Official Journal L 213 , 21/07/1982 P. 0008 - 0014
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0311
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 25 P. 0311
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0098
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0098
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta' l-annimali (82/471/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-produzzjoni tal-bhejjem tokkupa post importanti ħafna fl-agrikultura tal-Komunità u riżultati sodisfaċenti jiddependu ħafna fuq l-użu xieraq u l-kwalità tajba tal-prodotti ta' l-għalf; Billi l-eżistenza tar-regoli li jirrigwardaw l-prodotti ta' l-għalf huma essenzjali biex tiżdied l-produttività agrikola; Billi l-konsum tal-proteini ta' l-għalf qiegħed kontinwament jiżdied fil-Komunità minħabba r-rekwiżiti dejjem jiżdiedu tal-produzzjoni tal-bhejjem; Billi din id-domanda dejjem tiżdied ġiet akkumpanjata fi snin riċenti bi tnaqqis sostanzjali tal-provista fis-suq dinji ta' ċerti proteini ta' l-għalf; Billi dan in-nuqqas wassal biex l-industrija tal-prodotti ta' l-għalf twettaq riċerka dwar prodotti ta' sostituzzjoni biex jassiguraw id-disponibbilità tal-provisti; Billi d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri permezz ta' liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li tirrigwarda dawn il-prodotti, sakemm jeżistu, ivarjaw fir-rigward tal-prinċipji bażiċi tagħhom, billi jsegwi li huma jaffetwaw l-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq komuni u għandom għalhekk ikunu armonizzati; Billi dawn il-prodotti ta' sostituzzjoni huma prodotti bi proċessi tekniċi ġodda u għalhekk ikun tajjeb jekk il-bejgħ tagħhom bħala prodotti ta' l-għalf jew kostitwenti ta' prodotti ta' l-għalf jiġi regolat billi jiġi stabbilit, għal kull grupp konċernat, liema prodotti individwali għandhom ikunu awtorizzati u taħt liema kondizzjonijiet ta' użu; Billi huwa meħtieġ, qabel ma prodott ġdid jiġi nkluż f'wieħed mill-gruppi konċernati, li wieħed jistabbilixxi li dan ikollu l-valur nutrijenti meħtieġ; billi jrid jiġi stabbilit li dawn il-prodotti, meta użati b'mod sensibbli, ma jkollhom ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew fuq l-ambjent u ma jagħmlux ħsara lill-konsumatur billi jagħmlu ħsara lill-karatteristiċi distintivi tal-prodotti ta' l-annimali; Billi, sabiex jassiguraw konformità mal-prinċipji fondamentali stabbiliti għall-awtorizazzjoni, għandu jiġi sottomess dokumentuffiċjalment minn Stat Membru għal prodotti li huma ta' ċertu gruppi; billi, sabiex jiffaċilitaw l-eżaminazzjoni ta' dawn is-sustanzi konċernati, dawn id-dokumenti għandhom ikunu ppreparati b'mod konformi mal-linji ta' gwida komuni li għandhom ikunu stabiliti mill-Kunsill sa mhux iktar tard mid-data ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva; Billi huwa xieraq, sakemm tittieħed deċiżjoni tal-Komunità, li l-Istati Membri jkollhom il-fakultà li jżommu temporanjament l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali li huma taw għall-prodotti li fil-preżent ma jidhrux fl-Anness tad-Direttiva jew għal prodotti speċifiċi li f'ċertu każijiet jissodisfaw kondizzjonijiet oħrajn; billi, madanakollu, għal prodotti miksuba mill-qamħ tal-varjetà "Candida" u kultivati fuq n-alkanes, deċiżjoni tal-Komunità għandha tittieħed fi żmien sentejn minn notifika ta' din id-Direttiva; Billi l-komponenti nitroġeni li m'għandhomx proteini, minħabba l-forniment indirett tagħhom ta' proteina, iridu jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva; billi minħabba f'hekk ikun tajjeb jekk jiġu emendati l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar addittivi fil-prodotti ta' l-għalf [4], li temporanjament jirregolaw l-użu tal-prodotti ta' dan il-grupp; Billi l-valur nutrijenti u s-sigurtà tal-prodotti inkwestjoni jiddependu ħafna fuq il-karatteristiċi tal-kompożizzjoni tagħhom, il-kondizzjonijiet ta' l-użu u l-proċessi tal-manufattura; billi huwa għalhekk essenzjali li tipprovdi f'ċerti każi għat-tikkettjar li jipproteġi lill-utent kontra l-frodi u biex tiffaċilita l-użu ottimali tal-prodotti disponibbli