31982L0319



Official Journal L 139 , 19/05/1982 P. 0017 - 0031
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0025
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0170
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0025
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 12 P. 0170


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ April 1982

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ trażżin ta’ vetturi bil-mutur

(82/319/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 80/1267/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta’ Gunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċinturini tas-sigurta’ u s-sistemi ta’ trażżin ta’ vetturi bil-mutur [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 81/576/KEE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi, fl-interess tas-sigurtà fit-triq, il-Kunsill, bid-Direttiva 81/576/KEE, estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 77/541/KEE, li sa dak i¿-¿mien kien limitat għall-vetturi tal-Kategorija M1 kif definit fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE, biex ikopri l-klassijiet kollha ta’ vetturi bil-mutur; billi din l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni kienet saret possibbli bil-progress tekniku li kien inkiseb sadanittant; billi l-implimentazzjoni ta’ din il-mi¿ura ser, madankollu, tinneċessita l-allinjament tal-mal-ħtiġiet u t-testijiet speċifikati fid-Direttiva mal-kamp ta’ applikazzjoni mwessa’; billi l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Direttiva ¿velat il-b¿onn li ċerti dispo¿izzjonijiet jiġu allinjati aktar mal-ħtiġiet attwali tat-testijiet;

Billi, d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwarit-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta’ vetturi bil-mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi I, II, III, VI, VII, VIII, IX, X u XIV tad-Direttiva 77/541/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1982 l-ebda Stat Membru ma jista’

(a) għal raġunijiet relatati maċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ traż¿in:

- jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċi¿ ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE jew jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur tal-kategorija M1, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi tal-kategorija M1,

jekk iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ traż¿in ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il- vetturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva;

(b) - jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fir-rigward ta’ tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ traż¿in intenzjonata biex tiġi installata fuq vettura tal-kategorija M1 li tikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

- jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ dawn iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ traż¿in li għandhom il-marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent stipulati f’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1983 l-Istati Membri:

(a) - m’għandhomx aktar joħorġu ċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċi¿ ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward tat-tip ta’ vettura bil-mutur tal-kategorija M1, jew

- jistgħu jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur tal-kategorija M1,

li fihaiċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistema ta’ traż¿in ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tad- Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva;

(b) jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fir-rigward ta’ tip ta’ ċinturini tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ traż¿in intenzjonata biex tiġi stallata fuq vettura tal-kategorija M1 li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1990, l-Istati Membri:

- jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz inizjali ta’ vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 li ċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ trażżin tagħhom ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

- jistgħu jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ ċinturini tas-sigurtà u ta’ sistemi ta’ trażżin intenzjonati biex jiġu stallati fuq vettura tal-kategorija M1 u li m’ għandhomx il-marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent stipulati f’din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1982 l-ebda Stat Membru ma jista’:

(a) għal raġunijiet relatati maċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ traż¿in:

- jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċi¿ ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur f’kategorija li mhix M1, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ta’ dawn il-kategoriji,

jekk iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ traż¿in ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il-vetturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva;

(b) - jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fir-rigward ta’ tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ traż¿in intenzjonat biex jiġi installat fuq vetturi ta’ kategoriji li mhumiex M1 li jikkonfoma mal-ħtiġiet tad-Direttiva 77/541/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

- jipprojbixxi t-tqiegħid fis-suq ta’ ċinturini tas-sigurta u ta’ sistemi ta’ tra¿¿in intenzjonati għall-istallazzjoni f’vetturi ta’ dawn il-kategoriji li għandhom il-marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent stipulati f’din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispo¿izzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1982. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula Brussel, fit-2 ta’ April 1982.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 34

[3] ĠU L tad- 29.8.1977, p. 95

[4] ĠU L 209, tad-29.7.1981, p. 32.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Emendi għall-Annessi tad-Direttiva 77/541/KEE

L-ANNESS I – KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT, ĦTIĠIET TA’ INSTALLAZZJONI

Il-punt numru 0 għandu jaqra kif ġej:

"0. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tapplika għaċ-ċinturini ta’ sigurtà u s-sistemi ta’ tra¿¿in li huma ddisinjati biex jiġu installati fuq vetturi li jikkonformaw mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 9 u huma intenzjonati għal u¿u separat, jiġifieri, bħala muntaġġi individwali, minn persuni ta’ statura adulta li jokkupaw is-sedili ta’ quddiem."

Il-punt 1.13 għandu jaqra kif ġej:

"1.1.3. ‘ċinturin ta’ tliet punti’ tfisser ċinturin li huwa essenzjalment kombinazzjoni ta’ ċinga tal-ħoġor u ċinga dijagonali;"

Il-Punti 1.1.4, 1.2.3, 1.6 u 1.7. Fil-ver¿jonijiet Franċi¿i u Taljani, l-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu bil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament.

