-ilma,

- ikunu jiżnu mhux inqas minn 1 kg,

- ikunu mdawra b'xibka li tista' taqbad magħha.

7.05.4. Il-ġakketta tas-salvataġġ għandha tiġi provduta fil-viċinanza mmedjata ta' kull persuna li tkun abbord regolarment.

7.05.5. Iż-żamma f'wiċċ l-ilma, il-materjal u l-kulur tal-ġgieget tas-salvataġġ għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'7.05.2.

Ġkieket tas-salvataġġ li jintefħu għandom jintefħu awtomatikament jew manwalment; għandhom ukoll ikollhom Dispożizzjoni għall-infiħ bil-ħalq.

IL-KAPITOLU 8

INSTALLAZZJONIJIET TA' GASS LIKWIFIKAT GĦAL UTILITAJIET DOMESTIĊI

8.01. Ġenerali

8.01.1. Kull installazzjoni ta' gass likwifikat għandha tikkonsisti essenzjalment minn unità ta' fornitura li tinkludi kontenitur wieħed jew iktar ta' gass, u ta' valv wieħed jew iktar ta' tnaqqis, sistema ta' distribuzzjoni u numru ta' apparat li jikkonsma l-gass.

8.01.2. L-installazzjonijiet jistgħu jiġu operati biss bi propan kummerċjali.

8.02. L-installazzjoni

8.02.1. L-installazzjonijiet ta' gass likwifikat għandhom ikunu adattati l-ħin kollu għall-użu mal-propan, għandhm jiġu installati bi prattika tajba u għandhom jikkonformaw mar-regolamenti kurrenti ta' l-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat.

8.02.2. Installazzjoni ta' gass likwifikata tista' biss tintuża għal skopijiet domestiċi fl-akkomodazzjoni u fil-wheelhouse.

8.02.3. Għandu jkun hemm numru ta' installazzjonijiet separati abbord. Installazzjoni singola ma tistax tintuża biex taqdi ż-żoni ta' akkomodazzjoni mifruda bi stiva jew tank fiss.

8.03. Kontenituri

8.03.1. Biss kontenituri b'kapaċitajiet approvati ta' bejn 5 u 35 kg jistgħu jitħallew.

8.03.2. Il-kontenituri għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat.

Għandu jkollhom it-timbru uffiċjali li jivverifika li għaddew mit-testijiet statutorji.

8.04. It-twaħħil u t-tqegħid ta' l-unità ta' provvista

8.04.1. Meta kontenituri b'tagħbija sa 35 kg jintużaw, l-unità ta' provvista għandha tiġi installata fuq il-gverta f'cupboard speċjali jew cupboard mal-ħajt imqiegħed barra ż-żona ta' l-akkomodazzjoni f'pożizzjoni li ma tfixkilx il-moviment abbord. M' għandhiex, madanakollu, tiġi installata mal-kisi ta' l-ilqugħ tad-difiża ta' quddiem u ta' wara. Il-cupboard jista' jkun cupboard mal-ħajt imqiegħed fi struttura kbira sakemm jista' jinfetaħ biss 'il barra. Għandu jitqiegħed b'tali mod li l-pajpijiet li jwasslu għall-punti ta' konsum huma qosra kemm jista' jkun.

Kull installazzjoni għandha tinkludi sa erba' reċipjenti f'operazzjoni simultanjament, bl-użu jew mingħajr l-użu ta' ganċ awtomatiku ta' rivers. In-numru ta' kontenituri abbord, inklużi kontenituri żejda, m'għandux jeċċedi sitta għal kull installazzjoni.

L-apparat li jnaqqas il-pressjoni jew fil-każ tat-tnaqqis f'żewġ stadji l-ewwel apparat li jnaqqas il-pressjoni, għandu jitwaħħal mal-paratija fuq l-istess cupboard bħar-reċipjenti.

8.04.2. L-unità tal-provista għandha tkun hekk installata li gass ħiereġ jista' jinħareġ mill-cupboard li jkun fih l-unità mingħajr ma jkun hemm ir-riskju li jista' jippenetra l-bastiment jew jiġi f'kuntatt ma' xi ħaġa jew li jista' jqabbad in-nar.

8.04.3. Il-cupboard għandu jkun magħmul minn materjali resistenti għan-nar u għandu jkun ventilat sew permezz ta' aperturi fuq u fil-qiegħ. Il-kontenituri għandhom jitqiegħdu wieqfa fil-cupboard b'tali mod li ma jistgħux jinqalbu.

8.04.4. Il-cupboard għandu jkun hekk iddisinjat u mqiegħed b'tali mod li t-temperatura tal-kontenituri ma tistax taqbeż il-50 °C.

8.04.5. Il-kliem "installazzjoni ta' gass likwifikat" u s-simbolu "tpejjipx" kif deskritt f'6.05.9 għandu jitwaħħlu mal-ħajt tal-cupboard.

8.04.6. Jekk ikun hemm bżonn dawl intern fil-cupboard, għandu jkun elettriku u l-installazzjoni għandu jkollha protezzjoni kontra n-nar.

8.05. Reċipjenti żejda u vojta

Reċipjenti żejda u vojta li ma jinżammux fil-unità tal-provista għandhom jinħażnu barra ż-żona ta' l-akkomodazzjoni u l-wheelhouse f'cupboard iddisinjat skond il-ħtiġijiet ta' 8.04 ta' dan il-Kapitolu.

8.06. Valvijiet ta' tnaqqis

8.06.1. L-apparat li jikkonsma l-gass jista' jitqabbad mal-kontenituri biss permezz ta' sistema ta' distribuzzjoni b'valv ta' tnaqqis wieħed jew iktar biex il-pressjoni tal-gass titniżżel għall-pressjoni ta' utilizzazzjoni. Il-pressjoni tista' titnaqqas fi stadju wieħed jew fi tnejn. Il-valvijiet kollha ta' tnaqqis għandhom jitqiegħdu permanenti bi pressjoni determinata skond 8.07 hawn taħt.

8.06.2. Dawk li jnaqqsu l-pressjoni finali għandu jew ikollhom jew jiġu immedjatament segwiti b'apparat biex jipproteġi l-pajp awtomatikament kontra pressjoni eċċessiva fil-każ ta' malfunzjoni tal-valv ta' tnaqqis. Kull gass li dan it-tagħmir protettiv iħalli joħroġ għandu jiġi evakwat fl-arja aperta mingħajr riskju li jista' jippenetra ġewwa l-bastiment jew jiġi f'kuntatt ma' xi ħaġa li tista' tqabbdu n-nar; jekk neċessarju, pajp speċjali għandu jiġi mwaħħal għal dan l-iskop.

8.06.3. Kemm it-tagħmir ta' protezzjoni kif ukoll il-ventijiet għandhom jiġu protetti kontra li jidħol l-ilma.

8.07. Pressjonijiet

8.07.1. Il-pressjoni fil-post tal-ħruġ mill-aħħar apparat ta' tnaqqis tal-pressjoni għandha tkun iktar minn 0.05 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika, b'tolleranza ta' 10 %.

8.07.2. Meta sistemi ta' tnaqqis f'żewġ stadji huma użati, il-pressjoni medja m'għandhiex tkun aktar minn 2.5 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika.

8.08. Il-pajpijiet u t-tubi flessibbli

8.08.1. Il-pajpijiet għandhom ikunu magħmula minn tubi ta' azzar fiss jew tar-ram.

Il-pajpijiet li huma mqabbda mal-kontenituri, madanakollu, għandhom ikunu tubi flessibbli ta' pressjoni għolja jew tubi spirali għall-propan. L-apparat li jikkonsma l-gass jista', jekk mhux installat b'mod fiss, jiġi mqabbad permezz ta' tubi flessibbli adattati ta' mhux iktar minn 1 m fit-tul.

8.08.2. Il-pajpijiet għandhom ikunu jifilħu kull stress jew sadid li jistgħu iseħħu taħt kondizzjonijiet normali ta' operazzjoni abbord, u l-karatteristiċi u t-tqassim tagħhom għandhom ikunu tali li jassiguraw passaġġ sodisfaċenti ta' gass bil-pressjoni adattata għall-apparat li jikkonsma l-gass.

8.08.3. Il-pajpijiet għandu jkollhom ġonot mill-inqas. Kemm il-pajpijiet kif ukoll il-ġonot għandhom iżommu l-gass milli joħroġ minnhom u għandhom jibqgħu hekk minkejja vibrazzjoni jew espansjoni li jistgħu jkunu soġ-ġetti għaliha.

8.08.4. Il-pajpijiet għandhom ikunu aċċessibbli sew, imwaħħla sew u protetti f'kull post fejn jistgħu ikunu soġġetti għal impatt jew frazzjoni, partikolarment meta jgħaddu minn paratiji ta' l-azzar jew partizzjonijiet tal-metall.

Il-wiċċ intier tal-pajpijiet ta' l-azzar għandu jkun protett kontra s-sadid.

8.08.5. Il-pajpijiet flessibbli u l-ġonot tagħhom għandhom ikunu jifilħu kull stress li jista' jsirilhom taħt kondizzjonijiet normali ta' operazzjoni abbord. Għandhom ikunu sgumbrati u mwaħħla b'tali mod li jkun jista' jiġi spezzjonat it-tul tagħhom kollu.

8.09. Is-Sistema ta' distribuzzjoni

8.09.1. L-ebda parti ta' l-installazzjoni tal-gass likwifikat ma tista' tiqiegħed fil-kamra ta' l-inġenju.

Fuq bastimenti tankers soġġetti għar-regoli tat-trasport ta' merkanzija perikoluża, l-ebda parti ta' l-installazzjoni tal-gass likwifikat ma tista' titqiegħed fiż-żona tal-merkanzija.

8.09.2. Valv li jkun malajr u faċilment aċċessibbli għandu jipprovdi mezz li bih is-sistema sħiħa tad-distribuzzjoni tista' tingħalaq.

8.09.3. Kull apparat li jikkonsma l-gass għandu jiġi fornit minn fergħa separata tas-sistema ta' distribuzzjoni, u kull fergħa għandha tiġi kkontrollata b'apparat separat li jagħlaq.

8.09.4. Il-valvijiet għandhom ikunu sa fejn possibbli mwaħħla f'punti fejn ikunu protetti mit-temp u mill-impatti.

8.10. L-apparat li jikkonsma l-gass u l-installazzjonijiet tagħhom

8.10.1. L-uniku apparat li jista' jiġi installat huwa apparat li jikkonsma l-propan approvat fl-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat, li hu mgħammar b'apparat li jista' b'mod effettiv jipprevjeni l-ħruġ tal-gass, kemm f'każ ta' tifi tal-fjammi kif ukoll f'każ ta' tifi tad-dawl pilota.

8.10.2. Kull apparat għandu jitqiegħed u jiġi konness b'tali mod li jevita kull riskju ta' tqaċċit aċċidentali tal-pajpijiet li jgħaqqdu.

8.10.3. L-apparat li jsaħħan u li jsaħħan l-ilma għandu jiġi mqabbad ma' kanal għall-evakwazzjoni ta' gassijiet kombustibbli.

8.10.4. L-installazzjoni ta' l-apparat li jikkonsma l-gass fil-wheelhouse hija permessa biss jekk dan il-wheelhouse huwa mibni b'tali mod li l-ebda gass li joħroġ b'mod aċċidentali ma jista' jinżel fil-partijiet ta' isfel tal-bastiment, b'mod partikolari permezz tas-sistemi ta' kontroll li jwasslu għall-kamra ta' l-inġenju.

Fuq bastimenti tanker soġġetti għar-regoli dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża, ebda apparat li jikkonsma l-gass ma jista' jiġi allokat fil-wheelhouse.

8.10.5. L-apparat li jikkonsma l-gass jista' jiġi installat fil-kwartieri ta' l-irqad biss jekk il-kombustjoni sseħħ indipendentement mill-arja fil-kwartieri.

8.10.6. Apparat li jikkonsma l-gass li l-kombustjoni tagħhom tiddependi fuq l-arja fil-kmamar li hu mqiegħed fihom għandu jiġi installat fi kmamar li huma kbar biżżejjed.

