31982L0318



Official Journal L 139 , 19/05/1982 P. 0009 - 0016
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0017
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0162
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0017
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 12 P. 0162


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ April 1982

li tadatta għall-progress tekniku id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur

(82/318/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 80/1267/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/575/KEE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi, fl-interessi tas-sigurtà fit-triq, il-Kunsill, permezz tad-Direttiva 81/575/KEE, estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 76/115/KEE, li sa dak iż-żmien kien limitat għal vetturi tal-Kategorija M1 kif definit fl-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE, sabiex ikopri l-klassijiet kollha ta’ vetturi bil-mutur; billi din l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni kienet saret possibbli permezz tal-progress tekniku li kien intlaħaq sadanittant; billi l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, madankollu, tinneċessita l-allinjament tal-ħtiġiet u t-testijiet speċifikati fid-Direttiva bil-kamp ta’ applikazzjoni imwessa’; billi l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Direttiva żvelat bżonn għal ċerti dispożizzjonijiet li jinġiebu iktar f’konformità mal-kondizzjonijiet attwali tat-test;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ f’vetturi bil-mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi I, II u III għad-Direttiva 76/115/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1982, ebda Stat Membru ma jista’, għal vetturi bil-mutur tal-Kategorija M1, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà:

- jirrifjuta, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE (2), jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

jekk l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà f’dan it-tip ta’ vettura jew f’dawn il-vetturi jikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1983, fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi bil-mutur tal-Kategorija M1, l-Istati Membri::

- m’għandhomx aktar joħorġu iċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li fiha l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi bil-mutur li fihom l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

Fil-każ ta’ ċerti karrozzi konvertibbli jew karozzi b’saqaf li jitneħħa, approvati skond il-Punt 4.3.2. ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/115/KEE fil-verżjoni oriġinali tagħha, id-data msemmija hawn fuq għandha tiġi sostitwita bl-1 ta’Ottubru 1986.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi tal-Kategorija M1 li fihom l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal ċerti karrozzi konvertibbli jew karozzi bis-saqaf jitneħħa, approvati skond il-punt 4.3.2 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/115/KEE fil-verżjoni oriġinali tagħha.

L-Artikolu 3

1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1982, ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi fil-kategoriji minbarra M1:

- jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE (2), jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

jekk l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il-vetturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà:

- jirrifjuta, sat-30 ta’ Settembru 1986, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew li joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur tal-Kategoriji N2 u N3,

- jipprojbixxi, sat-30 ta’ Settembru 1987, id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ta’ dawn il-kategoriji,

jekk dan it-tip ta’ vettura jew dawn il-vetturi mhumiex mgħammra b’ ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 1982. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-2 ta’April 1982.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, 23.221970, p. 1.

[2] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 34.

[3] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 6.”

[4] ĠU L 209, tad-29.7.1981, p. 30.”

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Emendi għall-Annessi għad-Direttiva 76/115/KEE:

L-ANNESS I DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL- KEE, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET, TESTIJIET, KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI, ISTRUZZJONIJIET

Il-Punt 1.9. L-espressjoni "(tip-up)" għandha titħassar mill-verżjoni bl-Ingliż.

Il-Punt 2.2.1 għandu jaqra kif ġej:

"2.2.1. disinni ta’ arranġamenti ġenerali ta’ l-istruttura tal-vettura fuq skala approprjata, li juru l-lok ta’ l-ankoraġġi taċ-ċinturini, l-ankoraġġi effettivi taċ-ċinturini (meta applikabbli), u disinni dettaljati ta’ l-ankoraġġi taċ-cinturini u ta’ l-istruttura li magħha huma mqabbda."

Il-Punt 2.2.1 għandu jaqra kif ġej:

"4.1.1. H huwa punt ta’ riferenza kif definit fil-Punt 1.1 ta’ l-Anness III għad-Direttiva 77/649/KEE li għandu jiġi determinat skond il-proċedura stabbilita f’dik id-Direttiva.

4.1.1.1. Il-Punt H’ huwa l-punt ta’ referenza li jikkorrispondi għal H kif definit fil-Punt 4.1.1 u għandu jiġi determinat għall-pożizzjonijiet normali kollha li fihom is-sedil huwa wżat.

4.1.1.2. Il-Punt R huwa l-punt ta’ referenza tas-sedil definit fil-Punt 1.2 ta’ l-Anness III għad-Direttiva 77/649/KEE."

Il-Punt 4.1.2 għandu jaqra kif ġej:

"4.1.2. Il-linja ta’ referenza hija linja dritta kif definita fil-Punt 3.4 ta’ l-Anness III għad-Direttiva 77/649/KEE."