Il-punt 1.5. L-aħħar sentenza għandha taqra kif ġej:

"Il-mezz ta’ aġġustament jista’ jkun parti mill-bokkla, ir-retractor jew xi parti oħra taċ-ċinturin tas-sigurtà;"

Wara l-Punt 1.8.4.2, għandu ji¿died l-punt l-ġdid 1.8.5 li ġej:

"1.8.5. ’Retractor li jorbot f’ka¿ ta’ emerġenza b’limitu ta’ rispons aktar għoli’ (tip 4N) tfisser retractor tat-tip definit fil-punt 1.8.4, imma li għandu karatteristiċi speċjali fir-rigward ta’ l-u¿u f’vetturi tal-kategoriji M2, M3, N1, N2 u N3 [1];"

.

Wara l-punt 1.19, għandhom ji¿diedu l-punti ġodda 1.20 u 1.21li ġejjin:

"1.20 ‘buttuna li tħoll il-bokkla mdaħħla’: m’għandux ikun possibbli li l-bokkla tinħall bl-u¿u ta’ sfera li għandha dijametru ta’ 40 mm;

1.21 ‘buttuna li tħoll il-bokkla mhux imdaħħla’: għandu jkun possibbli li l-bokkla tinħall bl-u¿u ta’ sfera li għandha dijametru ta’ 40 mm."

Punt 2.1.2.1. L-ewwel sentenza għandha taqra kif ġej:

"Deskrizzjoni teknika fi tliet kopji tat-tip ta’ ċinturin, li tagħti d-dettajli taċ-ċineg u l-partijiet riġidi w¿ati, flimkien ma’ disinni adatti u fil-ka¿ ta’ retractors, istruzzjonijiet għall-installazzjoni tagħhom u l-installazzjoni tas-sensors."

Punti 2.1.2.2, 2.1.2.3 u 2.1.2.4 għandhom jaqraw kif ġej:

"2.1.2.2. ħames kampjuni tat-tip ta’ ċinturin, u

2.1.2.3. tul ta’ 10 m ta’ kull tip ta’ ċinga w¿ata fit-tip ta’ ċinturin.

2.1.2.4. Is-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għandu jkun intitolat li jitlob għal aktar kampjuni."

Punt 2.4.1.2.Fil-ver¿joni Franċi¿a u Taljana, il-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu fil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament.

Punt2.4.1.4.Fil-ver¿joni Franċi¿a u Taljana, il-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu fil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament. Fil-ver¿joni bl-Ingli¿, il-kliem "plastic parts" għandhom jinbidlu fil-kliem "parts made of plastic".

Punt 2.4.2.2. It-tieni sentenza tat-tielet paragrafu għandha taqra kif ġej:

"Is-superfiċje li fuqha hija applikata din il-pressjoni għandu jkollu d-dimensjonijiet li ġejjin bil-buttuna fil-po¿izzjoni maħlula u meta din tkun sporġuta fuq pjan perpendikolari mad-direzzjoni inizzjali tal-moviment tal-buttuna:"

Punt 2.4.2.3 għandu jaqra kif ġej:

"2.4.2.3. Il-bokkla għandha tkun kapaċi tiflaħ operazzjoni repetuta u, qabel it-test dinamiku msemmi f’punt numru 2.7.8, għandha tgħaddi minn 5000 ċiklu ta’ ftuħ u ta’ għeluq f’kondizzjonijiet normali ta’ u¿u."

P2.4.5.2.1.1 għandu jaqra kif ġej:

"2.4.5.2.1.1. għandha tkun issakkret meta d-deċellarazzjoni tal-vettura tilħaq valur ta’ 0.45 g fil-ka¿ ta’ retractors tat-tip 4 jew 0.85 fil-ka¿ ta’ retractors tat-tip 4N;"

Punt 2.4.5.2.1.2 għandu jaqra kif ġej:

"2.4.5.2.1.2. ma għandhiex tissakkar bl-aċċelerazzjonijiet taċ-ċinga, imkejla fid-direzzjoni ta’ kif tinħall, ta’ inqas minn 0.8 g fil-ka¿ ta’ retractors tat-tip 4 jew inqas minn 1.0 g fil-ka¿ ta’ retractors tat-tip 4N;"

Punt 2.4.5.2.1.3 għandu jaqra kif ġej:

"2.4.5.2.1.3. barra minhekk, m’għandhiex tissakkar meta s-sensor huwa immejjel f’angolu li ma jaqbi¿x 12º fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni ta’ installazzjoni speċifikata mill-manifattur;"

Punt 2.4.5.2.1.4 għandu jaqra kif ġej:

"2.4.5.2.1.4. għandha tissakkar meta s-sensor huwa mmejjel f’angolu ta’ mhux inqas minn 27º fil-każ ta’ retractors tat-tip 4 jew mhux inqas minn 40º fil-każ ta’ retractors tat-tip 4N fi kwalunkwe direzzjoni mill-po¿izzjoni ta’ installazzjoni speċifikata mill-manifattur;"

Wara il-Punt numru 2.4.5.2.1.4 għandu ji¿died il-punt il-ġdid li ġej 2.4.5.2.1.5:

"2.4.5.2.1.5. jekk it-tħaddim tar-retractor huwa dipendenti fuq sinjal jew sors ta’ enerġija esterna, il-mezz għandu jassigura li r-retractor jissakkar awtomatikament fil-ka¿ ta’ ħsara jew interruzzjoni tas-sinjal jew tas-sors ta’ enerġija."

Punt 2.4.5.2.2 għandu jaqra kif ġej:

"2.4.5.2.2. meta ttestjat skond il-punt 2.7.7.2, retractor li jsakkar f’ka¿ ta’ emerġenza ta’ sensittivita multipla, li jinkludi s-sensittivita taċ-ċinga, għandu jikkonforma mal-ħtiġiet speċifikati u għandu wkoll jissakkar meta l-aċċelerazzjoni taċ-ċinga mkejla fid-direzzjoni ta’ kif tinħall mhux inqas minn 1.5 g fil-ka¿ ta’ retractors tat-tip 4 jew mhux inqas minn 2.0 g fil-ka¿ ta’ retractors tat-tip 4N;"

Punt 2.6.Fil-ver¿joni Franċi¿a u Taljana, il-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu fil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament.

Punt 2.6.1.2 għandu jaqra kif ġej:

"2.6.1.2. It-test dinamiku għandu jsir fuq ¿ewġ assemblaġġi ta’ ċinturini li ma jkunux ġew mgħobbija qabel, barra fil-ka¿ ta’ assembleġġi ta’ ċinturin li jagħmlu parti minn sistemi ta’ tra¿¿in, meta t-test dinamiku għandha ssir fuq is-sistemi ta’ tra¿¿in intenzjonati għal grupp wieħed ta’ sedili li ma ġewx mgħobbija qabel. Il-bokkli taċ-ċinturini li għandhom jiġu ttestjati għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fil-Punt 2.4.2.3."

Punt 2.6.1.2.1 għandu jaqra kif ġej:

"2.6.1.2.1. Iċ-ċinturini għandhom ikunu għamlu t-test tal-korru¿joni definit fil-Punt 2.7.2, fejn wara l-bokkli għandhom ikunu suġġetti għal 500 ċiklu ieħor ta’ ftuħ u ta’ għeluq f’kondizzjonijiet normali ta’ u¿u."

Punt 2.6.1.2.2 għandu jaqra kif ġej:

"2.6.1.2.2. Fil-ka¿ ta’ ċinturini tas-sigurta li għandhom retractors, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu ġew suġġetti għat-testijiet deskritti fil-Punti 2.4.5.1 jew 2.4.5.2. Jekk, madankollu, retractor ikun diġa ġie suġġett għat-test tal-korru¿joni skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Punt 2.6.1.2.1, dan it-test m’hemmx b¿onn li jerġa’ jsir."

Punt 2.6.1.3. Il-Punt ġdid li ġej għandu ji¿died wara il-Punt 2.6.1.2:

"2.6.1.3. Matul dan it-test għandhom jiġu sodisfatti l-ħtiġiet li ġejjin:

2.6.1.3.1. l-ebda parti mill-assemblaġġ taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ tra¿¿in li torbot lill-okkupant m’għandha tinkiser u l-ebda bokkla jew qfil jew sistema ta’ spostament m’għandha tinħall; u

2.6.1.3.2. l-ispostament ‘il quddiem tal-manikin għandu jkun bejn 80 u 200 mm fil-livell pelviku fil-ka¿ ta’ ċintorini addominali. Fil-ka¿ ta’ tipi oħra ta’ ċinturini, l-ispostament ‘il quddiem għandu jkun bejn 80 u 200 mm fil-livell pelviku u bejn 100 u 300 mm fil-livell tat-torso. Dawn l-ispostamenti huma l-ispostamenti f’relazzjoni mal-punti ta’ kejl li jidhru fl-Anness VIII, Figura 6."

Punt2.6.1.3 jsir il-Punt 2.6.1.4.

Punt2.6.1.3.1 jsir il-Punt 2.6.1.4.1.

Punt2.6.1.3.2 isir il-Punt 2.6.1.4.2 u għandu jaqra kif ġej:

"2.6.1.4.2. F’vetturi fejn huma w¿ati dawn il-mezzi, l-ispostament u s-sistemi ta’ qfil li jippermettu li l-okkupanti tas-sedili kollha joħorġu mill-vettura għandhom xorta jkunu jistgħu jitħaddmu bl-idejn wara t-test dinamiku."