lilu; Billi m'huwiex xieraq li d-dispożizzjonijiet tal-Komunità jiġu applikati għall-prodotti konċernati, jew għall-għalf li jkun fihom dawn il-prodotti, intenzjonati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi minħabba li ġeneralment dawn il-pajjiżi għandhom ir-regoli tagħhom stess; Billi, sabiex jassiguraw li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva huma sodisfatti meta dawn il-prodotti, jew l-għalf li jkun fihom dawn il-prodotti, jitpoġġew fuq is-suq, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu arranġamenti ta' kontrolli xierqa; Billi l-prodotti, jew l-għalf li jkun fihom dawn il-prodotti, li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti jridu jkunu soġġetti biss għar-restrizzjonijiet ta' bejgħ stabbiliti f'din id-Direttiva; Billi proċedura xierqa tal-Komunità hija essenzjali biex taddotta d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness u l-linji ta' gwida stabbiliti għas-sottomissjoni tad-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti prodotti u, fejn meħtieġ, jiffissaw kriterji ta' kompożizzjoni u purità kif ukoll l-proprjetajiet fiżiko-kimiċi u bijoloġiċi ta' dawn il-prodotti fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' l-għerf xjentifiku u tekniku; Billi, bil-ħsieb li tipprovdi l-garanziji kollha meħtieġa, il-proċedura tal-Komunità addottata għandha tipprovdi f'ċertu każijiet fejn jiġi emendat l-Anness għall-konsultazzjoni obbligatorja tal-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta' l-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, stabbilit mill-Kummissjoni; Billi l-Istati Membri għandhom iżommu s-setgħa, jekk is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali tkun perikolata, li temporanjament jissospendu l-użu tal-prodott jew biex jemendaw kwalunkwe dispożizzjoni li għandha x'taqsam magħhom; Billi, sabiex Stat Membru ma jabbużax minn dak il-poter, l-emendi possibbli għall-Anness ibbażati fuq dokumenti ta' appoġġ għandhom ikunu deċiżi bi proċedura ta' emerġenza tal-Komunità; Billi, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandha tiġi applikata proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti għall-Prodotti ta' l-Għalf stabbilit bid-Deċiżjoni 70/372/KEE [5], ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tirrigwarda prodotti li jaġixxu bħala sorsi diretti jew indiretti, huma manufatturati minn ċertu proċessi tekniċi u huma mpoġġija fiċ-ċirkulazzjoni fil-Komunità bħala prodotti ta' l-għalf jew f'prodotti ta' l-għalf. 2. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirrigwardaw: (a) addittivi f'prodotti ta' l-ikel; (b) l-iffissar tal-livelli massimi għal sustanzi mhux mixtieqa u prodotti li jinsabu fl-għalf; (ċ) l-iffissar tal-livelli massimi għal fdalijiet ta' pestiċidji fuq u fi prodotti intiżi għan-nutriment tal-bniedem jew ta' l-annimali; (d) il-bejgħ ta' għalf imħallat u mhux imħallat; (e) mikro-organiżmi patoġeniċi fil-prodotti ta' l-għalf. L-Artikolu 2 Id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE għandhom japplikaw għal din id-Direttiva. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li prodotti ta' l-għalf li jappartjenu għal wieħed mill-gruppi ta' prodotti elenkati fl-Anness jew li fihom dawn il-prodotti jistgħu jinbiegħu biss jekk: (a) il-prodott inkwestjoni jidher fl-Anness; (b) kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti hemm ikunu sodisfatti. 2. L-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet sperimentali jew xjentifiċi, jipprovdu għal derogi mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, dejjem jekk titwettaq spezzjoni uffiċjali adegwata. L-Artikolu 4 1. Minkejja l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu, sakemm tittieħed deċiżjoni b'mod konformi ma' l-Artikolu 6, iżommu: (a) awtorizazzjonijiet mogħtija fit-territorji tagħhom qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva dwar prodotti li mhumiex elenkati taħt il-gruppi ta' prodotti indikati fl-Anness bl-eċċezzjoni tal-prodotti miksuba mill-ħmira tal-varjetà "Candida" u kultivati fuq n-alkanes; (b) awtorizazzjonijiet mogħtija fit-territorji tagħhom qabel in-notifika ta' din id-Direttiva li tirrigwarda minn naħa l-waħda prodotti miksuba minn ħmira tal-varjetà "Candida" u kultivati fuq n-alkanes u prodotti oħrajn mniżżlin fl-Anness, it-Taqsima 1.2.1, li jilħqu rekwiżiti differenti minn dawk stabbiliti fih. 