31982L0242

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu, 1982 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ metodi ta’ ittestjar tal-biodegradabilità ta’ surfetanti mhux-ijoniċi u li temenda d-Direttiva 73/404/KEE

Official Journal L 109 , 22/04/1982 P. 0001 - 0017
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0217
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0118
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0217
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 12 P. 0118
CS.ES Chapter 13 Volume 006 P. 217 - 233
ET.ES Chapter 13 Volume 006 P. 217 - 233
HU.ES Chapter 13 Volume 006 P. 217 - 233
LT.ES Chapter 13 Volume 006 P. 217 - 233
LV.ES Chapter 13 Volume 006 P. 217 - 233
MT.ES Chapter 13 Volume 006 P. 217 - 233
PL.ES Chapter 13 Volume 006 P. 217 - 233
SK.ES Chapter 13 Volume 006 P. 217 - 233
SL.ES Chapter 13 Volume 006 P. 217 - 233


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-31 ta’ Marzu, 1982

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ metodi ta’ ittestjar tal-biodegradabilità ta’ surfetanti mhux-ijoniċi u li temenda d-Direttiva 73/404/KEE

(82/242/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 ta’ dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, [1]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, [2]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, [3]

Billi l-metodi ta’ ittestjar fis-seħħ fl-Istati Membri, waqt li jsegwu l-istess għanijiet, ma jaqblux f’ċerti aspetti u għalhekk huma ta’ detriment għall-funzjonament xieraq tas-suq komuni;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 73/404/KEE tat-22 ta’ Novembru, 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ deterġenti [4] tipprovdi fl-Artikolu 4 għall-adozzjoni tad-Direttivi li jispeċifikaw metodi ta’ ittestjar kif ukoll li jkunu stabbiliti tolleranzi rilevanti li jippermettu konformità mal-bżonnijiet ta’ dik id-Direttiva; billi d-Direttiva tal-Kunsill 73/405/KEE tat-22 ta’ Novembru, 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ metodi ta’ ittestjar tal-biodegradabilità ta’ surfetanti anjoniċi speċifikat metodi bħal dawn u tolleranzi għal surfetanti anjoniċi; [5]

Billi, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu l-livell ta’ biodegradabilità tas-surfetanti mhux ijoniċi, ikun aħjar li jkunu wżati metodi ta’ ittestjar li diġà qed jintużaw għal dan il-għan f’ċerti Stati Membri; billi, iżda, f'każ ta’ xi kwistjoni, il-biodegradabilità għandha tkun ittestjata b’metodu komuni ta’ riferenza;

Billi, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ deterġenti, tolleranzi adattati biex titkejjel il-biodegradabilità għandhom ikunu stabbiliti, kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 73/404/KEE, biex ikun hemm salvagwardja kontra n-nuqqas ta’ kredibbilità ta’ metodi ta’ ittestjar li jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ twarrib li jkollhom konsegwenzi ekonomiċi konsiderevoli; billi deċiżjoni ta’ twarrib għandha tittieħed biss jekk ir-riżultati miksuba minn metodu analitiku msemmi fl-Artikolu 2 juri livell ta’ biodegradabilità inqas minn 80%;

Billi, għalissa, kwantitajiet żgħar ta’ ċerti surfetanti mhux ijoniċi ta’ biodegradabilità baxxa jridu jkunu wżati għal xi finijiet minħabba problemi tekniċi u biex jevitaw effetti oħra mhux mixtieqa fuq is-saħħa u l-ambjent; billi madankollu se jkun meħtieġ li jkunu hemm l-opportunita li jkun rivedut l-użu ta’ dawn is-surfetanti ta’ biodegradabilità baxxa fid-dawl ta’ progress tekniku;

Billi progress tekniku jġib miegħu l-ħtieġa ta’ adattament rapidu tal-bżonnijiet tekniċi speċifikati mid-Direttivi dwar deterġenti; billi, biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji mfassla biex jinkiseb dan, għandha tkun stabbilita proċedura li tipprovdi għal kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta’ Kumitat għall-addattament ta’ progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għal kummerċ f’deterġenti,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tikkonċerna l-metodi ta’ ittestjar tal-biodegradabilità ta’ surfetanti mhux ijoniċi preżenti fid-deterġenti spjegati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 73/404/KEE.