8.10.7. Fuq bastimenti tankers soġġetti għar-regoli tat-trasport ta' merkanzija perikoluża, l-apparat li jikkonsma l-gass għandu jkollu marka prominenti ħamra.

8.11. Il-ventilazzjoni u l-ħruġ ta' gassijiet ta' kombustjoni

8.11.1. Fi kmamar li jikkontjenu apparat li jikkonsma l-gass u li l-kombustjoni tiddependi fuq l-arja ambjentali, il-fornitura ta' arja friska u l-ħruġ tal-gassijiet ta' kombustjoni għandhom jiġu assigurati permezz ta' aperturi ta' ventilazzjoni ta' dimensjonijiet adegwati determinati skond il-kapaċità ta' l-apparat.

8.11.2. L-aperturi tal-ventilazzjoni m'għandu jkollhom ebda apparat li jagħlaq u m'għandhomx jagħtu għal fuq il-kwartieri ta' l-irqad.

8.11.3. L-apparat ta' evakwazzjoni għandu jkun hekk iddisinjat sabiex jassigura l-evakwazzjoni sigura tal-gassijiet ta' kombustjoni. Għandhom ikunu ta' min joqgħod fuqhom meta f'operazzjoni u jifilħu għan-nar. L-operazzjoni tagħhom m'għandhiex tiġi effettwata mill-ventilaturi.

8.12. Istruzzjonijiet għall-użu u s-sigurtà

Notifika li jkun fiha istruzzjonijiet dwar l-użu ta' l-installazzjoni għandha titwaħħal abbord f'post addattat. In-notifika għandu jkollha inter alia l-istruzzjonijiet li ġejjin fil-lingwa jew fil-lingwi approprjati:

- "it-tappijiet tal-kontenituri li ma jkunux imqabbda mas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom ikunu magħluqa, anke jekk il-kontenituri huwa presunt li huma vojta",

- "pajpijiet flessibbli għandhom jinbidlu kif il-kondizzjoni tagħhom teħtieġ hekk",

- "il-kontenituri kollha għandhom jibqgħu imqabbda sakemm il-pajipijiet korrispondenti ta' konnessjoni huma magħluqa bit-tappijiet jew issiġillati",

8.13. Ispezzjoni

Qabel ma tintuża installazzjoni ta' gass likwifikat, wara kull modifika jew tiswija u ma' kull tiġdid taċ-ċertifikat imsemmi f'8.15, l-installazzjoni kollha msemmija għandha tiġi sottomessa għal ispezzjoni minn espert approvat ta' l-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat. Fil-ħin ta' l-ispezzjoni l-espert għandu jivverifika jekk l-installazzjoni tikkonformax mal-ħtiġijiet ta' dan il-Kapitolu. Għandu jissottometti rapport ta' ispezzjoni lill-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat.

8.14. Testijiet

It-testijiet dwar l-installazzjoni, wara l-assemblaġġ, għandhom jitwettqu kif ġej:

8.14.1. Pajpijiet ta' pressjoni medja bejn il-ftuħ ta' l-ewwel tagħmir ta' tnaqqis u l-valvijiet imwaħħla qabel l-aħħar apparat ta' tnaqqis tal-pressjoni:

(a) test tas-saħħa, mwettaq bl-arja, b'gass inert jew b'likwidu fi pressjoni 20 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika;

(b) test ta' l-issikkar tal-gass, imwettaq b'arja jew b'gass inert bi pressjoni 3.5 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika.

8.14.2. Pajpijiet bil-pressjoni ta' l-utilizzazzjoni bejn l-uniku apparat li jnaqqas il-pressjoni jew l-aħħar wieħed u l-valvijiet imwaħħla qabel l-apparat li jikkonsma l-gass:

- test ta' ċarċir, imwettaq b'arja jew b'gass inert bi pressjoni ta' 1 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika.

8.14.3. Pajpijiet imqiegħda bejn l-uniku apparat li jnaqqas il-pressjoni jew l-aħħar wieħed u l-kontrolli ta' l-apparat li jikkonsma l-gass:

- test ta' ċarċir bi pressjoni ta' 0.2 bar 'il fuq mill-pressjoni atmosferika.

8.14.4. Fit-testijiet imsemmija f'8.14.1 (b), 8.14.2 u 8.14.3, il-pajpijiet jitqiesu ssikkati kontra li joħroġ il-gass jekk, wara żmien biżżejjed għal bilanċjar normali, ebda waqgħa fil-pressjoni tat-test ma hi osservata tul l-10 minuti ta' wara.

8.14.5. Konnetturi tar-reċipjenti, pajpijiet u armar ieħor soġġett għall-pressjoni fil-kontenituri, u ġonot bejn il-valv ta' tnaqqis u l-pajp ta' distribuzzjoni:

- test ta' ċarċir, imwettaq b'sustanza ta' ragħwa, bil-pressjoni ta' operazzjoni.

8.14.6. L-apparat kollu li jikkonsma l-gass għandu jibda jaħdem u jiġi ttestjat bil-pressjoni nominali sabiex jiġi assigurat li l-kombustjoni hija sodisfaċenti bil-viti li jirregolaw f'pożizzjonijiet differenti.

L-apparat ta' sigurtà għandu jiġi kkontrollat sabiex jiġi assigurat li jopera b'mod sodisfaċenti.

8.14.7. Wara t-test imsemmi f'8.14.6, għandu jiġi vverifikat, fir-rigward ta' kull apparat li jikkonsma l-gass imqabbad ma' ċumnija, jekk, wara operazzjoni ta' madwar ħames minuti bi pressjoni nominali, bit-twieqi u l-bibien magħluqin u l-apparat ta' ventilazzjoni f'operazzjoni, xi gassijiet ta' kombustjoni qegħdin jaħarbu mir-reġistru taċ-ċumnija.

Jekk ikun hemm iktar minn ħruġ momentarju ta' dawn il-gassijiet, il-kawża għandha tiġi stabbilita u rimedjata immedjatament. L-apparat m' għandux jiġi approvat għall-użu sakemm id-difetti kollha jkunu ġew eliminati.

8.15. Ċertifikazzjoni

8.15.1. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi verifika li turi li, wara l-ispezzjoni msemmija f'8.13, l-installazzjonijiet kollha tal-gass likwifikat jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' dan il-Kapitolu.

8.15.2. Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin. Jista' jiġġedded biss wara spezzjoni oħra skond 8.13.

Meta s-sid ta' bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu jissottometti talba raġonata, l-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat jista' jestendi l-validità taċ-ċertifikat għal mhux iktar minn sitt xhur mingħajr ma jwettaq l-ispezzjoni meħtieġa taħt 8.13. Din l-estensjoni għandha tiġi iskritta fiċ-ċertifikat. Id-data li fiha l-ispezzjoni ta' wara kienet normalment tkun dovuta ma tistax tiġi posposta bħala riżultat ta' l-estensjoni.

IL-KAPITOLU 9

ARRANĠAMENTI SPEĊJALI GĦAL TMEXXIJA BIR-RADAR MINN PERSUNA WAĦDA

9.01. Ġenerali

Wheelhouse titqies li hija rranġata speċjalment għal tmexxija bir-radar minn persuna waħda jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu

9.02. Kondizzjonijiet ġenerali tad-disinn

9.02.1. Il-wheelhouse għandha tkun iddisinjata biex takkomoda bniedem li jdawwar it-tmun, bilqiegħda.

9.02.2. L-apparat, l-istrumenti u l-kontrolli kollha għandhom ikunu rranġati b'tali mod li min idawwar it-tmun jista' jużahom b'mod konvenjenti tul il-vjaġġ mingħajr ma jħalli s-sedil tiegħu u mingħajr ma jitlef minn ħarstu l-iscreen tar-radar.

Il-kontrolli għandhom jiċċaqilqu faċilment għall-pożizzjoni ta' operazzjoni, li għandha tkun ċara.

9.02.3. Strumenti ta' monitoraġġ għandhom jinqraw faċilment u l-illuminazzjoni tagħhom għandha tkun kapaċi għal aġġustament kontinwu sal-punt ta' estinzjoni, jkunu xi jkunu l-kondizzjonijiet ta' dawl ġewwa l-wheelhouse, sabiex l-illuminazjoni ma tkunx ta' tfixkil u ma tostakolax il-viżibbiltà.

9.02.4. Il-wheelhouse għandha tkun mgħammra b'apparat ta' sħana addattat. It-tagħmir li jdallam fil-wheelhouse m'għandux jaffettwa l-ventilazzjoni b'mod avvers.

9.03. L-apparat tar-radar u l-veloċità ta' l-indikatur ta' rotazzjoni

9.03.1. L-iscreen tar-radar, m'għandux ikun sostanzjalment barra l-linja ta' viżjoni ta' dak li jmexxi t-tmun meta jkun fil-pożizzjoni normali mar-rota.

9.03.2. L-immaġni tar-radar għandha tibqa' kompletament viżibbli, mingħajr l-għajnuna ta' maskra jew screen, irrispettivament mill-kondizzjonijiet tad-dawl barra l-wheelhouse.

9.03.3. Indikatur ta' veloċità ta' rotazzjoni għandu jiġi installat direttament fuq jew taħt l-iscreen tar-radar.

9.04. Apparat ta' senjalar jew li jitfa' sinjal

9.04.1. Id-dwal u s-sinjali tad-dawl għandhom jiġu kkontrollati permezz ta' switches li l-qagħda tagħhom tirrifletti l-pożizzjoni attwali tad-dwal u tas-sinjali tad-dawl. Kull dawl jew sinjal ta' dawl għandu jkun hemm monitoraġġ fuqu ta' dawl tell-tale ta' l-istess kulur bħad-dawl jew is-sinjal tad-dawl li jagħmel monitoraġġ fuqu, mibni fis-switch jew immuntat ħdejh. Problema fid-dawl jew bis-sinjal tad-dawl għandu jikkawża qtugħ fid-dawl tell-tale korrispondenti.

9.04.2. Il-ħornijiet għandhom jiġu kkontrollati bis-sieq.

9.05. Installazzjonijiet għat-tmexxija tal-bastiment u għall-operazzjoni ta' l-inġenji

9.05.1. L-apparat ta' tmexxija tal-bastiment għandu jkun ikkontrollat b'lieva orizzontali. Din il-lieva għandha tkun faċli biex toperaha u l-angolu bejn il-lieva u l-linja tan-nofs tal-bastiment għandha tirrifletti b'mod eżatt l-angolu ta' diflezzjoni tal-pjanċa tat-tmun. Għandu jkun possibbli li titħalla l-lieva, tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħha, mingħajr ma tinbidel il-pożizzjoni tat-tmun. Sistema ta' kontroll ekwivalenti hi permessa għall-Voith-Schneider u skrejjen li jistgħu jitmexxew.

Jekk il-bastiment huwa wkoll mgħammar bi tmien ta' rivers jew bi tmien fil-poppa għandhom jiġu kkontrollati b'lievi separati.

9.05.2. Kull inġenju għandu jiġi kkontrollat b'lieva waħda li timxi fl-arka ta' ċirku fi pjan vertikali kemxejn parallel għall-assi lonġitudinali tal-bastiment. Il-moviment 'il quddiem tal-lieva għandu jikkawża lill-bastiment biex jimxi 'l quddiem u l-moviment tiegħu lejn il-poppa għandu jikkawża moviment lura. Is-sewqan għandu jiġi ingaġġat u riversjat meta l-lieva hija bejn wieħed u ieħor fil-pożizzjoni newtrali. Għandu jkmun hemm ħoss li jintgħaraf sew hekk kif il-lieva tmur fil-pożizzjoni newtrali. Iċ-ċaqliq tal-lieva mill-pożizzjoni newtrali għall-pożizzjoni ta' "veloċità sħiħa 'l quddiem" u mill-pożizzjoni newtrali għall-pożizzjoni ta' "veloċità sħiħa lura" m' għandhiex tkun aktar minn 90°.

9.05.3. Id-direzzjoni u r-rata ta' tidwir ta ' l-iskrun għandha tiġi indikata.

9.06. Apparat fuq wara biex jimmaniġġja l-ankra

Dak li jmexxi t-tmun għandu jkun kapaċi jitfa' l-ankra/i ta' wara mingħajr ma jħalli postu. Din il-ħtieġa m'għandhiex tapplika għal bastimenti ta' karrijiet imbuttati jew formazzjonijiet mal-ġenb li ma jeċċedux 86 m fit-tul.