Punt 2.6.2.1. Għandu ji¿died li ġej:

"Fil-proċeduri tat-tip 1 u tat-tip 2, it-test tas-saħħa tat-tensjoni għandu jitwettaq biss fuq il-kampjuni taċ-ċinga (Punt 2.7.5). Fil-proċeduri tat-tip 3, it-test tas-saħħa tat-tensjoni għandu jitwettaq fuq iċ-ċinga u l-partijiet riġidi rilevanti (Punt 2.7.6)."

Punt 2.6.2.2. Fit-tabella, il-proċedura tat-tip 2 m’għandhiex tapplika għal mezzi ta’ aġġustament.

Punt 2.7.1.1 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.1.1. Għall-ispezzjoni tal-bokkla, għat-test tal-bokkla ta’ temperatura baxxa, għat-test ta’ temperatura baxxa deskritt fil-Punt 2.7.6.4, fejn ikun hemm b¿onn, għat-test tad-durabilità tal-bokkla, it-test tal-korru¿joni taċ-ċinturin, għat-testijiet tat-tħaddim tar-retractor u għat-test tal-ftuħ tal-bokkla wara t-test dinamiku hemm b¿onn ta’ ¿ewġ ċinturini jew ¿ewġ sistemi ta’ tra¿¿in. Wieħed minn dawn i¿-¿ewġ kampjuni għandu jintu¿a għall-ispezzjoni taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ tra¿¿in."

Punt 2.7.1.2 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.1.2. Hemm b¿onn ta’ ċinturin wieħed jew sistema ta’ tra¿¿in waħda għall-ispezzjoni tal-bokkla u t-testijiet tas-saħħa fuq il-bokkla, il-immuntaġġi ta’ l-aċċessorji, il-mezzi li jaġġustaw iċ-ċinturin u, fejn ikun hemm b¿onn, ir-retractors."

Punt 2.7.1.3 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.1.3. Hemm b¿onn ta’ ¿ewġ ċinturini jew sistemi ta’ tra¿¿in għall-ispezzjoni tal-bokkla, it-test ta’ micro-slip u t-test tal-barxa. It-test tat-tħaddim tal-mezz ta’ aġġustamanet taċ-ċinturin għandu jitwettaq fuq ¿ewġ kampjuni."

Punt 2.7.1.4 għandu jaqra bħall-Punt 2.7.1.5pre¿enti.

Punti 2.7.1.5 u 2.7.1.6 għandhom jitħassru.

Punt 2.7.2Fil-ver¿joni Franċi¿a u Taljana, il-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu bil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament.

Punt 2.7.3.2.1. L-ewwel sentenza għandha taqra kif ġej:

"Id-dizpo¿izzjonijiet tar-rakkomandazzjoni ISO/R 105-B 02-1978 għandhom japplikaw."

Punt 2.7.3.2.2 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.3.2.2. Iċ-ċinga għandha tin¿amm għal minimu ta’ 24 siegħa f’temperatura ta’ l-arja ta’ 20 ± 5 °C u f’umdita relattiva ta’ 65 ± 5 %. Jekk it-test ma jistax isir immedjatament wara l-ikkondizzjonar, il-kampjun għandu jinżamm f’kontenitur issiġilat ermetikament sal-bidu tat-test. Is-saħħa tat-tensjoni taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi ¿mien ħames minuti minn meta din titneħħa mill-atmosfera jew ir-reċipjent ta’ kondizzjonament."

Punt 2.7.3.6.4.2 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.3.6.4.2. Proċedura tat-tip 2: fil-ka¿ li ċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni darba waqt li tkun għaddejja minn parti riġida.

L-angoli li ¿-¿ewġ trufijiet taċ-ċinga jagħmlu wieħed ma’ l-ieħor għandhom ikunu kif jidher fl-Anness XII, Figura 2.

Għandha tiġi applikata tagħbija permanenti ta’ 0.5 daN. Jekk iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni aktar minn darba meta tkun għaddejja minn parti riġida, it-tagħbija ta’ 0.5 daN tista’ ti¿died sabiex jinkisbu l-300 mm ta’ moviment taċ-ċinga minn dik il-parti riġida."

Punt 2.7.6.Fil-ver¿joni Franċi¿a u Taljana, il-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu bil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament.