Il-Punt 24.1.4 għandu jaqra kif ġej:

"4.1.4. Il-punt Ċ huwa l-punt li jinstab 450 mm vertikalment fuq il-punt R. Madankollu, jekk id-distanza S definita fil-Punt 4.1.6 mhijiex inqas minn 280 mm u jekk il-formula alternattiva BR = 280 mm + 0.8 S speċifikata fil-Punt 4.4.4.3 tintagħżel mill-manifattur, id-distanza vertikali bejn Ċ u R għandha tkun 500 mm"

Il-Punt 4.1.5. L-espressjoni "il-punt H" hija sostitwita bl-espressjoni "il-punt H".

Il-Punt 4.1.6.2.1. għandu jaqra kif ġej:

"4.1.6.2.1. il-pjan P għas-sedil tas-sewwieq huwa pjan vertikali parallel mal-pjan medjan lonġitudinali medjan tal-vettura li jgħaddi miċ-ċentru tar-rota ta’ l-isteering fil-pjan tar-rimm tar-rota ta’ l-isteering meta r-rota ta’ l-isteering, jekk aġġustabbli, tinsab fil-pożizzjoni ċentrali."

Il-Punt 4.1.6.2.3. L-aħħar linja għandha taqra:

"A < 300 mm, jekk is-sedil tal-bank ġie maħsub biex jakkomoda iktar minn żewġ passiġġieri.’"

Il-Punt 4.3.4. Dan li ġej għandu jiżdied:

"‘F’dan il-każ iż-żewġ ankoraġġi t’isfel għandhom ikunu suffiċjenti.’"

Il-Punt 4.4.2.3. għandu jitħassar.

Il-Punt 4.4.3. Fil-verżjoni Olandiża, il-kelma "effectief" għandha tiżdied.

Il-Punt 4.4.3.1 għandu jaqra kif ġej:

"4.4.3.1 L-angoli α1 u α2 għandhom ikunu bejn 30° u 80° għall-posizzjonijiet normali kollha ta’ l-użu tas-sedil. Meta, fil-każ tas-sedili ta’ quddiem tal-vetturi bil-mutur tal-kategorija M1, mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 huwa kostanti fil-pożizzjonijiet normali kollha ta’ l-użu, il-valur tiegħu għandu jkun bejn 60° ± 10°."

Il-Punt 4.4.3.2. għandu jaqra kif ġej:

"4.4.3.2 Fil-każ tas-sedili bank fil-vetturi ta’ kategoriji ta’ xort’oħra minn M1, is-sedili ta’ wara u s-sedili aġġustabbli bi strument ta’ l-aġġustar kif deskritt fil-Punt 1.12 b’angolu tad-dahar tas-sedil ta’ inqas minn 20° (ara l-Anness III, Figura 1), l-angoli α1 u α2 jistgħu ikunu taħt il-valur minimu stipulat fil-Punt 4.4.3.1, sakemm mhumiex inqas minn 20° fi kwalunkwe pożizzjoni normali ta’ l-użu."

Il-Punt 4.4.4.1 għandu jaqra kif ġej:

"4.4.4.1. Jekk gwida taċ-ċinga jew mezz simili huwa wżat li jaffettwa l-lok ta’ l-ankoraġġ effettiv taċ-ċinturini ta’ fuq, dan il-lok għandu jiġi ddeterminat b’mod konvenzjonali billi tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni ta’ l-ankoraġġ meta l-linja ċentrali lonġitudinali taċ-ċinga tgħaddi minn punt J1 definit suċċessivament mill-punt R bit-tliet segmenti li ġejjin:

RZ , li huwa segment tal-linja tar-referenza mkejla f’direzzjoni ‘l fuq minn R u 530 mm twila,

ZX , li huwa segment perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, mkejjel mill-punt Z fid-direzzjoni ta’ l-ankoraġġ u twil 120 mm,

XJ1 , li huwa segment perpendikulari għall-pjan definit bis-segmenti RZ u ZX, imkejjel f’direzzjoni ‘il quddiem mill-punt X u 60 mm twil.

Il-punt J2 huwa determinat b’simmetrija mal-punt J1 madwar il-pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mil-linja ta’ referenza deskritta fil-Punt 4.1.2 tal-manikin pożizzjonat fis-sedil taħt konsiderazzjoni.’"