9.07. Apparat tat-telefon

9.07.1. Il-bastimenti għandu jkollhom installazzjoni tat-telefon bir-radju għal servizz minn bastiment għal bastiment. Ir-reċezzjoni għandha tkun b'mikrofonu u t-trasmissjoni b'mikrofonu fiss. Dak li jmexxi għandu jkun jista' jagħmel iż-żewġ operazzjonijiet. Il-bidla minn reċezzjoni għal trasmissjoni għandha ssir b'buttuna. Dak li jmexxi l-bastiment għandu jkun jista' jilħaq din l-installazzjoni minn postu.

L-istess ħtiġijiet għandhom japplikaw meta neċessarju għas-servizz ta' operazzjonijiet nawtiċi.

9.07.2. Jekk il-wheelhouse ikollha installazzjoni ta' radjotelefonija konnessa għas-servizz pubbliku, ir-reċezzjoni għandha tkun permezz ta' mikrofonu fis-sedil ta' min imexxi t-tmun. Iżda, il-mikrofonu għall-komunikazzjoni minn bastiment għall-ieħor ma jista' taħt ebda ċirkostanza jintuża għal sejħiet permezz tas-servizz pubbliku.

9.07.3. Il-bastimenti kollha għandhom ikollhom sistema ta' komunikazzjoni bil-vuċi. Din għandha sservi mill-inqas il-punti li ġejjin:

- il-pruwi tal-bastiment jew tar-ras tal-karru tal-baħar,

- il-kwartieri ta' l-ekwipaġġ, u

- il-kabina ta' min idawwar it-tmun.

Ir-reċezzjoni għandha tkun b'mikrofonu separat u t-trasmissjoni permezz ta' mikrofonu fiss li jista' jkun dak użat għas-servizz minn bastiment għal bastiment taħt kondizzjoni li dan ma jikkawżax konfużjoni bejn iż-żewġ networks. Il-bidla minn reċezzjoni għal trasmissjoni għandha sseħħ permezz ta' buttuni jew switches ta' skambju.

9.08. Sinjali ta' allarm

9.08.1. Sistema ta' allarm ikkontrollata permezz ta' switch"mixgħul/mitfi" għandha tkun għad-dispożizzjoni ta' min idawwar it-tmun. Switches li awtomatikament jerġgħu lura għall-pożizzjoni "mitfi" meta jitħallew mhumiex permessi.

9.08.2. Is-saħħa ta' dan is-sinjal m'għandhiex tkun inqas minn 75 dB(A) fl-akkomodazzjoni. Fil-kamra ta' l-inġenju għandu jkun 5 dB(A) aktar mil-livell tal-ħoss ambjentali bil-makkinarju ta' propulsjoni bis-saħħa kollha.

9.09. Strumenti oħrajn

Strumenti oħrajn barra dawk elenkati fuq għandhom jitnaqqsu għal minimu.

9.10. L-Iffirmar taċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni

Jekk il-bastiment jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' dan il-Kapitolu, iċ-ċertifikat għandu jiġi ffirmat kif ġej:"Approvat għat-tmexxija bir-radar minn persuna waħda."

IL-KAPITOLU 10

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAL BASTIMENTI DDISINJATI BIEX ISIRU KARRIJIET TAL-BAĦAR IMBUTTATI, IMĠEBBDA JEW BIEX JIMXU MAL-ĠENB

10.01. Dawk li jimbuttaw

10.01.1. Dawk li jimbuttaw għandu jkollhom fil-pruwa "pjattaforma biex jimbuttaw", apparat mhux inqas minn żewġ terzi l-wisa' ta' l-akbar wisa' tal-bastiment. Il-pjattaforma għandha tkun iddisinjata b'tali mod li, mill-bidu tal-manuvri ta' l-agganċjar, il-personal involut jista' jiċċaqlaq faċilment u mingħajr perikolu minn bastiment għall-ieħor permezz ta' l-apparat ta' l-agganċjar.

Il-pjattaforma għandha wkoll tkun b'mod illi dak li jimbotta jkun jista' jieħu pożizzjoni fissa fir-rigward tal-lighters, u b'mod partikolari sabiex dak li jimbotta jiġi pprevenut milli joħroġ 'il barra mill-ġenb lejn il-wara tal-lighters.

10.01.2. Dawk li jimbuttaw għandhom ikunu mgħammra bl-apparat rekwiżit ta' l-agganċjar; meta l-cables jintużaw għall-agganċjar, dawk li jimbuttaw għandhom ikunu mgħammra b'mill-inqas żewġ vinċijiet speċjali jew apparat ekwivalenti.

10.01.3. Il-magni prinċipali għandhom jiġu kkontrollati mill-wheelhouse. L-operazzjoni tagħhom għandu jkun hemm monitoraġġ fuqha permezz ta' apparat installat fil-wheelhouse.

10.02. Lighters

10.02.1. Il-Kapitoli 3 u 7.02, 7.04 u 7.05.1 m'għandhomx jiġu applikati għal-lighters. 5.06 m'għandux japplika għal lighters mingħajr akkomodazzjoni u l-ebda inġenju jew kmamar tal-bojler.

10.02.2. Lighters fuq il-vapuri għandhom ukoll jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' kostruzzjoni li ġejjin:

(a) Il-paratiji transversali li ma jgħaddix ilma minnhom imsemmija f'2.02.3 mhumiex meħtieġa jekk il-pruwi jkunu kapaċi jifilħu impatt ta' mill-inqas 2.5 darba dak meħtieġ fil-paratija ta' kolliżjoni ta' bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni ta' l-istess fond mibni skond l-ispeċifikazzjonijiet tas-soċjetà ta' klassifika approvata mill-Istat Membru li għandu joħroġ iċ-ċertifikat.

(b) B' deroga minn 2.02.5, kompartimenti b'qiegħ doppju li l-aċċess għalihom huwa diffiċli m'hemmx għalfejn jitbattlu kemm-il darba l-volum ta' l-ispazju kkonċernat ma jeċċedix 5 % ta' l-ispustjar tal-lighter merfugħ mill-vapur f'fond massimu awtorizzat.

(ċ) Il-wiċċ tal-gverti, tal-gverti tal-ġnub u ta' l-għotjien ta' l-istivi għandu jkollhom wiċċ kontra ż-żliq Meta neċessarju, uċuħ żurżieqa għandu jkollhom paletti mgħollija.

(d) Mal-linja fejn il-gverta jew il-gvieret tal-ġenb jiffurmaw angolu mal-ġenb tal-vapur għandu jkun hemm toerails jew stringer bars mill-inqas għoljin 0.03 m u guard rails ta' l-inqas għoljin 0.90 m; il-guard rails jistgħu jkunu jitneħħew.

L-ebda guard rails ma' huma meħtieġa fil-pruwi.

10.03. Bastimenti li jaħdmu bl-inġenju u barkuni li jifilħu jimbuttaw

Sabiex ikunu approvati biex iwettqu operazzjonijiet ta' imbuttar, bastimenti bil-magni u barkuni għandu:

(a) jkollhom pjattaforma li timbotta kif meħtieġ taħt 10.01.1, jew

(b) jkollhom apparat approprjat u effettiv biex jipprevjeni l-bastiment li jimbotta milli joħroġ 'il barra mill-ġenb lejn il-qara tal-bastiment li għandu jiġi imbuttat.

10.04. Testijiet ta' karijiet imbuttati

10.04.1. Bl-iskop li jinħareġ ċertifikat għall-pusher jew lanċa pusher ta' l-irmonk, jew biex jiġu ffirmati ċertifikati ta' bastiment jew lanċa ta' l-irmonk, bl-inġenju b'"adattat għall-imbuttar", jiddependi mill-awtorità kompetenti biex tiddeċiedi jekk, u liema, karrijiet għandhom jiġu sottomessi għal testijiet, u biex isiru testijiet b'dawk il-formazzjonijiet li hi tqis li huma l-iktar sfavorevoli. Iċ-ċertifikat għandu jindika l-kondizzjonijiet li taħthom il-pusher huwa ċċertifikat jew il-firma "adattat għall-imbuttar" huma validi.

10.04.2. It-testijiet għandhom jagħtu provi li:

(a) il-karru għandu biżżejjed stabilità direzzjonali;

(b) bidla maġġuri fir-rotta li tkun immedjatament segwita b'ritorn għar-rotta oriġinali tista' ssir malajr u faċilment;

(ċ) il-karru għandu veloċità biżżejjed fl-ilma;

(d) meta neċessarju, saħħa ta' inġenju propulsiv fuq wara tkun biżżejjed biex il-karru jkun jista' jieqaf meta miexi 'l isfel fl-ilma;

(e) meta l-karru jkun agganċjat jew mhux agganċjat, l-apparat ta' l-agganċjar huwa faċli u sikur biex jiġi manipolat.

L-apparat ta' l-agganċjar għandu wkoll jissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin:

- ir-riġidità tax-xita għandha tiġi mantenuta,

- l-apparat ta' l-agganċjar għandu jassigura tensjoni uniformi, preferibbilment permezz ta' winċijiet speċjali.

10.04.3. Tul it-testijiet ta' hawn fuq, l-awtorità kompetenti biex toħroġ iċ-ċertifikat m'għandhiex tieħu kont ta' l-effetti ta' apparat speċjali (tmunijiet, mekkaniżmi ta' propulsjoni, eċċ) installati fuq lighters sakemm dawn ta' l-aħħar ma jiffurmawx dejjem parti mill-istess karru. Meta jagħmlu parti mill-istess karru, il-lighters awtorizzati għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat tal-bastiment li jagħti propulsjoni lill-karru.

10.05. Bastimenti ta' l-irmonk

Sabiex ikunu awtorizzati jeffettwaw operazzjonijiet ta' l-irmonk, il-bastimenti għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) l-apparat ta' l-irmonk għandu jkun hekk installat sabiex, meta jintuża, ma jikkompromettix is-sigurtà ta' l-ekwipaġġ jew tal-merkanzija. Il-bastiment għandu jibqa' manuvrabbli biżżejjed u stabbli meta jkun qed jirmonka;

(b) min idawwar it-tmun għandu jkun jista' jopera l-makkinarju ta' propulsjoni waħdu jew ikun jista' jikkontrolla dawn l-operazzjonijiet mingħajr ma jħalli l-postazzjoni ta' tmexxija tiegħu;

(ċ) meta jintużaw cables għall-irmonk, l-apparat ta' l-irmonk għandu jinkludi winċijiet jew ganċ ta' l-irmonk li jista' jaqa' mill-postazzjoni ta' tmexxija. L-apparat ta' l-irmonk għandu jiġi installat 'il quddiem mill-pjan ta' l-iskrunijiet. Madanakollu, dan ma japplikax għal-laneċ ta' l-irmonk artikolati.

10.06. Bastimenti ddisinjati biex imexxu formazzjonijiet mal-ġnub

Sabiex ikunu awtorizzati biex imexxu formazzjonijiet mal-ġnub, il-bastimenti għandhom:

1. jikkonformaw mad-Dispożizzjonijiet ta' 10.05 (a) u (b);

2. ikunu mgħammra b'apparat li fin-numru u fit-tqassim jassiguraw li l-formazzjoni ta' bastimenti bl-inġenju jibqgħu imqabbdin b'mod sigur mal-ġnub sew jekk mgħobbija sew jekk le.

IL-KAPITOLU 11

IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ FL-AKKOMODAZZJONI TA' L-EKWIPAĠĠ U FIL-POSTAZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

11.01. Ġenerali

11.01.1. Bastimenti li fuqhom hija meħtieġa l-preżenza ininterrotta ta' persuni barra sigħat tax-xogħol għandu jkollhom l-akkomodazzjoni neċessarja.

11.01.2. L-akkomodazzjoni għandha tkun iddisinjata, dimensjonata u armata b'tali mod li tissodisfa l-bżonnijiet ta' dawk abbord fir-rigward tas-sigurtà, tas-saħħa u tal-kumdità. Din l-akkomodazzjoni għandha tikkonforma mal-ħtiġijiet ta' 11.02 sa 11.12.