Punt 2.7.6.1 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.6.1. Il-bokkla u l-mezz li jaġġusta ċ-ċinga għandhom ikunu konnessi mal-magna li tittestja t-tensjoni mill-aċċessorji normali tagħhom u għandha tiġi applikata tagħbija ta’ 980 daN. Jekk il-bokkla jew il-mezz ta’ aġġustament huwa parti mill-aċċessorji jew mill-komponent komuni taċ-ċinga ta’ tliet punti, il-bokkla jew il-mezz ta’ aġġustament għandhom jiġu ttestjati flimkien ma’ l-aċċessorji skond il-Punt 2.7.6.2, barra fil-ka¿ ta’ retractors li għandhom return pulley fl-ankoraġġ ta’ fuq taċ-ċinga. F’dan il-ka¿ it-tagħbija tat-test għandha tkun 980 da N u t-tul taċ-ċinga li tibqa’ fuq ir-rukkell fil-mument tal-qfil għandha tkun l-eqreb possibbli ta’ 450 mm."

Punt 2.7.6.3 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.6.3. ewġ kampjuni ta’ assembleġġ ta’ ċinturin għandhom jitqegħdu f’kamra ta’ temperatura baxxa f’temperatura ta’ -10 ± 1 °C għal sagħtejn. Immedjatament kif jitneħħew mill-kamra, il-partijiet li jingħaqdu flimkien tal-bokkla għandhom jinqaflu flimkien b’mod manwali."

Punt 2.7.6.4.Fil-ver¿joni bl-Ingli¿, il-frasi "plastic parts" għandha tiġi mibdula bil-frasi "parts made of plastic".

Punt 2.7.7.2.2. Fit-tieni sentenza, il-valur ta’ "10g" għandu jinbidel b’ "25g".

Punt 2.7.7.4 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.7.4. Forza ta’ ritrattazzjoni."

Punt 2.7.7.4.1.

L-ewwel sentenza għandha tibda kif ġej:

"Il-forza ta’ ritrattazzjoni għandha…";

It-tieni sentenza għandha tispiċċa kif ġej:

"…, filwaqt li ċ-ċinga tkun qed tiġi ritrattata f’veloċita ta’ bejn wieħed u ieħor 0.6 m fil-minuta."

Fil-ver¿joni Franċi¿a u Taljana, il-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu bil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament.

Punt 2.7.8.Fil-ver¿joni Franċi¿a u Taljana, il-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu bil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament.

Punt 2.7.8.1.1 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.8.1.1. Jekk iċ-ċinturin tas-sigurtà jagħmel parti minn assembleġġ li huwa s-suġġett ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent bħala sistema ta’ tra¿¿in, dan iċ-ċinturin ta’ sigurtà għandu jiġi mmuntat fuq dik il-parti ta’ l-istruttura tal-vettura li hu normalment imwaħħal fuqha u dik il-parti għandha teħel mat-trolley tat-test kif ġej:"

Punt 2.7.8.1.4. L-aħħar sentenza għandha taqra kif ġej:

"Jekk id-dahar tas-sedil jista’ jiġi aġġustat, dan għandu jinqafel kif preskritt mill-manifattur jew, jekk ma jkunx hemm speċifikazzjoni, għandu jinqafel b’tali mod li jifforma angolu effettiv l-aktar qrib possibbli ta’ 25º fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u l-aktar qrib possibbli ta’ 15º fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji kollha l-oħra."

Punt 2.7.8.1.5. "2.6.1.3.1" għandu jinbidel f’ "2.6.1.4.1".

Punt 2.7.8.2 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.8.2. L-assemblaġġ taċ-ċinturin għandu jeħel mal-manikin deskritt fl-Anness VIII. Tavla ta’ ħxuna ta’ 25 mm għandha titqiegħed bejn id-dahar tal-manikin u d-dahar tas-sedil. Iċ-ċinturin għandu jintrabat sew madwar il-manikin. Imbagħad, it-tavla għandha titneħħa u l-manikin jitqiegħed b’tali mod li t-tul kollu ta’ dahru jkun imiss mad-dahar tas-sedil."

Punt 2.7.8.6. "2.6.1.3.1" għandu jinbidel f’ "2.6.1.4.1".

Punt 2.7.9.Fil-ver¿joni Franċi¿a u Taljana, il-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu bil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament.

Punt 2.7.9.2 għandu jaqra kif ġej:

"2.7.9.2. L-assembleġġ taċ-ċinturin għandu jinqala minn mat-trolley tat-test mingħajr ma tinħall il-bokkla. Imbagħad, għandha tiġi applikata tagħbija tat-tensjoni diretta ta’ 30 da N fuq il-bokkla. Jekk il-bokkla hi konnessa ma’ parti riġida, wieħed għandu jikkunsidra, meta tiġi applikata l-forza, l-angolu ffurmat mill-bokkla u l-parti riġida matul it-test dinamiku. Għandha tiġi applikata tagħbija f’veloċita ta’ 400 ± 20 mm/min., fuq iċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna li tħoll il-bokkla matul assi fiss li jgħaddi paralleli mad-direzzjoni inizzjali tal-moviment tal-buttuna. Il-bokkla għandha tin¿amm f’postha b’irfid riġidu meta tiġi applikata l-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla. It-tagħbija msemmija hawn fuq ma għandhiex taqbe¿ il-limitu speċifikat fil-Punt 2.4.2.5. Il-punt ta’ kuntatt ta’ l-assembleġġ tat-test għandu jkun sferiku, b’raġġ ta’ 2.5 ± 0.1 mm. Għandu jkollu superfiċje lixx tal-metall."

