Official Journal L 206 , 14/07/1982 P. 0035 - 0036
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0094
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0132
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0094
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0132
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1982 li temenda d-Direttivi 69/169/KEE u 77/800/KEE għar-rigward ir-regoli li jirregolaw taxxa fuq turnover u taxxa tas-sisa applikabbli fi vjaġġi internazzjonali (82/443/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi allowances ħielsa mit-taxxa ġewwa l-Komunità jikkontribwixxu għall-inter-penetrazzjoni fl-ekonomiji ta' l-Istati Membri; Billi, sabiex jinkiseb dan l-għan u fl-interessi tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri, il-valur ta' l-eżenzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE tat-28 ta' Mejju 1969 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'xi liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva dwar eżenzjoni minn taxxa fuq turnover u taxxa tas-sisa fi vjaġġi internazzjonali [4], skond l-aħħar emendi permezz tad-Direttiva 81/933/KEE [5], għandu jiġi miżjud; Billi dwar esprezzjonijiet dwar saħħa ta' l-alkoħol hu meħtieġ li tiġi kkunsidrata d-Direttiva tal-Kunsill 76/766/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri għar-rigward it-tabelli ta' l-alkoħol [6], u bl-istess mod jiġu emendati l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 69/169/KEE u l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/800/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar deroga mogħtija lir-Renju tad-Danimarka għar-rigward ir-regoli li jirregolaw taxxa fuq turnover u taxxa tas-sisa applikabbli għal vjaġġi internazzjonali [7]; Billi għal raġunijiet tas-sitwazzjoni ekonomika preżenti perjodu ieħor ta' żmien għandu jingħata lir-Renju tad-Danimarka li fih dan japplika ż-żieda fil-valur ta' l-gratifakazzjonu għal persuni li jivvaġġaw minn Stati Membri oħra tal-Komunità, ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 69/169/KEE għandhom ikunu emendati kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1(3), "40 unitajiet Ewropej tal-kontijiet" għandhom ikunu sostitwiti bi "l-ammont stabbilit fil-paragrafu 1". 2. Fl-Artikolu 2(1), "180 unitajiet Ewropej tal-kontijiet" għandhom ikunu sostitwiti bi "210 EKU". 3. Fl-Artikolu 2(2), "50 unitajiet Ewropej tal-kontijiet" għandhom ikunu sostitwiti bi "60 EKU". 4. Fl-Artikolu 2(3), "180 unitajiet Ewropej tal-kontijiet" għandhom ikunu sostitwiti bi "l-ammont stabbilit fil-paragrafu1". Artikolu 2 Fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 69/169/KEE u l-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/800/KEE, "22o" għandha tkun sostitwita bi "22 % vol". Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Jannar 1983. Iżda, ir-Renju tad-Danimarka għandu jdaħħal fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jaderixxi ma' l-Artikolu 1(2) mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1984. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li huma jadottaw biex jimplimentaw din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fid-29 ta' Ġunju 1982. Għall-Kunsill Il-President P. de Keersmaeker [1] ĠU C 318, tad-19.12.1979, p. 5. [2] ĠU C 117, 12. tal-5. 1980, p. 83. [3] ĠU C 113, tas-7.5.1980, p. 34. [4] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, p. 6. [5] ĠU L 338, tal-25.11.1981, p. 24. [6] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 149. [7] ĠU L 336, tas-27.12.1977, p. 21. --------------------------------------------------