Il-Punt 4.4.4.2 għandu jaqra kif ġej:

"4.4.4.2 L-ankoraġġ effettiv ta’ fuq għandu jkun ‘l isfel mill-pjan FN, li qiegħed perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tas-sedil u jagħmel angolu ta’ 65° mal-linja ta’ referenza. L-angolu jista’ jitnaqqas għal 60° fil-każ ta’ sedili ta’ wara. Il-pjan FN għandu jkun posizzjonat sabiex jinterċedi l-linja ta’ referenza fil-punt D b’tali mod li GRD = 315mm + 1.8S. Madanakollu, meta S ≤ 200 mm, GRD isir 675mm"

Il-Punt 4.4.4.3 għandu jaqra kif ġej:

"4.4.4.3 L-ankoraġġ effettiv taċ-ċinturin ta’ fuq għandu jkun wara pjan FK li qiegħed perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tas-sedil u jinterċedi l-linja ta’ referenza fil-punt B f’angolu ta’ 120° b’tali mod li BR = 260mm + S. Meta S ≥ 280 mm, il-manifattur jista’ juża BR = 260mm + 0.8 S fid-diskrezzjoni tiegħu."

Il-Punt 4.4.4.5 "H" għandha tiġi sostitwita b’ "R".

Il-Punt 4.4.4.6 għandu jaqra kif ġej:

"4.4.4.6. L-ankoraġġ effettiv taċ-ċinturin ta’ fuq għandu jkun qiegħed fuq pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt Ċ definit fil-Punt 4.1.4."

Il-Punt 4.4.4.7 għandu jaqra kif ġej:

"4.4.4.7. B’żieda ma’ l-ankoraġġ ta’ fuq speċifikat fil-Punt 4.3.1, ankoraġġi effettivi oħra ta’ fuq jistgħu jiġu pprovduti kemm ‘il darba tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

4.4.4.7.1. L-ankoraġġi addizzjonali jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fil-Punti 4.4.4.1 u 4.4.4.6.

4.4.4.7.2. L-ankoraġġi addizzjonali jistgħu jintużaw mingħajr l-għajnuna ta’għodod, jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fil-Punti 4.4.4.5 u 4.4.4.6 u jkunu lokalizzati f’waħda miż-żoni determinati permezz ta’ spustjar taż-żona deskritta fl-Anness III, il-Figura 1, 80 mm ‘il fuq jew ‘l isfel f’direzzjoni vertikali.

4.4.4.7.3. L-ankoraġġ(i) hu/huma intiżi għal ċinturin arness, jikkonforma/w mal-ħtiġiet stabbiliti fil-Punt 4.4.4.6, jinsab/u wara l-pjan transvers li jgħaddi mil-linja ta’ referenza u hu/huma lokalizzat/i:

4.4.4.7.3.1. Fil-każ ta’ankoraġġ singolu, fiż-żona komuni ta’ żewġ dihedra definiti mill-vertikali li jgħaddu mill punti J1 u J2 kif definit fil-Punt 4.4.4.1 u li s-sezzjonijiet orizzontali tiegħu huma definiti bil-Figura 2 fl-Anness III;

4.4.4.7.3.2. Fil-każ ta’ żewġ ankoraġġi, ġewwa kwalunkwe waħda mid-dihedra definiti fuq hija adattata, sakemm kull ankoraġġ ma jkunx iktar minn 50 mm distanti mill-pożizzjoni ta’ immaġni riflessa lokalizzata simmetrikament ta’ l-ankoraġġ l-ieħor madwar il-pjan P, definit fil-Punt 4.1.6, tas-sedil taħt konsiderazzjoni."

4.5.1. Fil-verżjoni Olandiża "(7,16 duim)" għandha tiġi sostitwita b’ "(7/16)".

Wara l-Punt 4.5.1, għandhom jiżdiedu l-Punti ġodda 4.5.2 u 4.5.3 li ġejjin:

"4.5.2. Jekk il-vettura hija armata mill-manifattur biċ-ċinturini tas-sigurtà li jkunu mwaħħla ma’ l-ankoraġġi kollha preskritti għas-sedil in kwistjoni, dawn l-ankoraġġi m’hemmx bżonn li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fil-Punt 4.5.1, sakemm jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva. Anqas ma l-ħtieġa stabbilita fil-Punt 4.5.1 tapplika għal ankoraġġi addizzjonali li jissodisfaw il-kondizzjoni speċifikata fil-Punt 4.4.4.7.3.

4.5.3. Għandu jkun possibbli li ċ-ċinturin tas-sigurtà u l-ankoraġġ jiġu separati mingħajr ma ssir ħsara lil ta’ l-aħħar."