11.01.3. L-awtoritajiet li jispezzjonaw jistgħu jippermettu eċċezzjonijiet għar-regoli mogħtija hawn taħt meta s-sigurtà, s-saħħa u l-kumdità ta' dawk abbord huma assigurati b'mod ekwivalenti b'miżuri oħrajn.

11.01.4. 11.03, 11.08.2, 11.09, 11.10 u 11.11 ma japplikawx għall-akkomodazzjoni użata biss mill-membri ta' l-ekwipaġġ li mhumiex ħaddiema impjegati b'kuntratt ta' l-impjieg. Dawn id-derogi għandhom jissemmew taħt l-intestatura Nru 21 taċ-ċertifikat.

11.02. It-tqegħid u l-armar ta' l-akkomodazzjoni

11.02.1. L-akkomodazzjoni għandha tkun tinsab wara l-paratija ta' kolliżjoni kemm jista' jkun mill-akkomodazzjoni għandu jkun fuq il-gverta.

Fis-sezzjoni ta' quddiem tal-bastiment, l-ebda artijiet m'għandhom ikunu iktar minn 1.20 m 'l isfel mill-pjan ta' fond massimu.

Eċċezzjonijiet jistgħu jiġu awtorizzati għal akkomodazzjoni li mhijiex okkupata b'mod permanenti.

11.02.2. L-akkomodazzjoni għandha tkun aċċessibbli faċilment u f'sigurtà kompleta.

Bħala regola ġenerali, l-akkomodazzjoni u x-xwieni għandhom ikunu aċċessibbli mill-gverta permezz ta' kuritur.

11.02.3. L-akkomodazzjoni għandha tkun hekk allokata u armata sabiex tiġi evitata kemm jista' jkun il-penetrazzjoni ta' arja mniġġza mill-kompartimenti l-oħrajn tal-bastiment (e.ż. il-kamra ta' l-inġenju u l-istivi). Meta tintuża ventilazzjoni ta' arja furzata il-ventijiet li minnhom tidħol l-arja għandhom jitqiegħdu b'tali mod li jissodisfaw il-ħtieġa ta' hawn fuq. Arja ħażina mix-xwieni jew mill-installazzjonijiet sanitarji għandha titneħħa mill-bastiment bl-iktar rotta diretta.

11.02.4. L-akkomodazzjoni għandha tkun protetta minn ħoss u vibrazzjonijiet inaċċettabili. Il-livelli massimi permessibbli tal-pressjoni tal-ħsejjes huma:

- 70 dB(A) fil-kwartieri fejn jgħixu,

- 60 dB(A) fil-kwartieri fejn jorqdu, ħlief fil-każ ta' bastimenti li jaħdmu bi nhar biss.

11.02.5. Sabiex tkun possibbli evakwazzjoni ta' malajr fil-każ ta' nawfraġju jew nar, l-akkomodazzjoni għandu jkollha ħruġ ta' emerġenza, li jkunu 'l bogħod minn xulxin jekk jista' jkun, u meta possibbli għall-ġenb u n-naħa tal-lemin tal-vapur.

Dan ma japplikax għal:

(a) akkomodazzjoni li jkun fiha ħafna postijiet tal-ħruġ, fetħiet fil-ġenb tal-vapur jew tamboċċi li jagħtu lok għal evakwazzjoni ta' malajr;

(b) installazzjonijiet sanitarji.

11.02.6. Ħruġ ta' emerġenza u ftuħ fil-ġenb tal-vapur jew tamboċċi maħsuba biex jintużaw bħala ħruġ ta' emerġenza għandu jkollhom ftuħ ċar ta' l-inqas 0.36 m2 u l-iżgħar daqs irid ikun ta' l-inqas 0.50 m.

11.03. Id-dimensjonijiet ta' l-akkomodazzjoni

11.03.1. L-għoli sas-saqaf fil-kwartieri ta' l-ekwipaġġ m' għandux ikun inqas minn 2 m.

11.03.2. L-arja libera ta' l-art ta' l-akkomodazzjoni m'għandhiex tkun inqas minn 2 m2 għal kull okkupant. L-arja okkupata minn għamara mobbli bħal siġġijiet u mwejjed għandha tiġi inkluża fl-arja libera ta' l-art.

11.03.3. Il-volum ta' arja għal kull okkupant m'għandux ikun inqas minn 3.5 m3 fil-kwartieri fejn jgħixu u mhux inqas minn 5 m3 għall-ewwel okkupant u 3 m3 għat-tieni wieħed fil-kwartieri ta' l-irqad. Il-volum ta' l-arja hu dak li jibqa' wara li jkun sar it-tnaqqis approprjat għal lockers, xkafef imwaħħla mal-ħajt fejn jorqdu, eċċ.

11.03.4. Il-kapaċità kubika ta' kull unità fil-kwartieri ta' l-għixien u ta' l-irqad m'għandhiex tkun inqas minn 7 m3.

11.03.5. Il-kmamar żgħar tal-banju jrid ikollhom spazju ta' l-art minimu ta' 1 m2 (mhux inqas minn 0.75 m wisa' u mhux inqas minn 1.1 m tul).

11.03.6. Il-kabini ta' l-irqad m'għandhomx ikunu ppjanati biex joqogħdu fihom iktar minn żewġ adulti.

11.04. Il-pajpijiet fl-akkomodazzjoni

Il-pajpijiet fl-akkomodazzjoni għandhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' 5.05.8.

11.05. Il-mezzi ta' aċċess, il-bibien u t-turġien fl-akkomodazzjoni

11.05.1. Il-mezzi ta' aċċess għall-akkomodazzjoni għandhom ikunu hekk irranġati u ta' qisien li jistgħu jintużaw mingħajr perikolu jew diffikultà.

Din il-ħtieġa titqies bħala ssodisfata meta:

(a) ikun hemm spazju biżżejjed quddiem il-ftuħ ta' l-aċċess biex id-dħul ma jkunx ostakolat;

(b) mezzi ta' l-aċċess huma ‘l bogħod biżżejjed minn installazzjonijiet li jistgħu ikunu perikolużi, bħal winċijiet, apparat ta' l-irmunkar jew tal-ġbid u apparat għat-tagħbija;

(ċ) il-wisa' liberu minn ostakoli hu għall-inqas 0.60 m u l-għoli totali ta' l-aċċess flimkien max-xifer mgħolli hu għall-inqas 1.90 m, waqt li jkun possibbli li d-dimensjoni ta' l-aħħar tintlaħaq bl-użu ta' hoods jew koperturi;

(d) kull xifer mal-fetħiet tal-bibien ma jkunx ogħla minn 0.4m, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' regolamenti oħrajn tas-sigurtà;

(e) il-mezzi ta' aċċess fil-ħruġ ta' l-emerġenza huma insulati u mgħottija b'materjal li jdum biex jieħu n-nar.

11.05.2. Il-ftuħ jew l-għeluq aċċidentali tal-bibien u tal-koperturi biċ-ċappetti għandu jiġi pprevenut.

11.05.3. Il-bibien għandu jkollhom mezz ta' għeluq li jista' jiġi operat minn kull naħa.

11.05.4. Meta ma jkunx hemm aċċess mill-gverta għall-akkomodazzjoni, u d-differenza fil-livelli hi 0.30 m jew aktar, l-akkomodazzjoni għandha tkun aċċessibbli permezz ta' turġien.

11.05.5. It-turġien għandhom ikunu mwaħħla. Għandhom ikun negozjabbli b'mod sigur u għandhom jitqiesu hekk meta:

(a) ma jkunux inqas minn 0·50 m wiesgħa;

(b) il-wiċċ tat-tarġa ma jkunx inqas minn 0·15 m;

(ċ) it-turġien ma jkunux jiżolqu;

(d) it-turġien b'aktar minn erba' tarġiet ikollhom mill-inqas poġġaman wieħed.

11.06. L-artijiet ta' l-akkomodazzjoni, il-ħitan u s-soqfa

11.06.1. L-art, il-ħitan u s-soqfa għandhom ikunu magħmula b'tali mod li jkunu jistgħu jitnaddfu faċilment. Il-kisi ta' l-artijiet ma jridx ikun jiżloq. Il-kisi tal-wiċċ m'għandux ikunu ta' ħsara għas-saħħa.

11.06.2. L-akkomodazzjoni, inklużi il-passaġġi fil-parti tal-bastiment użati għall-akkomodazzjoni ta' l-ekwipaġġ, għandha tkun insulata kontra l-kesħa u s-sħana minn barra jew minn kompartimenti fil-qrib jew imissu magħha.

11.07. It-tisħin u l-ventilazzjoni ta' l-akkomodazzjoni

11.07.1. L-akkomodazzjoni għandu jkollha sistema ta' sħana li tkun kapaċi żżomm temperatura sodisfaċenti fil-kondizzjonijiet tat-temp u tal-klima li għalihom ikun espost il-bastiment.

11.07.2. L-akkomodazzjoni għandha tkun ventilata b'mod adegwat, anki meta l-aċċess ikun magħluq.Il-ventilazzjoni għandha tkun tista' tiġi aġġustata sabiex tiġi assigurata ċirkolazzjoni adegwata ta' l-arja fil-kondizzjonijiet kollha tal-klima.

11.08. Id-dawl tax-xemx u dawl ieħor fl-akkomodazzjoni

11.08.1. L-akkomodazzjoni għandha tkun imdawla b'mod adegwat. Il-kwartieri fejn jgħixu, il-kwartieri fejn jorqdu u x-xwieni għandu jkollhom dawl tax-xemx u jekk jista' jkun għandhom ikunu jagħtu għal fuq barra tal-bastiment.

11.08.2. Dawl ta' l-elettriku adegwat għandu jiġi installat fl-akkomodazzjoni.

11.08.3. Kull mekkaniżmu tad-dawl li juża karburant likwidu għandu jkun magħmul mill-metall u jaħraq biss karburanti b'punt li fih jieħdu n-nar 'il fuq minn 55 °C jew pitrolju. Għandhom ikunu mwaħħla sabiex ma jikkostitwixxux perikolu tan-nar.

11.09. L-armar ta' l-akkomodazzjoni

11.09.1. Kull membru ta' l-ekwipaġġ għandu jkollu berth individwali. Il-berths għandhom jikkosrrispondu ma' l-informazzjoni biometrika għall-korp uman.

11.09.2. Il-berths m'għandhomx jitqiegħdu ħdejn xulxin b'tali mod li l-okkupant ikollu jitla' fuq berth sabiex jasal għall-oħra.

11.09.3. Il-berths m'għandhomx ikunu inqas minn 0.30 m ‘l fuq mill-art. Meta berth titqiegħed fuq oħra, dik ta' fuq għandha titqiegħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-qiegħ tal-berth ta' taħt u l-ġenb l-iktar 'l isfel tat-travi tal-gverta; l-ispazju fuq kull berth m'għandux ikun inqas minn 0.60 m.

11.09.4. Il-berths, inklużi l-oqfsa tagħhom, għandhom ikunu ta' materjal iebes, lixx. Meta berth titqiegħed fuq oħra, kopertura kontra trab għandha titwaħħal taħt il-berth ta' fuq.

11.09.5. Locker adattata għall-ħwejjeġ li jkollha sokor għandha tingħata għal kull membru ta' l-ekwipaġġ. Il-lockers għandu jkollhom għoli disponibbli ta' mhux inqas minn 1.70 m u arja disponibbli ta' 0.25 m2.

11.09.6. Faċilitajiet ventilati sew għad-dendil tal-ħwejjeġ użati għax-xogħol f'temp ħażin u għal xogħol maħmuġ għandhom jiġu provduti, iżda mhux fil-kabini, fil-kmamar tal-ġurnata jew fi kmamar ta' l-ikel.

11.10. Il-kċejjen, il-kmamar ta' l-ikel u l-kmamar fejn jaħżnu

11.10.1. In ġenerali, il-bastimenti għandu jkollhom mill-inqas kompartiment wieħed mifrud mill-kwartieri ta' l-irqad u użat bħala kċina jew kamra tal-ġurnata u kċina ikkombinati (kamra tal-ġurnata u kċina ikkombinati).