Punt2.7.9.3 għandu jitħassar.

Punt2.7.9.4 isir il-Punt2.7.9.3.

Punt2.7.9.5 isir il-Punt2.7.9.4.

Punt 2.7.10."2.6.1.3.1" għandu jinbidel f’ "2.6.1.4.1". Fil-ver¿joni Franċi¿a u Taljana, il-kliem "ensemble" u "complesso" għandhom jinbidlu bil-kliem "ceinture" u "cintura" rispettivament.

Punti 2.8.1.1 u 2.8.1.2 (d).L-espressjoni "assembleġġi taċ-ċinturin" għandha tinbidel b’ "ċinturini u sistemi a’ tra¿¿in".

Punt 2.8.1.4.1 għandu jaqra kif ġej:

"2.8.1.4.1. Iċ-ċinturini u s-sistemi ta’ tra¿¿in kollha li jinkorporaw retractor li jorbot f’ka¿ ta’ emerġenza għandhom jiġu vverifikati fir-rigward tal-konformità tagħhom mad-:

- dispo¿izzjonijiet tal-Punt 2.4.5.2.1.1 skond il-kondizzjonijiet tat-test definiti fil-Punt 2.4.5.2.3 jew

- id-dispo¿izzjoni stipulata fil-Punt 2.4.5.2.1.4.

Jekk din l-aħħar dispo¿izzjoni hi sodisfatta, ta’ l-anqas 10 % tal-batch tal-produzzjoni għandha tiġi ttestjata skond id-dispo¿izzjonijiet tal-Punt 2.4.5.2.1.1."

Punt 2.8.2.1.Fil-ver¿joni Ġermani¿a, il-kliem "eine Anordnung" għandhom jinbidlu b’ "ein Exemplar." Fil-ver¿joni Franċi¿a, l-kelma "ensemble" għandha tinbidel b’ "exemplaire".

Punt 3 għandu jaqra kif ġej:

"3. ĦTIĠIET LI JIKKONĊERNAW L-INSTALLAZZJONI FIL-VETTURA"

Punt 3.2.2.2 għandu jaqra kif ġej:

"3.2.2.2. li l-periklu li ċinturin imqiegħed b’mod korrett ji¿loq mill-ispalla ta’ xi ħadd li jkun qed jilbsu bħala ri¿ultat tal-moviment ‘il quddiem tiegħu/tagħha jiġi ridott għal minimu."

L-ANNESS III - MARKI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT

Punt 1.1.1. id "GR" għall-Greċja.

Għandu ji¿died il-Punt 1.1.4 ġdid li ġej:

"1.1.4. Iċ-ċinturini mgħammra b’retractor tat-tip 4N għandhom ikollhom ukoll is-simbolu li jikkonsisti f’rettangolu b’vettura tal-kategorija M1 maqtugħa li jindika li l-u¿u ta’ dan it-tip ta’ retractor huwa projbit fuq vetturi ta’ dik il-kategorija."

Il-punti 2.1, 2.2 u 2.3. "a = 8 mm" ghandhom jinbidlu f’ "a≥ 8 mm". Fil-verżjoni Olandiża tal-Punt 2.3, il-kelma "harnastype" ghandha tinbidel bil-kliem "speciaal type".

Wara l-Punt 2.3, għandu ji¿died l-Punt il-ġdid li ġej:

+++++ TIFF +++++

"2.4 Iċ-ċinturin li ghandu din il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip huwa ċinturin ta’ tliet punti (‘A') li ghandu retractor b’sensittività multipla (“m”) tat-tip 4N (“r4N”), li inghatatlu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fl-Olanda (“e4”) taħt in-numru 2439. Dan iċ-ċinturin m’għandux jitwaħħalf’ vetturi tal-kategorija M1."

L-ANNESS VI – E EMPJU TA’ APPARAT BIEX TIĠI TTESTJATA R-RE ISTENZA GĦAT-TRAB TAR-RETRACTORS

Id-dijagramma e¿istenti għandha tinbidel b’dik li tidher hawn taħt:

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS VII – DESKRIZZJONI TA’ TROLLEY, SEDIL, ANKORAĠĠI U MEZZ GĦALL-WAQFIEN

Punt 2. L-ewwel sentenza għandha taqra kif ġej:

"Barra fil-ka¿ ta’ testijiet fuq sistemi ta’ tra¿¿in, is-sedil għandu jkun ta’ kostruzzjoni riġida u jkollu superfiċje lixx."