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni l-lista tal-prodotti permessi fit-territorji tagħhom b'mod konformi mal-paragrafu 1. L-Artikolu 5 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar applikabbli għall-prodotti ta' l-għalf imħallta u mhux imħallta, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-prodotti mniżżlin fl-Anness ma jistgħux jinbiegħu bħala prodotti ta' l-għalf jew jiġu inkorporati f'prodotti ta' l-għalf sakemm id-dettalji stabbiliti fl-Anness ma jidhrux fuq l-ippakkjar jew il-kontenitur jew fuq it-tikketta annessa magħhom. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li għall-materjal mibjugħ bl-ingrossa d-dettalji li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 għandhom jidhru fuq dokument li jkun hemm magħhom. L-Artikolu 6 1. L-emendi li għandhom isiru fl-Anness bħala riżultat ta' l-iżviluppi fl-għerf xjentifiku jew tekniku għandhom jiġu addottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13. Fil-każ tal-prodotti li għalihom issir referenza fit-Taqsimiet 1.1 u 1.2 ta' l-Anness il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta' l-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel. Madankollu, fil-każ ta' prodotti miksuba minn ħmira tal-varjetà "Candida" u kkultivata fuq n-alkanes, li għalihom issir referenza fl-Artikolu 4(1), għandha tiġi addottata deċiżjoni, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13, fi żmien sentejn min-notifika ta' din id-Direttiva, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta' l-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel. 2. Waqt li jiġi emendat l-Anness, għandhom jiġu mħarsa l-prinċipji li ġejjin: A. Prodott m'għandux ikun inkluż fl-Anness sakemm: (a) ikollu valur nutrijentali għall-annimali minħabba li jipprovdi n-nitroġenu jew il-proteina; (b) meta jintuża b'mod sensibbli ma jkollu ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew fuq l-ambjent u ma jagħmilx dannu lill-konsumatur billi jagħmel ħsara lill-karatteristiċi distintivi għall-prodotti ta' l-annimali; (ċ) irid ikun jista' jiġi ssorveljat f'prodotti ta' l-għalf. B. Prodott għandu jkun imħassar mill-Anness jekk waħda mill-kondizzjonijiet mniżżlin f'A mhijiex sodisfatta. 3. Kriterji li jagħmluha possibbli li wieħed jiddefinixxi l-prodotti inklużi f'din id-Direttiva, partikolarment il-kriterja tal-kompożizzjoni u l-purità u l-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u bijoloġiċi, jistgħu jiġu stabbiliti fid-dawl ta' l-għerf xjentifiku u tekniku u b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13. L-Artikolu 7 1. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li għalihom issir referenza fit-Taqsimiet 1.1 u 1.2 ta' l-Anness iħarsu l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(2), l-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li jintbagħat dokument b'mod uffiċjali, preparat b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 hawn taħt, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u, jekk jintalab li jkunu konsultati, lill-membri tal-Kumitati Xjentifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni. 2. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jaddotta l-linji ta' gwida li jridu jiġu osservati fit-tħejjija tad-dokument li għalih issir referenza fil-paragrafu 1 sabiex dawn il-linji ta' gwida jkunu jistgħu jiġu applikati fid-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-iktar tard. L-emendi li għandhom isiru fil-linji ta' gwida sussegwentement bħala riżultat ta' l-iżviluppi fl-għerf xjentifiku jew tekniku għandhom jiġu addottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13. 3. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u dawk l-oħrajn kollha li jirċievu d-dokument li għalih issir referenza fil-paragrafu 1 għandhom jassiguraw, jekk issirilhom talba mingħand applikant li tkun ibbażata fuq raġunijiet tajbin, li informazzjoni li l-iżvelar tagħha tista' taffettwa b'mod negattiv d-drittijiet fil-proprjetà industrijali jew kummerċjali tinżamm kunfidenzjali. Is-segretezza industrijali u kummerċjali m'għandiex tapplika għal: - l-ismijiet u l-kompożizzjoni tal-prodott, u kull informazzjoni li tirrigwarda s-sottostrata u l-mikro organiżmi, - il-karatteriċi fiżiko-kimiċi u l-karatteristiċi bioloġiċi tal-prodott, - l-interpretazzjoni ta' l-informazzjoni farmakoloġika, tossikoloġika u ekotossikoloġika, - il-metodi analitiċi għas-sorveljanza tal-prodott fl-għalf. L-Artikolu 8 1. Jekk fuq il-bażi ta' raġunijiet dettaljati minħabba informazzjoni ġdida jew evalwazzjoni ġdida ta' informazzjoni eżistenti li saret evidenti wara l-addozzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwestjoni, Stat Membru jsib li wieħed mill-prodotti mniżżlin fl-Anness jew l-użu tiegħu taħt kwalunkwe kondizzjonijiet li ġew stabbiliti jirrapreżenta perikolu lis-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali minkejja li jħares id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jissospendu jew jirrestrinġu temporanjament l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet fit-territorju tiegħu. Huwa għandu jinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dan, u għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. 2. Il-Kummissjoni għandha teżamina kemm jista' jkun malajr ir-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru konċernat u għandha tikkonsulta lill-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti għall-Prodotti ta' l-Għalf u għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu azzjoni xierqa. 3. Jekk il-Kummissjoni jidhrilha li huma meħtieġa xi emendi fid-Direttiva sabiex ittaffi d-diffikultajiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 u sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali, hi għandha tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 sabiex tadotta dawn l-emendi; f'dak il-każ, l-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' salvagward jista jżommhom sakemm l-emendi jidħlu fis-seħħ. L-Artikolu 9 Fir-rigward tal-bejgħ bejn Stati Membri, id-dettalji li għalihom issir referenza fl-Artikolu 5 għandhom jingħataw f' ta' mill-inqas lingwa waħda uffiċjali tal-pajjiż tad-destinazzjoni. L-Artikolu 10 L-Istati Membri għandhom jassiguraw li safejn għandhom x'jaqsmu l-preżenza u l-ittikketjar tal-prodotti mniżżlin fl-Anness, il-prodotti ta' l-għalf li jħarsu d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma soġġetti biss għar-restrizzjonijiet fuq bejgħ li jinsabu f'din id-Direttiva. L-Artikolu 11 L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li l-prodotti ta' l-annimali ma jkunux soġġetti għal xi restrizzjoni fuq bejgħ b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 12 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-konformità tal-prodotti ta' l-għalf mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva tiġi uffiċjalment sorveljata, ta' mill-inqas permezz tat-teħid ta' kampjuni, matul l-bejgħ. L-Artikolu 13 1. Meta l-proċedura deskritta f'dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-kwistjonijiet iridu jiġu riferiti lill-Kumitat Permanenti għall-Għalf tal-Bhejjem (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"), mill-president tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fit-terminu stabbilit mill-president skond l-urġenza tal-każ. Huwa għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' 45 vot, u l-voti ta' l-Istati Membri għandhom jintiżnu kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti meta jkunu b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat. (b) Meta l-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti mingħajr dewmien proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. (ċ) Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta l-kwistjoni tkun ġiet riferuta lilu, il-miżuri proposti għandhom jiġuaddottatimill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontrihom permezz ta' maġġoranza sempliċi. L-Artikolu 14 1. Meta l-proċedura deskritta