11.10.2. Il-kċejjen u l-kmamar tal-jum u l-kċejjen ikkombinati għandhom ikunu mgħammra b':

(a) apparat għat-tisjir;

(b) sink tajjeb bid-drejn;

(ċ) installazzjoni għall-provista ta' l-ilma tax-xorb;

(d) friġġ li tkun kbira biżżejjed biex tiflaħ għan-numru tal-membri ta' l-ekwipaġġ;

(e) il-cupboards jew l-ixkafef meħtieġa.

11.10.3. Il-kmamar ta' l-ikel u l-kmamar tal-ġurnata u l-kċejjen ikkombinati għandhom ikunu kbar biżżejjed għan-numru ta' l-ekwipaġġ li normalment jużawhom fl-istess ħin, u s-siġġijiet ma jkunux inqas minn 0.60 m wiesgħa.

11.10.4. Il-kmamar ta' l-ikel u l-kmamar tal-ġurnata u l-kċejjen ikkombinati għandu jkollhom numru biżżejjed ta' mwejjed u siġġijiet bid-dahar.

11.10.5. Bastimenti b'ekwipaġġ permanenti għandu jkollhom friġġijiet u spazju għall-irfigħ ta' l-ikel. Dan l-ispazju għandu jinżamm niexef u ventilat sew. Għandu jkun possibbli li jinżamm fi stat impekkabbli ta' iġjene. Għandu jkun possibbli li l-friġġijiet u l-kamamar kiesħa tal-ħażna jinfetħu minn ġewwa anki jekk ikunu ngħalqu minn barra.

11.11. Installazzjonijiet sanitarji

11.11.1. L-installazzjonijiet minimi sanitarji li ġejjin għandhom jiġu provduti f'bastimenti b' akkomodazzjoni:

(a) sink wieħed ta' l-idejn li jkun konness ma' l-ilma tax-xorb sħun u kiesaħ għal kull unità ta' l-akkomodazzjoni jew għal kull erba' membri ta' l-ekwipaġġ. Is-sinkijiet tal-ħasil għandhom ikunu ta' daqs adattat u jkunu magħmula minn materjal lixx li ma jixxaqqaqx jew jissaddad;

(b) banju wieħed jew shower li jkun konness ma' l-ilma tax-xorb sħun u kiesaħ għal kull unit ta' l-akkomodazzjoni jew għal kull sitt membri ta' l-ekwipaġġ;

(ċ) kamra tal-banju żgħira għal kull unità ta' l-akkomodazzjoni jew għal kull sitt membri ta' l-ekwipaġġ.

11.11.2. L-installazzjonijiet sanitarji għandhom ikunu qrib sew ta' l-akkomodazzjoni. Il-kmamar tal-banju żgħar m'għandux ikollhom aċċess dirett għall-kċejjen, għall-kmamar ta' l-ikel jew għall-kmamar tal-ġurnata u l-kċina kkumbinati.

11.11.3. L-ispazji li fihom l-installazzjonijiet sanitarji għandhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) l-artijiet u l-ħitan għandhom ikunu magħmula minn materjal b'saħħtu u li ma jgħaddix ilma minnu;

(b) il-ġonot bejn l-artijiet u l-ħitan għandhom ikunu magħluqin sewwa kontra l-ilma.

11.11.4. Il-kmamar tal-banju żgħar għandhom ikunu ventilati sewwa għall-arja aperta.

11.11.5. Il-kmamar tal-banju żgħar għandu jkollhom sistemi tal-flushing. Is-sedili tat-toilets għandhom ikunu faċli biex jitnaddfu.

11.12. Installazzjonijiet ta' l-ilma tax-xorb

11.12.1. (a) Bastimenti bl-akkomodazzjoni għandu jkollhom tank wieħed jew aktar għall-ilma tax-xorb jew installazzjoni biex jinġabar l-ilma tax-xorb;

(b) għandu jkollhom kapaċità biżżejjed għan-numru ta' nies abbord, u l-minimu jkun ta' 150 litru kull persuna.

11.12.2. Tankijiet ta' l-ilma tax-xorb għandhom ikunu hekk iddisinjati u installati li ma jkunx hemm riskju li l-ilma se jitniġġes jew jiddeterjora fit-togħma jew fir-riħa, speċjalment minħabba l-azzjoni tal-karburant likwidu jew taż-żejt lubrikanti.

It-tankijiet li fihom l-ilma tax-xorb għandhom, sakemm jista' jkun, jiġu protetti kontra tisħin eċċessiv ta' l-ilma.

11.12.3. It-tankijiet li fihom l-ilma tax-xorb għandu jkollhom indikatur tal-livell ta' l-ilma.

11.12.4. It-tankijiet ta' l-ilma tax-xorb m'għandux ikollhom ħitan komuni ma' tankijiet maħsuba għal utilitajiet oħrajn.

11.12.5. Tankijiet ta' l-ilma tax-xorb għandu jkollhom fetħa jew toqba kbira biżżejjed li minnha jgħaddi raġel biex ġewwa jkun jista' jitnaddaf.

11.12.6. It-Tankijiet bil-pressa għall-ilma tax-xorb għandhom joperaw biss bl-arja kkumpressata ta' kompożizzjoni naturali. Jekk l-arja kkumpressata tinkiseb minn reċipjenti taħt pressjoni użati biex iħaddmu l-bastimenti jew għal skopijiet oħrajn, jew prodotti permezz tal-kumpressuri, filtru ta' l-arja jew dak li jifred iż-żejt għandhom jiġu installati eżatt quddiem it-tank ta' l-ilma bil-pressa sakemm l-ilma u l-arja ma jkunux mifruda permezz ta' diaframmi.

11.12.7. Pajpijiet ta' l-ilma tax-xorb m'għandhomx jgħaddu mit-tankijiet li jkun fihom likwidi oħrajn. Il-pajpijiet li jġorru likwidi oħrajn jew gass m'għandhomx jgħaddu minn tankijiet ta' l-ilma tax-xorb.

Il-konnessjonijiet bejn is-sistema tal-provista ta' l-ilma tax-xorb u sistemi oħrajn ta' pajpijiet huma pprojbiti.

Il-pajpijiet riservati għall-ilma tax-xorb għandhom ikunu b'saħħithom, b'kisja lixxa u jkollhom konnessjonijiet mal-pajpijet ta' l-ilma b'żennuna fuq il-mollijiet.

11.12.8. L-aperturi li jimlew u l-pajpijiet ta' konnessjonijiet għat-tankijiet ta' l-ilma tax-xorb għandhom ikunu mmarkati b'tali mod li jwissu lil utent kontra l-introduzzjoni ta' likwidi oħrajn.

11.13. Mekkaniżmi tas-sigurtà

11.13.1. Il-bastimenti għandhom ikunu hekk mgħammra li l-ekwipaġġ jista' jimxi u jaħdem faċilment. Meta neċessarju, il-partijiet li jiċċaqalqu u l-ftuħ fil-gverta għandhom ikunu protetti b'apparat ta' sigurtà, kisjiet, barrieri ta' protezzjoni u poġġamani għandhom jiġu installati. Il-winċijiet u l-ganċijiet ta' l-irmonk għandhom ikunu hekk maħsuba li jassiguraw is-sigurtà fuq ix-xogħol.

L-installazzjonijiet kollha meħtieġa għax-xogħol abbord għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod, imqiegħda u protetti sabiex il-manuvri abbord, il-manutenzjoni u t-tiswijiet ikunu siguri u faċli.

11.13.2. Il-gverti fil-qrib tal-winċijiet u l-bollards, kif ukoll il-gverti tal-ġnub, l-artijiet tal-kmamar ta' l-inġenji, l-indani, it-turġien u l-parti ta' fuq tal-bollards tal-gverta tal-ġenb m'għandhomx ikunu jiżolqu.

11.13.3. Il-partijiet ta' fuq tal-bollards tal-gverta tal-ġenb u kull ostakolu f'arji fejn jiċċaqlaq l-ekwipaġġ (eż. il-wiċċ tat-taraġ, għandhom ikunu mmarkati b'żebgħa ta' kulur ċar).

11.13.4. Apparat approprjat għandu jiġi provdut biex jinżamm f'postu l-għeluq ta' l-isportelli.

11.14. L-aċċessibbilità tal-postazzjonijiet tax-xogħol

11.14.1. Il-postazzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu aċċessibbli mill-ewwel u b'mod sigur.

11.14.2. It-turġien, is-slielem, l-iskaluni jew tagħmir simili għandhom jiġu provduti meta jkun hemm differenza ta' iktar minn 0·50 m fil-livelli ta' l-aċċessi, il-ħruġ u l-passaġġi. It-turġien għandhom jiġu provduti meta l-livell ta' postazzjonijiet tax-xogħol li jkollhom il-ħaddiema l-ħin kollu ivarja b'iktar minn 1m mil-livelli li minnhom irid isir l-aċċess.

11.14.3. Il-ħruġ ta' emerġenza għandu jiġu mmarkat b'mod ċar.

11.14.4. In-numru, id-disinn u d-dimensjonijiet tal-ħruġ, inkluż il-ħruġ ta' l-emerġenza, għandhom ikunu jaqblu ma' l-iskop u d-daqs tal-kompartimenti.

11.15. Id-daqsijiet tal-postazzjonijiet tax-xogħol

11.15.1. Il-postazzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu ta' daqsijiet li kull membru ta' l-ekwipaġġ li jaħdem fihom ikollu libertà ta' moviment adegwata.

11.15.2. Postazzjonijiet tax-xogħol b'ekwipaġġ permanenti għandhom ikunu ta' daqsijiet biżżejjed biex jassiguraw:

(a) volum nett ta' arja mhux inqas minn 7 m3, ħlief għall-wheelhouse ta' bastimenti inqas minn 40m twal;

(b) spazju ta' l-art liberu u spazju sas-saqaf għal kull postazzjoni tax-xogħol li jagħti biżżejjed libertà ta' moviment għal operazzjoni u ispezzjoni u għal manutenzjoni u tiswija ordinarja tax-xogħol.

11.15.3. Il-wisa' liberu tal-gvieret tal-ġenb m'għandux ikun inqas minn 0.60 m; dan il-wisa' jista' jitnaqqas madwar il-bollards li jorbtu.

11.16. Protezzjoni kontra l-waqgħat

11.16.1. Postazzjonijiet tax-xogħol li huma qrib l-ilma jew f'pożizzjonijiet li jinvolvu differenzi fil-livell ta' iżjed minn 1m għandhom ikunu mgħammra sabiex ma jħallux lill-ekwipaġġ jiżloq jew jaqa'.

11.16.2. Fuq bastimenti bl-ekwipaġġ, il-protezzjoni kontra ż-żliq jew il-waqgħat fil-baħar għandha tiġi provduta permezz ta' barrieri li jinkludu poġġaman, protezzjoni intermedjarja fil-livell ta' l-irkobba u toerail. Poġġaman ikun biżżejjed fuq bastimenti mingħajr ekwipaġġ.

11.17. L-aċċess, il-bibien u t-turġien ta' postazzjonijiet tax-xogħol

11.17.1. Id-daqs u l-għamla tal-passaġġi, l-aċċessi u l-kurituri għall-moviment ta' persuni u tal-merkanzijia għandu jkun tali li jkunu negozjabbli mingħajr riskju ta' inċident. Il-ħtiġijiet minimi għandhom jitqiesu ssodisfati meta:

(a) ikun hemm spazju biżżejjed quddiem il-ftuħ ta' l-aċċess biex il-moviment mingħajr ostakoli jkun permess;

(b) il-fetħiet huma 'l bogħod biżżejjed mill-installazzjonijiet li jistgħu ikunu sors ta' perikolu;

(ċ) il-wisa' libera tal-passaġġ tkun taqbel ma' l-iskop tal-postazzjoni tax-xogħol u mhux inqas minn 0·60 m, ħlief fil-każ ta' bastimenti inqas minn 8m wisa', li fuqhom il-wisa' tal-passaġġi jista' jonqos għal 0·50 m;

(d) l-ispazju sas-saqaf inkluż ix-xifer ma jkunx inqas minn 1·90 m.