Punt 3 għandu jaqra kif ġej:

"3. ANKORAĠĠI

L-ankoraġġi għandhom jitqiegħdu kif jidher fil-Figura 1. Il-marki ċirkulari li jikkorrispondu ma’ l-arranġament ta’ l-ankoraġġi, juru fejn it-trufijiet taċ-ċinturin għandhom jiġu konnessi mat-trolley jew mat-transducer tat-tagħbija, skond kif ikun il-ka¿. L-ankoraġġi għall-u¿u normali huma l-punti A, B u K jekk it-tul taċ-ċinga bejn it-tarf ta’ fuq tal-bokkla u t-toqba għat-twaħħil ta’ l-irfid taċ-ċinga m’huwiex iktar minn 250 mm. Inkella għandhom jintu¿aw il-punti A1 u B1. L-istruttura li ġġorr l-ankoraġġi għandha tkun riġida. L-ankoraġġ ta’ fuq ma għandux jiġi spostat b’aktar minn 0.2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta tiġi applikata tagħhbija ta’ 98 daN fuqu f’dik id-direzzjoni. It-trolley għandu jkun mibni b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li jerfgħu lill-ankoraġġi matul it-test.

Jekk ikun hemm b¿onn tar-raba’ ankoraġġ biex jitwaħħal ir-retractor, dan l-ankoraġġ:

- għandu jkun fil-pjan lonġitudinali medjan li jgħaddi minn ġo K,

- għandu jippermetti li r-retractor jiġi mmejjel fl-angoli preskritt mill-manifattur,

- għandu jkun fuq l-ark ta’ ċirku b’ċentru K u b’raġġ KBI = 790 mm jekk it-tul bejn il-gwida ta’ fuq taċ-ċinga u l-ħruġ taċ-ċinga fir-retractor mhux anqas minn 540 mm jew, fil-ka¿ijiet kollha l-oħra, fuq l-ark ta’ ċirku b’ċentru K u raġġ ta’ 350 mm."

Punt 4. It-tielet paragrafu għandu jaqra kif ġej:

"Id-dimensjonijiet tad-diversi partijiet ta’ dan l-assorbitur ta’ enerġija jidhru fil-Figuri 2,3 u 4. Il-valuri karatteristiċi tal-materjal li jassorbi l-enerġija huma mogħtija hawn taħt. Immedjatament qabel kull test, it-tubi għandhom jiġu kondizzjonati f’temperatura ta’ madwar 15 u 25ºC għal ta’ l-anqas 12-il siegħa mingħajr ma jintużaw. Matul it-test dinamiku ta’ ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ traż¿in, t-temperatura tal-mezz ta’ waqfien għandha tkun l-istess matul it-test ta’ kalibrar sa ± 2 °C.

Il-ħtiġiet relatati mal-mezz ta’ waqfien huma mogħtija fl-Anness IX. Kull mezz ieħor li jagħti ri¿ultati ekwivalenti huwa aċċettabbli."

TABELLA – VALURI KARATTERISTIĊI TAL-MATERJAL LI JASSORBI L-ENERĠIJA

L-ewwel linja għandha taqra:

"-L-ebusija tal-puntal A: 95 ± 2 at 20 ± 5 °C."

Il-Figura1 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

+++++ TIFF +++++

Figura1Trolley, seat, anchorage

L-ANNESS VIII – DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN

Il-Figura 6 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

+++++ TIFF +++++

Figura 6Il-manikin bil-qiegħda kif jidher fl-Anness VII, Figura 1

G = ċentru tal-gravità

T = il-punt ta’ referenza tat-torso (li qieghed fuq wara, fuq il-linja taċ-ċentru tal-manikin).

P = il-punt ta’ referenza pelviku (li qieghed fuq wara fuq il-linja tac-centru tal-manikin).

L-ANNESS IX – DESKRIZZJONI TAL-KURVA TAD-DEĊELERAZZJONI TAT-TROLLEY BĦALA FUNZJONI TAL-ĦIN

L-aħħar sentenza ta’ l-ewwel paragrafu għandha taqra kif ġej:

"Id-distanza tal-waqfien matul il-kalibrar tal-mezz ta’ waqfien għandha tkun 400 ± 20 mm u l-veloċità tat-trolley għandha tkun 50 ± 1 km/siegħa."

In-nota tal-qiegħ tal-paġna (1) għandha tinqara kif ġej:

"(1) Dawn il-ħtiġiet huma skond ir-Rakkomandazzjoni ISO R 6478/1980."