f'dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-kwistjonijiet għandhom jiġu riferuti lill-Kumitat mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien jumejn. Huwa għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' 45 vot, u l-voti ta' l-Istati Membri għandhom jintiżnu kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti meta jkunu b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat. (b) Meta l-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti mingħajr dewmien proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. (ċ) Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien 15-il jum mid-data ta' meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilu, il-miżuri proposti għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontrihom b'maġġoranza sempliċi. L-Artikolu 15 Ir-referenzi kollha għall-komponenti nitroġeni li m'għandhomx proteini fl-Anness I, il-parti K u l-Anness II, il-parti Db tad-Direttiva 70/524/KEE għandhom jiġu mħassra. L-Artikolu 16 Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-prodotti ta' l-għalf li, kif ippruvat ta' mill-inqas mill-informazzjoni relevanti, huma intenzjonati għall-esportazzjoni lil pajjiżi terzi. L-Artikolu 17 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, sentejn wara n-notifika ta' din id-Direttiva, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. L-Artikolu 18 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-30 ta' Ġunju 1982. Għall-Kunsill Il-President Ph. Maystadt [1] ĠU C 197, tat-18.8.1977, p. 3. [2] ĠU C 63, tat-13.3.1978, p. 53. [3] ĠU C 84, tat-8.4.1978, p. 4. [4] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. [5] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | Isem tal-grupp tal-prodott | Isem tal-prodott | Deskrizzjoni kimika tal-prodott jew l-identità tal-mikro organiżmu | Sottostrat tan-nutrijenti (speċifikazzjonijiet, jekk ikun hemm) | Karatteristiċi tal-kompożizzjoni tal-prodott | Speċi ta' l-annimali | Dispożizzjonijiet speċjali | 1.Proteini speċjali miksuba mill-gruppi li ġejjin ta' mikro-organiżmi 1.1.Bakterja | | | 1.2.Ħmira | Il-ħmira kollha | Saccharomyces cerevisiae, Saccharomyces carlsbergiensis , Kluyveromyces lactis, Kluyveromyces fragilis | Molassi, fdalijiet tad-distillerija, ċereali u prodotti li jkun fihom il-lamtu, il-meraq tal-frott, | ix-xorrox, l-aċidu lattiku, ħaxix idrolizzat, fibri | L-ispeċi ta' l-annimali kollha | | 1.2.1Ħmira kkultivata fuq is-sottostrati ta' l-annimali jew tal-ħaxix | —miksuba minn mikro organizmi u sottostrati mniżżlin f'kolonni 3 u 4 rispettivament | | | —ic-celloli tagħom li jkunu ġew maqtula | | | | 1.2.2Ħmira kkultivata fuq sottostrati minbarra dawk mogħtija f'1.2.1 | | | | | 1.3.Algae | — | — | | | 1.4.Faqqiegħ t'isfel | | | | | 2.Komponenti nitroġeni li m'għandhomx proteini u prodotti simili fil-gruppi li ġejjin 2.1.Urea u d-derivattivi tagħha | 2.1.1.Urea | CO(HN2)2 | __ | Purità minima 98 % | Annimali li jixtarru mill-bidu ta' l-ixtarr | Dikjarazzjoni fuq it-tikketta jew l-ippakkjar tal-komponent ta' prodotti ta' l-għalf: l-isem tal-prodott, flimkien ma', fejn xieraq, l-ammont li jinsab fl-għalf tal-bhejjem imħallat, sakemm jeżistu metodi uffiċjali ta' analiżi,il-proporzjon ta' nitroġenu, espress bħala ekwivalent ta' proteina, provdut minn komponent(i) nitroġeni li m'għandhomx proteini,istruzzjonijiet addattati għall-użu biex jindikaw l-annimali li għalihom il-prodotti ta' l-għalf huma intiżi u l-livell massimu tat-total tan- nitroġena li m'għandhiex proteini li ma jistax jiġi maqbuż fir-razzjon ta' kuljum | | 2.1.2.Biuret | C2H5O2N3 | — | | | 2.1.3.Ureaphosphate | CO(NH2)2H3PO4 | — | | | 2.1.4.Diureidoisobutane | (CH3)2 — CH CH(NHCONH2)2 | — | | 2.2.Aċidi amino u prodotti simili | 2.2.1.D,L-methionine | CH3S(CH2)2 — CH(NH2)-COOH | — | Purità minima 98 % | L-ispeċi kollha ta' l-annimali | — | | 2.2.2.L-lysine | NH2 — (CH2)4 — CH(NH2)-COOH | — | — | | 2.2.3.L-lysine hydrochloride | NH2 — (CH2)4 — CH(NH2)-COOH. HCL | — | — | | 2.2.4.D,L-methionine hydroxy-analogue | (CH3 — S-(CH2)2 — (CH(OH)-COO)2Ca | — | — | --------------------------------------------------