11.17.2. Id-disinn u t-tqassim tal-bibien għandu jkun tali li ma jipperikolax ħajjet in-nies li jiftħuhom jew jagħlquhom. Il-bibien għandhom ikunu protetti kontra għeluq u ftuħ inċidentali, u għandu jkun possibbli li jinfetħu jew jingħalqu miż-żewġ naħat.

11.17.3. L-istrutturi għal passaġġ minn livell għall-ieħor, speċjalment it-turġien, is-slielem u l-iskaluni għandhom ikunu tali li l-użu tagħhom hu ħieles mill-perikolu. Il-ħtiġijiet minimi huma ssodisfati meta:

(a) it-turġien u s-slielem ikunu mwaħħla b'mod permanenti jew protetti kontra ż-żliq u li jinqalbu;

(b) it-turġien ma jkunux inqas minn 0·50 m wiesgħa u l-wisa' bejn il-poġġamani mhux inqas minn 0·60 m; is-slielem u l-iskaluni mhumiex inqas minn 0·30 m wiesgħa;

(ċ) il-fond tal-wiċċ tat-tarġa ma jkunx inqas minn 0·15 m;

(d) it-tarġiet u l-iskaluni jistgħu jintużaw b'sigurtà, mingħajr riskju ta' żliq lejn il-ġenb; l-iskaluni għandhom ikunu jidhru minn fuq;

(e) it-turġien b'aktar minn erba' tarġiet ikollhom poġġamani;

(f) slielem vertikali jkollhom maqbad ta' l-idejn 'l fuq mill-ħruġ;

(g) slielem li jinġarru (li jintużaw fl-istivi) jkunu protetti biex ma jinqalbux u kontra ż-żliq u jkunu twal biżżejjed biex jestendu sa 1 m lil hinn mix-xifer ta' l-isportelli mmejla f'angolu ta' 60° mill-pożizzjoni orizzontali. Is-slielem għandhom ikunu ta' l-inqas 0·4m wiesgħa u 0·50 m fil-qiegħ;

(h) l-iskaluni jkunu mwaħħla fil-wieqaf b'tali mod li ma jistgħux iduru jew jinqalgħu u d-distanza massima bejn l-iskaluni hija 0·30 m.

11.17.4. Il-ħruġ ta' emerġenza u l-ftuħ fil-ġenb tal-vapur jew it-tamboċċi biex jintużaw bħala ħruġ ta' emerġenza għandu jkollhom ftuħ ċar ta' l-inqas 0·36 m2 u l-iżgħar daqs għandu jkun ta' l-inqas 0·50 m.

11.18. L-artijiet, l-uċuħ tal-gverta, l-artijiet ta' l-istivi, il-ħitan, is-soqfa, il-ftuħ fil-ġenb tal-vapur u t-tamboċċi

11.18.1. L-artijiet u l-artijiet ta' l-istivi fuq ġewwa tal-postazzjonijiet tax-xogħol, l-uċuħ tal-gverta u l-uċuħ li fuqhom jimxi l-personal għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed u ddisinjati biex jipprevjenu żliq u waqgħat.

11.18.2. Il-ftuħ fil-gverti jew fl-artijiet għandhom meta miftuħa jkunu provduti bi protezzjoni kontra waqgħat minn persuni.

11.18.3. L-artijiet, l-uċuħ tal-gverta, l-artijiet ta' l-istivi, il-ħitan u s-soqfa għandhom ikunu ddisinjati sabiex ikunu jistgħu jitnaddfu.

11.18.4. Il-ftuħ fil-ġenb tal-vapur u t-tamboċċi għandhom ikunu hekk irranġati u armati li jistgħu jiġu mmaniġġjati u mnaddfa mingħajr riskju.

11.19. Il-ventilazzjoni u t-tisħin tal-postazzjonijiet tax-xogħol

11.19.1. Spazji magħluqa li fihom isir ix-xogħol, ħlief għall-imħażen, għandhom ikunu jistgħu jiġu ventilati. L-apparat ta' ventilazzjoni m'għandux joħloq kurrenti u għandu jipprovdi provvista ta' arja adegwata u regolarment imġedda fil-postazzjonijiet tax-xogħol għall-persuni fihom.

Meta r-rata naturali ta' arja mġedda hija inadegwata għandha tkun provduta ventilazzjoni mekkanika. Ir-rata tat-tiġdid tista' tiġi kkunsidrata adegwata jekk tkun imwettqa mill-inqas ħames darbiet fis-siegħa.

11.19.2. It-tagħmir tal-kombustjoni jew tal-ventilazzjoni m'għandux jikkawża d-deterjorazzjoni tal-kwalità ta' l-arja fil-postazzjonijiet tax-xogħol.

11.19.3. L-apparat tat-tisħin kapaċi jżomm temperaturi adegwati għandu jitwaħħal f'postazzjonijiet tax-xogħol permanenti ġewwa l-bastiment.

11.20. Dawl tax-xemx u dawl artifiċjali fil-postazzjonijiet tax-xogħol

11.20.1. Meta possibbli, il-postazzjonijiet tax-xogħol għandhom jirċievu dawl naturali adegwat anke meta l-bibien ikunu magħluqa. Il-postazzjonijiet tax-xogħol li jkollhom personal kontinwament għandhom iħarsu direttament lejn 'il barra tal-bastiment sa fejn il-ħtiġijiet ta' operazzjoni jew disinn jagħmlu dan possibbli.

11.20.2. Id-dawl għandu jkun hekk irranġat sabiex jelimina t-tgħammix.

11.20.3. Is-switches tad-dawl għall-postazzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu installati f'pożizzjonijieet faċilment aċċessibbli qrib il-bibien.

11.21. Protezzjoni kontra l-ħsejjes u l-vibrazzjonijiet

11.21.1. Il-postazzjonijiet permanenti tax-xogħol u l-installazzjonijiet fihom għandhom ikunu magħmula b'tali mod li jeliminaw il-ħsejjes u li jipproteġu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema kontra l-istorbju u l-vibrazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' 2.06.7 u 3.15, il-livelli ta' ħsejjes fl-ambjent f'postazzjonijiet tax-xogħol b'persunal permanenti ma jistgħux jeċċedu 90 dB(A) fil-livell tar-ras u l-mezzi ta' l-aċċess kollha għandhom ikunu mgħammra bi twissija miktuba ċara.

11.21.2. Jekk dan il-livell jinqabeż, numru biżżejjed ta' tagħmir li jipproteġi lill-individwu mill-ħsejjes individwali tal-protezzjoni tal-ħoss għandu jkun provdut.

11.21.3. Il-postazzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu allokati, armati u ddisinjati b'tali mod li l-membri ta' l-ekwipaġġ ma jkunux esposti għall-vibrazzjonijiet ta' ħsara.

IL-KAPITOLU 12

DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTA MA' ĦTIĠIJIET TEKNIĊI ADDIZZJONALI GĦAŻ-ŻONA 4 ĦTIĠIJIET APPLIKABBLI GĦAL BASTIMENTI LI JOPERAW FIŻ-ŻONA 3 FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI

(Il-ħtiġijiet ta' 4.02 u 4.03 ma japplikawx għall-passaġġi ta' l-ilma ta' Żona 3)

12.01. Ħtiġijiet marbuta mal-bini tal-vapuri

Bastimenti, karrijiet imbuttati u formazzjonijiet mal-ġenb b'tul massimu li jeċċedi 86 m.

12.01.1. Kull bastiment b'mezz mekkaniku ta' propulsjoni u li jkollu tul massimu li jeċċedi 86 m għandu jkun mibni u armat b'tali mod li jkun kapaċi jieqaf meta jħares 'l isfel fl-ilma, waqt li jibqa' manuvrabbli biżżejjed tul u wara l-waqfien. Din il-ħtieġa tgħodd ukoll għal karrijiet imbuttati u għal formazzjonijiet mal-ġenb b'tul ta' aktar minn 86 m.

Għal dan l-iskop huwa verifikat, fuq il-bażi ta' test tal-waqfien, jekk is-saħħa ta' propulsjoni meta miexi b'lura hijiex biżżejjed. Test tal-waqfien mhuwiex neċessarju jekk jista' jiġi sostanzjat b'xi mod ieħor li din il-ħtieġa ġiet sodisfatta.

Il-massimu ta' l-ispustjar permess lill-bastiment jew lill-karru tul in-navigazzjoni 'l isfel fix-xmara huwa determinat mir-riżultati tat-test tal-waqfien jew mis-sostanzjament; iċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni jkun iffirmat skond dan.

12.01.2. Il-bastiment, il-karru mbuttat jew il-formazzjoni mal-ġenb għandhom ikunu kapaċi jilħqu l-veloċità minima adegwata.

12.02. Freeboard, distanza tas-sigurtà u l-bilanċi tal-fond

12.02.1. Definizzjonijiet

F'dan il-Kapitolu:

(a) "tul L" ifisser it-tul massimu tal-buq, barra t-tmun u l-bowsprit;

(b) "wisa' B" tfisser it-travu massimu mkejjel barra l-planki tal-ġenb jew il-kisi, li ma jinkludix ir-roti li jaqdfu;

(ċ) "f'nofs il-vapur" ifisser f'nofs it-tul L;

(d) "superstruttura magħluqa" tfisser struttura magħmula minn ħitan solidi li ma jgħaddix ilma minnhom 'l fuq mill-gverta u magħquda magħha b'mod permanenti u li ma jgħaddix ilma minnu;

- "wisa' tas-superstruttura" tfisser il-wisa' medja tagħha, u

- "l-għoli tas-superstruttura" huwa l-medja ta' l-għoli vertikali, mkejjel fil-ġenb tal-bastiment bejn il-gverta ta' fuq tas-supserstruttura u l-gverta freeboard; jekk il-ħitan ikollhom fetħiet bħal bibien jew twieqi, l-għoli ta' superstrutturi hu mkejjel biss sa l-punt l-iktar baxx tal-fetħiet;

(e) l-elementi strutturali u t-tagħmir huma meqjusa "li ma jgħaddix ilma minnhom" meta jkunu mgħammra b'tali mod li ma jħallux ilma jidħol fil-bastiment, jew:

- meta jkunu esposti għall-pressjoni ekwivalenti ta' 1 m ilma kull minuta, jew

- meta jkunu esposti għall-jet ta' ilma bi pressa ta' mhux inqas minn 1 bar applikat għal 10 minuti fid-direzzjonijiet kollha u fuq is-superfiċi kollha;

(f) elementi strutturali u apparat huma meqjusa "spray-proof u u protetti mit-temp" jekk f'kondizzjonjiet normali jippermettu biss ammont żgħir ħafna ta' ilma li jippenetra.

12.02.2. Distanza ta' sigurtà

1. Id-distanza tas-sigurtà m'fħandhiex tkun inqas minn 30 ċm.

2. Fuq bastimenti li l-ftuħ tagħhom ma jistax jingħalaq permezz ta' apparat sparay-proof u protett kontra t-temp u bastimenti li jinnavigaw bl-istivi tagħhom skoperti d-distanza ta' sigurtà tiżdied b'20 ċm.

Fil-każ ta' bastimenti bi stivi skoperti, madanakollu, iż-żieda tapplika biss għax-xifer ta' fuq ta' stivi skoperti u biss sakemm id-distanza preskritta ta' 50 ċm tinlaħaq bejn il-pjan ta' l-ikbar kurrent u t-tarf ta' fuq tax-xifer.

12.02.3. Freeboard

1. Il-freeboard tal-bastimenti bi gverta kontinwa, mingħajr sheer u mingħajr superstrutturi għandu jkun ta' 150 mm.

Dan il-valur huwa wkoll il-freeboard bażiku għal bastimenti b'sheer u b'superstrutturi

2. Il-freeboard ta' bastimenti bix-sheer u b'superstrutturi hu kkalkulat bil-formola li ġejja:

F = F

β

· Se

+ β

· Se

215

Il-freeboard (F) ma ghandu f'ebda każ ikun inqas minn żero.