L-ANNESS X – STRUZZJONIJIET GĦALL-U U

Wara l-Punt 2, għandu ji¿died il-Punt 3 ġdid li ġej:

"3. Fil-ka¿ ta’ ċinturini tas-sigurtà mgħammra b’retractor tat-tip 4N, għandu jiġi indikat, fl-istruzzjonijiet għall-u¿u u fuq l-imballaġġ, li dan iċ-ċinturin mhux adatt biex jiġi stallat fuq vetturi għall-passiġġieri li m’għandhomx aktar minn disa’ sedili, inklu¿ dak tas-sewwieq."

L-ANNESS XIV – ORDNI KRONOLOĠIKA TAT-TESTIJIET

It-tabella e¿istenti għandha tiġi sostitwita b’din li ġejja:

Dispo¿izzjonijiet tad-Direttivi Korrispondenti Punti | Test | Nru taċ-ċinturini jew |

sistema ta' trażżin | Nru taċ-ċinga |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 |

2.2, 2.3.2, 2.4.1.1, 2.5.1.1 | Spezzjoni taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ tra¿¿in | x | | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.2.1, 2.4.2.2 | Spezzjoni tal-bokkla | x | x | x | x | x | | | | | | | | | | | |

2.4.2.6, 2.4.2.7, 2.7.6.1, 2.7.6.5 | Test tas-saħħa tal-bokkla | | | x | | | | | | | | | | | | | |

2.4.3.2, 2.7.6.1 | Test tas-saħħa fuq il-mezz ta’ aġġustament (u fejn ikun hemm bżonn fuq ir-retractors) | | | x | | | | | | | | | | | | | |

2.4.4, 2.7.6.2 | Test tas-saħħa ta’ l-aċċessorji (u fejn ikun hemm bżonn tar-retractors) | | | x | | | | | | | | | | | | | |

2.4.2.4, 2.7.6.3 | Test ta’ temperatura baxxa fuq il-bokkla | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.1.4, 2.7.6.4 | Test ta’ l-impatt ta’ temperatura baxxa fuq il-partijiet riġidi | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.3.3, 2.7.6.6 | Facilità ta’ l-aġġustament | | | | x | | | | | | | | | | | | |

Kondizzjonament/ttestjar taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ tra¿¿in qabel it-test dinamiku: | | | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.2.3, 2.6.1.2 | - durabilità tal-bokkla | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.1.2, 2.7.2 | - ir-reżistenza ghall-korrużjoni ta’ partijiet riġidi | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

- kondizzjonament tar-retractors | | | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.1, 2.4.5.2.1, 2.4.5.2.2, 2.4.5.2.3, 2.7.7.2 | - limitu tal-qfil | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.2, 2.4.5.2.4, 2.7.7.4 | - forza ta’ ritrattazzjoni | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.3, 2.4.5.2.5, 2.7.7.1 | - durabilità | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.3, 2.4.5.2.5, 2.7.2 | - korru¿joni | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.3, 2.4.5.2.5, 2.7.7.3 | - trab | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.5.1.2, 2.7.5 | Testjar tal-wisa’ taċ-ċinga | | | | | | x | x | | | | | | | | | |

Test tas-saħħa taċ-ċinga wara: | | | | | | | | | | | | | | | | |

2.5.2, 2.7.5, 2.7.3.1 | - kondizzjonament tal-kamra | | | | | | x | x | | | | | | | | | |

2.5.3,2.7.5, 2.7.3.2 | - kondizzjonament tad-dawl | | | | | | | | x | x | | | | | | | |

2.5.3, 2.7.5, 2.7.3.3 | - kondizzjonament ta’ temperatura baxxa | | | | | | | | | | x | x | | | | | |

2.5.3, 2.7.5, 2.7.3.4 | - kondizzjonament tas-sħana | | | | | | | | | | | | x | x | | | |

2.5.3, 2.7.5, 2.7.3.5 | - kondizzjonament ta’ l-ilma | | | | | | | | | | | | | | x | x | |

2.4.3.1, 2.7.4 | Test micro-slip | | | | x | x | | | | | | | | | | | |

2.6.2, 2.7.3.6 | Test tal-barxa | | | | x | x | | | | | | | | | | | |

2.6.1,2.7.8 | Test dinamiku | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.4.2.5, 2.4.2.7, 2.7.8,2.7.9 | Test tal-ftuħ tal-bokkla | x | x | | | | | | | | | | | | | | |

2.7.1.4 | Ir-retenzjoni tal-kampjun taċ-ċinga | | | | | | | | | | | | | | | | x |

[1] Il-kategoriji tal-vetturi definiti fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE (ĠU L 42, tat-23.2.1970).’

--------------------------------------------------