Il-Punt 5.1.2 għandu jaqra kif ġej:

"5.1.2. Is-sedili għandhom jiġu armati u għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni għas-sewqan jew użu magħżula mis-servizz tekniku li jmexxi t-testijiet ta’ approvazzjoni biex jagħti l-kondizzjonijiet l-iktar avversi fir-rigward tas-saħħa tas-sistema. Il-pożizzjoni tas-sedili għandha tiġi dikjarata fir-rapport. Id-dahar tas-sedil, jekk l-inklinazzjoni tiegħu hija aġġustabbli, jissakkar kif speċifikat mill-manifattur jew, fl-assenza ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni ta’ dan it-tip, f’pożizzjoni li tikkorrispondi għal angolu effettiv tad-dahar tas-sedil qrib kemm jista’ jkun għal 25 għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u għal 15għal vetturi tal-kategoriji l-oħra kollha."

Il-Punt 5.3.2. "10º + 5º" għandha tiġi sostitwita b’ "10 ± 5º".

Il-Punt 5.3.3. Fil-verżjoni Olandiża "kort" għandha tiġi sostitwita bi "snel".

Il-Punt 5.3.5.1. Dan li ġej għandu jiżdied:

"Barra minn dan, meta jeżistu iktar ankoraġġi minn dawk preskritti fil-Punt 4.3, dawn l-ankoraġġi għandhom ikunu soġġetti għat-test speċifikat fil-Punt 5.4.5 fejn it-tagħbijiet jiġu trasmessi għall-ankoraġġi permezz ta’mezz li jirriproduċi l-ġometrija tat-tip ta’ ċinturin tas-sigurtà intiż biex jitwaħħal ma’ dawn l-ankoraġġi."

Il-Punti 5.4.1.2, 5.4.1.3, 5.4.2.1 u 5.4.2.2. Dan li ġej għandu jiżdied:

"Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji ta’ xort’ oħra minn M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun 675 ± 20daN."

Punt 5.4.3. Dan li ġej għandu jkun miżjud:

"Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji ta’ xort’ oħra minn M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun 1110 ± 20daN."

Il-Punt 5.4.4.2. Dan li ġej għandu jiżdied:

"Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji ta’ xort’ oħra minn M1 u N1, din il-forza għandha tkun ugwali għal 10 darbiet il-piż tas-sedil komplet."

Wara l-Punt 5.4.4.2, għandu jiżdied il-Punt l-ġdid li ġej 5.4.5:

"5.4.5. Test fil-konfigurazzjoni ta’ ċinturin tat-tip speċjali

5.4.5.1. Tagħbija tat-test ta’ 1350 ± 20 daN għandha tiġi applikata għal strument tat-trazzjoni (ara l-Anness IV, il-Figura 2) anness ma’ l-ankoraġġi taċ-ċinturin ta’ dan it-tip ta’ ċinturin tas-sigurtà permezz ta’ mezz li jirriproduċi il-ġometrija taċ-ċinga jew taċ-ċineg tal-parti ta’ fuq tat-torso.

5.4.5.2. Fl-istess ħin, forza trattiva ta’ 1350 ± 20 daN għandha tiġi applikata lil strument ta’ trazzjoni (Ara l-Anness IV, il-Figura 3) anness maż-żewġ ankoraġġi taċ-ċinturini ta’ isfel.

5.4.5.3. ‘Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji ta’ xort’ oħra minn M1 u N1, din it-tagħbija tat-test għandha tkun 675 ± 20 daN.’"

Il-Punt 5.5.2 għandu jaqra kif ġej:

"5.5.2. F’vetturi fejn dawn l-istrumenti jintużaw, l-mezz ta’ spjazzament u ta’ sokor li jippermetti lill-okkupanti tas-sedili kollha li jħallu l-vettura għandhom jibqgħu operabbli manwalment wara t-tneħħija tal-forza trattiva."

L-ANNESS II L-ANNESS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ VETTURA: ANKORAĠĠI TAĊ-ĊINTURINI TAS-SIGURTÀ

In-nota fil-qiegħ tal-paġna (1): In-noti esplanatorji għandhom jiġu sostitwiti kif ġej:

""A" għal ċinturin bi tliet punti,

"B" għal ċinturin addominali,

"S" għal ċinturini tat-tip speċjali; f’dan il-każ, in-natura tat-tipi għandha tiġi spjegata taħt "Rimarki",

"Ar", "Br" jew "Sr" għal ċinturini bir-ritratturi,

"Are", "Bre" jew "Sre" għal ċinturini bir-ritratturi u b’mezzi li jassorbu l-enerġija fuq almenu ankoraġġ wieħed."

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

L-ANNESS III

Figura 1

Żoni ta’ lokazzjoni għal ankoraġġi effettivi taċ-cinturin

+++++ TIFF +++++

Figura 2

Ankoraġġi ta’ fuq effettivi skond il-punt 4.4.4.7.3. ta’ l-Anness I

+++++ TIFF +++++

l-Anness IV: Għandha tiżdied il-Figura li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Figura 3

--------------------------------------------------