Fil-formula:

- Fo huwa l-karburant bażiku freeboard imsemmi f'12.02.3 (1) (f'mm),

- α huwa koefficjent ta' korrezzjoni li jieħu kont tas-superstrutturi kollha kkunsidrati,

- α =

ΣleL

fejn:

- le huwa t-tul effettiv ta' supserstruttura (f'm), u

- L huwa t-tul tal-bastiment (f'm) kif definit f'12.02.1,

- Se1 u Se2 huma rispettivament il-parti mmejla effettiva tal-pruwa u l-parti mmejla tal-poppa (f' mm),

- β1 u β2 huma rispettivament il-koeffiċjenti li jikkoreġu l-effett tat-tmejjil 'il quddiem u lura li jirriżulta mill-preżenza ta' superstrutturi fl-estremitajiet tal-bastiment,

- β1 huwa kkalkolat bil-formola li ġejja:

β

= l −

3le1L

fejn:

- β2 huwa kkalkolat bil-formola li ġejja:

β

= l −

3le2L

F'dawn il-formuli:

- le1 huwa t-tul effettiv tas-superstrutturi ta' quddiem (f'm), u

- le2 huwa t-tul effettiv tas-superstrutturi ta' wara (f'm).

Iżda, it-tul effettiv jitqies biss jekk ikun jinsab fil-parti ta' quddiem jew fil-parti ta' wara tat-tul L tal-bastiment.

3. Se = p S

fejn:

- S hija l-parti mmejla attwali fl-estremità inkwistjoni (f'mm),

- S 'il quddiem ma tistax teċċedi 1000 mm,

- S lura ma tistax teċċedi 500 mm, u

- p huwa l-koefficjent meħud mit-tabella hawn taħt skond il-proporzjon

X

L

:

XL | 0,25 u 'l fuq | 0,20 | 0,15 | 0,10 | 0,05 | 0 |

p | 1 | 0,8 | 0,6 | 0,4 | 0,2 | 0 |

X

L

il-koefficjent p jinkiseb b'interpolazzjoni lineari.

X huwa l-abscissa, imkejjel mill-estremità, mill-post fejn il-parti mmejla hi ekwivalenti għal 0.25 S (ara l-figura ta' hawn taħt).

+++++ TIFF +++++

Fejn β2 Se2 jeċċedi β1 Se1, il-valur ta' β1 Se1 huwa meqjus bħala l-valur ta' β2 Se2.

4. le = l

b

B

− 1,5h0,6 × 0,6

fejn:

- l huwa t-tul attwali tas-superstruttura inkwistjoni (f'm),

- b huwa l-wisa' tas-superstruttura inkwistjoni (f'm),

- B huwa l-wisa' tal-bastiment kif definit f'12.02.1 (f'm)

(għal le1 u le2, madanakollu, il-wisa' tal-bastiment fin-nofs tas-superstruttura inkwistjoni għandha tintuża),

- h huwa l-għoli tas-superstruttura inkwistjoni (f'm)

(fil-każ ta' sportelli, madanakollu, h huwa ottenut bit-tnaqqis ta' l-għoli tax-xifer b'nofs id-distanza ta' sigurtà msemmija f'12.02.2).

Valur li jeċċedi 0.6 × 0.6 m (jiġifieri 0·36 m) ma għandu f'ebda każ jiġi assenjat għal h.

b

huwa inqas minn 0·6 il-valur tal-parentesi għandu jiġi assunt bħala żero (jiġifieri it-tul effettiv le tas-superstruttura għandu jiġi assunt li huwa żero).

12.02.4. Freeboard minimu

B'kont meħud tat-tnaqqis imsemmi f'12.02.3, il-freeboard minimu m'għandux ikun inqas minn 50 mm.

Madanakollu, l-awtorità kompetenti tista' tistipula freeboard iżgħar jekk tingħata garanzija li l-membri ta' l-ekwipaġġ jistgħu jimxu mingħajr periklu fit-tul kollu tal-bastiment biex iwettqu xogħolhom.

12.02.5. Sinjali tal-fond

Fil-każ ta' bastimenti li joperaw fiż-żoni varji tal-passaġġi fuq l-ilma interni (iż-Żoni 1, 2, 3 u 4), għandu jkun hemm sinjal vertikali u sinjal tal-fond wieħed jew aktar ta' tul ta' 150 mm lejn il-pruwa fuq is-sinjali tal-fond 'il quddiem u lura għal żona waħda jew iktar tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

Il-linja vertikali u l-linji orizzonatli għandhom ikunu 30 mm ħoxnin. Ħdejn il-marka tal-fond lejn il-pruwa għandu jkun hemm figura li tkejjel 60 × 40 mm u li tindika ż-żona korrispondenti (ara l-Figuri 1 u 2).

12.03. L-apparat

Il-Bagi ta' salvataġġ, blalen li jgħumu fil-wiċċ u ġgieget tas-salvataġġ.

Bastimenti b'inġenji sa tul ta' 40 m għandu jkollhom abbord ta' l-inqas tliet bagi tas-salvataġġ jew żewġ bagi tas-salvataġġ u żewġ blalen li jżommu f'wiċċ l-ilma.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

12.04. Dispożizzjonijiet speċjali għal bastimenti ddisinjati biex isiru karrijiet, karrijiet imġebbda jew biex jimxu mal-ġenb

12.04.1. Il-pushers għandu jkollhom apparat mekkaniku biex jgħolli l-ankri.

12.04.2. Bastimenti ta' l-irmonk

Sabiex iwettqu operazzjonijiet ta' rmonk, il-bastimenti għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) It-tul tal-bastimenti m'għandux jeċċedi 86 m; f'każijiet rari, l-awtorità lokali kompetenti tista' tawtorizza bastimenti b'tul li jeċċedi s-86 m biex jirmonkaw 'l isfel meta ċerti kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti minnha huma sodisfatti. L-istess japplika għal pushers maħsuba biex jimbuttaw karrijiet ta' 86 × 12 m u aktar.

(b) Meta jkun hemm riskju li l-cables ta' l-irmonk jitħabblu fil-parti ta' wara tal-bastiment, għandu jkun hemm provdut ħadid għall-irmonk.

IL-KAPITOLU 13

DEROGI GĦAL BASTIMENTI FIS-SERVIZZ

13.01. Bastimenti diġà fis-servizz fil-jew stabbiliti qabel l-1 ta' Jannar 1985 imma li l-kostruzzjoni jew it-tagħmir tagħhom ma jikkonformax kompletament mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jinġiebu inkonformità magħhom fi żmien sena mid-data ta' l-ewwel ispezzjoni teknika prevista fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet fit-Tabella 1 hawn taħt, li għalihom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-ħtiġijiet stabbiliti fl-ewwel kolonna tat-tabella għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-data ta' l-ewwel ispezzjoni prevista fl-Artikolu 8 tad-Direttiva.

(b) Il-ħtiġijiet fit-tieni kolonna ma japplikawx għal bastimenti diġà fis-servizz meta s-sigurtà tal-bastiment u ta' l-ekwipaġġ hija assigurata f'mod approprjat ieħor.

(ċ) Id-derogi msemmija f'13.01(a) u 13.01(b) ma japplikawx għal partijiet li ġew alterati jew sostitwiti.

(d) Meta l-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet f'13.01, 13.01(a) (wara li jiskadi l-perjodu transitorju) u 13.01(ċ) mhijiex prattikabbli jew kienet tinvolvi ammont ta' flus kbar fil-bidu, l-awtorità responsabbli biex toħroġ iċ-ċertifikat tista' tagħti derogi.

(e) Id-dettalji rilevanti ta' kull deroga mogħtija taħt 13.01(a) għandhom jiġu iskritti fiċ-ċertifikat tul l-ewwel ispezzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva; id-derogi taħt 13.01(d) għandhom jiġu iskritti meta mogħtija.

13.02. Bastimenti diġà approvati għal tmexxija bir-radar minn persuna waħda għandhom ħames snin biex jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-Kapitolu 9. Il-bastimenti li jitolbu din l-approvazzjoni għall-ewwel darba għandhom jinġiebu inkonformità mal-Kapitolu 9 qabel ikunu jistgħu jottjenu approvazzjoni.

13.03. Bastimenti li fl-1 ta' Jannar 1985 ikunu installaw b'mod permanenti apparat għat-tifi tan-nar bl-użu ta' CO2 bħala aġent għat-tifi tan-nar jistgħu iżommu dan l-apparat sakemm jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

CO2 huwa awtorizzat bħala aġent għat-tifi tan-nar f'apparat installat b'mod permanenti soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) Apparat CO2 jista' jintuża biss fil-kmamar ta' l-inġenju, tal-bojler u tal-pompa.

(b) L-apparat CO2 kollu installat b'mod permanenti għandu jkollu allarm li s-sinjal tiegħu ikun jinstama' b'mod ċar fl-arji kollha ddisinjati biex jiġu koperti b'CO2, anki ‘l fuq l-ogħla livell possibbli ta' ħoss intrinsiku waqt l-operazzjoni, u distint b'mod ċar mis-sinjali ta' allarm kollha oħrajn li jinstemgħu abbord.

Sinjali ta' l-allarm CO2 għandhom ukoll ikunu jinstemgħu sewwa f'żoni fil-qrib - minn sportelli magħluqa ta' komunikazzjoni u 'l fuq mill-ogħla livell possibbli ta' ħoss intrinsiku prodott tul l-operazzjoni - jekk dawn l-arji jistgħu jiġu evakwati minn dik maħsuba biex tkun koperta b' CO2.

In-notifika li ġejja f'ittri ħomor fuq sfond abjad, bl-Olandiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u fil-lingwa(i) ta' l-Istati Membri li fihom jopera l-bastiment, għandha titwaħħal f'post approprjat fid-dħul u l-ħruġ minn kull żona li x'aktarx tkun koperta b'CO

2

:

"Ħallu din iż-żona immedjatament meta jinstema' s-sinjal tat-twissija CO2 (deskrizzjoni tas-sinjal) - periklu li tifgaw."

(ċ) Istruzzjonijiet dwar l-użu li jkunu jinqraw sew u mmarkati sew bl-Olandiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u bil-lingwa(i) ta' l-Istat Membru li fih jopera l-bastiment għandhom jitwaħħlu ħdejn l-apparat kollu għall-attivazzjoni ta' sistemi għat-tifi tan-nar CO2.

Il-pajpijiet li jispiċċaw f'żoni li x'aktarx jiġu effettwati b'CO2 għandu jkollhom apparat ta' għeluq.

L-apparat ta' twissija meħtieġ taħt (b) fuq għandu jiġi attivat awtomatikament qabel sistema għat-tifi tan-nar tiġi operata.

(d) It-tankijiet CO2 għandhom jiġu installati f'-żona magħluqa kontra l-gass separata minn arji oħrajn.

Din iż-żona għandha tkun direttament aċċessibbli minn barra biss, u għandu jkollha sistema ta' ventilazzjoni adegwata u indipendenti kompletament separata mis-sistemi ta' ventilazzjoni l-oħrajn kollha abbord.

It-temperatura f'din iż-żona m'għandhiex taqbeż is-60 °C.

It-tankijiet kollha taħt pressjoni għandu jkollhom il-kitba "CO2" bl-abjad fuq sfond aħmar. L-ittri għandhom ikunu ta' l-inqas 6 ċm għolja.

(e) Tankijiet CO2, armar u pajpijiet taħt pressjoni għandhom jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat. Għandu jkollhom it-timbru uffiċjali li jiċċertifika aċċettazzjoni wara testijiet tar-regolamenti.

(f) L-alarm imsemmi f'(b) hawn fuq għandu jiġi kkontrollat ta' l-inqas darba kull 12-il xahar.

Sistemi għat-tifi tan-nar għandhom jiġu kkontrollati ta' l-inqas darba kull sentejn. Dan il-kontroll għandu mill-inqas jinkludi:

- l-ispezzjoni esterna tas-sistema kollha,

- testing funzjonali ta' pajpijiet u żennuni għal barra,

- testijiet funzjonali għall-mekkaniżmu li jinstiga,

- kontroll fuq il-provvista CO2 f'kull tank ta' servizz.

(g) Iċ-ċertifikati ta' ispezzjoni ffirmati mill-ispetturi għandhom jinġarru abbord. Dawn iċ-ċertifikati għandhom isemmu mill-inqas il-kontrolli msemmija hawn fuq, ir-riżultati ottenuti u d-data tal-kontroll.

(h) Meta l-bastiment hu mgħammar b'sistema għat-tifi tan-nar waħda jew iktar CO

2

li jkunu ġew ikkontrollati, iċ-ċertifikat maħruġ għall-bastiment għandu jiġi ffirmat kif ġej taħt l-intestatura Nru 18:

"…(numru) sistema(i) għat-tifi tan-nar CO2 imwaħħla. Iċ-ċertifikati meħtieġa għandhom jinġarru abbord."

13.04 Id-Dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 11 japplikaw biss għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva. Madanakollu, għal raġunijiet ta' sigurtà, id-Dispożizzjonijiiet ta' 11.01.1, 11.01.3, 11.01.4 u, fil-limiti ta' żmien stipulati, dawk fit-Tabella 2 ta' dan il-Kapitolu japplikaw ukoll għall-bastimenti msemmija f'13.01.

13.05. Fuq bastimenti eżistenti bi gvieret tal-ġenb inqas minn 0.50m wesgħin, poġġaman f'forma ta' cable stirat tul il-ġenb ta' l-ilma jew il-poġġamani ħdejn ix-xfar ta' l-isportelli jistgħu jiġu sostitwiti għall-guardrail.

TABELLA 1

Deroga | Ħtiġijiet applikabbli għal bastimenti fis-servizz fi żmien ħames snin mid-data ta' l-ewwel spezzjoni | Ħtiġijiet mhux applikabbli għal bastimenti fis-servizz |

Kapitolu | Artikolu | Paragrafu | Artikolu | Paragrafu |

2. Ħtiġijiet li jirrelataw għall-bini tal-vapuri | | | 2.02 | 3, 6, 7 |

2.03 | 2, 3 | | |

2.04 | 1, 2, 3, 4, 5 | | |

2.05 | 1, 2, 3 | | |

2.06 | 3, 5, 6 | 2.06 | 2, 7 |

3. Apparat ta' tmexxija u l-wheelhouse | 3.01 | 2 | | |

| | 3.02 | |

3.03 | 2 | 3.03 | 1 |

3.04 | 1, 2, 3 | | |

3.05 | 1, 2 | | |

3.06 | 1, 2 | | |

3.08 | 1, 2, 3, 4 | | |

3.09 | 1, 2 | | |

3.10 | | | |

3.11 | | | |

3.12 | | | |

3.13 | 2, 3, 4, 5 | | |

3.14 | | | |

| | 3.15 | |

3.16 | 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7 | | |

| | 3.17 | |

4. Freeboard, distanza ta' sigurtà u bilanċi tal-fond | 4.05 | 1, 2, 3 | | |

5. Makkinarju | | | 5.01 | 3 |

5.02 | 2, 3 | | |

| | 5.03 | 2/reċiproku |

| | 5.04 | 1, 2, 3, 4 |

5.05 | 2, 3, 4, 5, 6 | 5.05 | 7, 8 |

5.06 | 8 | 5.06 | 2, 3, 4, 5, 6, 7 |

| | 5.08 | 1, 2 |

| | 5.09 | 2 |

6. Installazzjonijiet elettriċi | | | 6.01 | 2, 3 |

| | 6.02 | 1, 2 |

6.03 | 1, 2, 3, 4 | | |

| | 6.04 | 1, 2 |

6.05 | 1, 2, 5, 6, 7, 8 | 6.05 | 3 |

6.06 | 1, 2, 3, 4, 5 | | |

| | 6.07 | 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9 |

6.08 | | | |

6.09 | 1, 2 | 6.09 | 3 |

| | 6.10 | 1, 2, 3 |

6.11 | 1, 2, 3, 4 | | |

| | 6.12 | 1, 2, 3 |

7. It-tagħmir | 7.03 | 6 | 7.03 | 5 |

7.04 | 1, 2 | 7.04 | 3, 4 |

| | 7.05 | 2, 3, 5 |

8. Installazzjonijiet ta' gass likwifikat għal utilitajiet domestiċi | Il-kapitolu intier ħlief għal 8.15 | Tliet snin minflok ħamsa | | |

12. Dispożizzjonijiet li jirrelataw għal ħtiġijiet tekniċi addizzjonali għall-ħtiġijiet taż-Żona 4 applikabbli għal bastimenti li joperaw f'passaġġi fuq l-ilma interni fiż-Żona 3 | | | 12.02 | 2, 3, 4 |

| | 12.03 | |

TABELLA 2

Deroga | Ħtiġijiet applikabbli għal bastimenti fis-servizz fi żmien ħames snin mid-data ta' l-ewwel spezzjoni | Ħtiġijiet applikabbli għal bastimenti fis-servizz fi żmien sena mid-data ta' l-ewwel ispezzjoni |

Kapitolu | Artikolu | Paragrafu | Artikolu | Paragrafu |

11. Saħħa u sigurtà fl-akkomodazzjoni u fil-postazzjonijiet tax-xogħol | 11.01 | 2 | | |

11.02 | 5 | | |

11.05 | 2 | | |

| | 11.08 | 3 |

11.12 | 5, 6, 7 | 11.12 | 8 |

11.13 | 1, 2, 3, 4 | | |

| | 11.14 | 1, 3, 4 |

11.16 | 1, 2 | | |

11.17 | 2 | 11.17 | 3 a) |

11.18 | 1, 2, 4 | | |

11.20 | 2, 3 | | |

| | 11.21 | 2 |

IL-KAPITOLU 14

PROĊEDURA

14.01. Applikazzjoni għall-ispezzjoni

Huwa f'idejn l-awtoritajiet li jiċċertifikaw biex jiddeterminaw il-proċedura għall-applikazzjoni ta' l-ispezzjoni u biex jiddeċiedu l-post u d-data ta' l-ispezzjoni. Din il-proċedura għandha tkun tali li l-ispezzjoni tista' ssir f' perjodu raġonevoli minn meta ssir l-applikazzjoni.

14.02. Il-preżentazzjoni ta' bastiment għall-ispezzjoni

14.02.1. Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jippreżenta l-bastiment għal ispezzjoni f'kondizzjoni mhux mgħobbi, mnaddaf u mgħammar; hu meħtieġ jagħti dik l-assistenza neċessarja għall-ispezzjoni, per eżempju li jforni dgħajsa approprjata, li jagħmel disponibbli personal u li jiffaċilita eżaminazzjoni tal-partijiet tal-korp jew installazzjonijiet li mhumiex direttament aċċessibbli jew viżibbli.

14.02.2. Meta jeżistu bażijiet speċjali biex isir dan dan, l-awtorità tista' wkoll titlob dan li ġej:

(a) spezzjoni tal-bastiment barra mill-ilma;

(b) provi ta' operazzjoni;

(ċ) prova b'kalkolu tas-saħħa tal-korp;

(d) prova b' kalkolu ta' stabilità, meta neċessarja, fuq il-bażi ta' esperiment ta' inklinazzjoni.

14.03. Spejjeż

Meta s-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu ikun responsabbli għal spejjeż li joriġinaw mill-ispezzjoni u l-ħruġ taċ-ċertifikat skond skeda dettaljata li għandha tiġi stabbilita minn kull Stat Membru. Ma jista' jkun hemm ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta' pajjiż ta' reġistrazzjoni, ċittadinanza jew domiċilju tas-sid.

14.04. Informazzjoni

Persuni li jistgħu juru raġunijiet biex ikunu jafu l-kontenut taċ-ċertifikat fir-rigward ta' bastiment jistgħu jagħmlu dan mill-awtorità li tiċċertifika u jistgħu, a spejjeż tagħhom, jottjenu estratti jew kopji ċertifikati taċ-ċertifikat li jkunu mmarkati hekk.

14.05. Reġistru ta' ċertifikati tal-Komunità

14.05.1. L-awtoritajiet li joħroġu ċ-ċertifikati għandhom jagħtu numru tas-serje lil kull wieħed u jdaħħluh f'reġistru.

14.05.2. L-awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati għandhom iżommu kopja taċ-ċertifikati kollha maħruġa minnhom u jniżżluhom fuq il-firem, l-emendi, l-kanċellazzjonijiet u s-sostituzzjonijiet kollha taċ-ċertifikati.

14.06. Il-kompletazzjoni taċ-ċertifikati tal-Komunità

1. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu ttajpjati jew mimlija b'ittri kapitali. Jekk jogħġbok uża linka sewda jew blu.

2. Id-dettalji flimkien ma' nota fil-qiegħ tal-paġna għandhom jitħassru meta approprjat bl-iswed jew bil-blu.

3. Jekk iskrizzjoni ma tkunx applikabbli, aqta' l-linja tat-tikek b'linja kontinwa orizzontali sewda jew blu.

4. Iskrizzjonijiet li għandhom jiġu emendati għandhom jitħassru bl-aħmar. Iskrizzjonijiet imħassra bl-iswed jew bil-blu għandhom ikunu sottolinejati bl-aħmar.

5. Iskrizzjonijiet ġodda għandhom jiġu inseriti bl-iswed jew bil-blu taħt l-intestatura Nru 23 taċ-ċertifikat.

14.07. Kummenti dwar il-punti differenti fiċ-ċertifikat

2. Fl-indikazzjoni tat-tip ta' bastiment, il-kondizzjonijiet definiti fil-Kapitolu 1 għandhom jintużaw sa fejn possibbli. Ir-referenzi għall-espressjonijiet għandhom ukoll jingħataw (eż. "referenza tvg 1(e)").

3. In-numru uffiċjali huwa dak previst taħt ir-regolamenti tat-tbaħħir fir-Rhine jew fil-Moselle jew, jekk allokat, in-numru previst fir-regolamenti nazzjonali.

4. Indirizz validu tal-posta tas-sid.

15 u 17. Meta awtorità toħroġ ċertifikat għal xi żoni biss, il-kaxxi l-oħra għandhom jitħassru. It-titolari ta' dan iċ-ċertifikat jista' wara japplika għal ċertifikat kumplimentari li jkun validu għaż-żoni l-oħrajn jew ikollu ċ-ċertifikat emendat.

15. L-informazzjoni mogħtija fiċ-ċertifikat ta' kalibrazzjoni; sa żewġ postijiet deċimali.

16. Agħti biss il-massa, t-tul u l-piż effettiv li jaqsam. L-informazzjoni mogħtija fil-kolonna għandha tirreferi għall-ankri u l-ktajjen li kienu abbord meta saret l-ispezzjoni.

20. Il-lista tista' tiġi ssupplimentata b'informazzjoni li tirrigwarda t-tagħmir u l-apparat stabbilit fir-regoli nazzjonali.

In-numru ta' oġġetti għandu jingħata, imma dikjarazzjoni tat-tip mhijiex ta' bilfors.

21. Agħti l-ħtiġijiet permanenti u temporanji indikazzjoni b'indikazzjoni ta' l-Artikoli kkonċernati u tad-deadline.

Dispożizzjonijiet jew kondizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw l-operazzjoni, it-tagħbija eċċ., jistgħu wkoll jiġu msemmija taħt din l-intestatura. Hawnhekk jista' jissemma ċ-ċertifikat għat-trasport ta' sustanzi perikolużi.

22 sa 25. Jekk neċessarju jistgħu jiżdiedu paġni speċjali għal iktar informazzjoni. Dawn għandhom ikunu enumerati 5a, 5b, 6a, 6b, eċċ. Il-paġni oriġinali għandhom jitħallew fiċ-ċertifikat.

Paġna 10, u jekk neċessarju paġni 10a u 10b, eċċ., huma riservati għaċ-ċertifikati nazzjonali ta' approvazzjoni, dikjarazzjonijiet u/jew permessi.

Iċ-ċertifikat għandu jinżamm f'qoxra iebsa. Jekk din mhijiex trasparenti, l-intestatura taċ-ċertifikat għandha tiġi riprodotta fuq il-qoxra (jiġifieri ta' l-inqas paġna 1 taċ-ċertifikat sa "l-isem tal-bastiment").

[1] Nru E/ECE/626.Nru E/ECE/546 tal-15 ta' Frar 1966.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

KAMPUN TAĊ-ĊERTIFIKAT KOMUNITARJU GĦAL TBAĦĦIR INTERN

(L-Artikolu 3 tad-Direttiva)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

KAMPJUN SUPPLIMENTARI TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KOMUNITÀ GĦAL BASTIMENTI TAL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI

(L-Artikolu 4 tad-Direttiva)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------