Artikolu 2

Fi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 73/404/KEE, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu fit-territorju tagħhom ta’ deterġent jekk il-livell ta’ biodegradabilità tas-surfetanti mhux ijoniċi li jkun hemm f’deterġent bħal dan ikun inqas minn 80 % stabbilit fi qbil ma’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

- il-metodu ta' l-OECD, ippubblikat fir-rapport tekniku ta’ l-OECD tal-11 ta’ Ġunju, 1976 dwar il-"Metodu Propost għad-Deċiżjoni dwar iil-Biodegradabilità ta’ Surfetanti wżati f’Deterġenti Sintetiċi",

- il-metodu wżat fil-Ġermanja, stabbilit minn Verordnung über die Abbaubarkeit anionischer und nichtionischer grenzflächenaktiver Stoffe in Wasch- und Reinigungsmitteln tat-30 ta’ Jannar, 1977, ippubblikat fil-Bundesgesetzblatt, fl-1977, L-Ewwel Parti, paġna 244, kif imniżżel fir-Regolament li jemenda dak ir-Regolament tat-18 ta’ Ġunju, 1980, ippubblikat fil-Bundesgesetzblatt, fl-1980, L-Ewwel Parti, paġna 706,

- wżat fi Franza, approvat bid-Digriet tat-28 ta’ Diċembru, 1977 ippubblikat fil-Journal officiel de la République française tat-18 ta’ Jannar, 1978, u n-norma sperimentali T 73-270 ta’ Marzu 1974, ippubblikata mill-Association française de normalisation (AFNOR),

- il-metodu wżat fir-Renju Unit magħruf bħala "l-Porous Pot Test", kif deskritt fir-Rapport Tekniku Nru 70/1978 taċ-Centru tar-Riċerka dwar l-Ilma.

Artikolu 3

Taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 (2) tad-Direttiva 73/404/KEE, l-opinjoni tal-laboratorju dwar surfetanti mhux ijoniċi għandha tkun ibbażata fuq il-metodu ta’ riferenza (proċedura tat-test konfermatorju) deskritt fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-emendi meħtieġa għal adattament ta’ l-Anness għal progress tekniku għandu jkun adottat bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7b tad-Direttiva 73/404/KEE.

Artikolu 5

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal fid-Direttiva 73/404/KEE:

"Artikolu 2a

1. Sal-31 ta’ Marzu, 1986:

(a) Stati Membri jistgħu jeżentaw il-prodotti li ġejjin mir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2: addittivi ossidi ta’ alkene b’rata baxxa ta’ ragħwa fuq sustanzi bħal dawn bħall-alkoħol, alkifenoli, glikoli, poljoli, aċidi grassi, amidi jew amini wżati fi prodotti tal-ħasil tal-platti;

(b) il-bżonnijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għal eteri ta’ alkali u alkil-arilpoli-glikol ibblokkjati terminalment u jirreżistu kontra l-alkali u sustanzi tat-tip li għalihom jirreferu l-paragrafu (a), użati f’aġenti tat-tindif għall-industriji ta’ l-ikel, ix-xorb u x-xogħol tal-metall.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għas-surfetanti mhux ijoniċi imsemmija hawn fuq li jiġu fis-suq wara t-30 ta’ Settembru, 1983 biss jekk ikollhom livell ogħla ta’ biodegradabilità minn prodotti eżistenti għall-istess applikazzjoni.

3. L-użu ta’ surfetanti mhux ijoniċi li jibbenefikaw minn deroga temporanja msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jistgħux, taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu, ikunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimal.

Artikolu 7a

1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat għall-adattament ta’ progress tekniku ta’ Direttivi għal tneħħija ta’ ostakli tekniċi għal kummerċ fis-settur tad-deterġenti, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", li jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri taħt il-Presidenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 7b

1. Billi jingħata rikors għall-proċedura spjegata f’dan l-Artikolu, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-Kumitat mill-President tiegħu, b’inizjattiva tiegħu stess jew b’talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. Maġġoranza kwalifikata ta’ voti kif stabbilit fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat tkun meħtieġa qabel ma l-Kumitat ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu.

Il-President ma għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti jekk ikunu fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) billi l-miżuri proposti ma humiex fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħatax opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mill-aktar fis, tgħaddi lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata.

(c) f'għeluq tliet xhur mid-data tar-riferenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 7ċ

1. Fi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7b,

- ir-riferenzi għal metodi ta’ ittestjar fid-Direttiva li għalihom jirreferi l-Artikolu 4, jekk ikun hemm bżonn, ikunu aġġornati jew supplimentati b’riferenzi oħra għal metodi ta’ ittestjar li jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħra,

- il-metodi ta’ riferenza (testijiet konfermatorji) fl-Anness għad-Direttivi li għalihom jirreferi l-Artikolu 4 għandhom ikunu modifikati biex jadottawhom għal progress tekniku.

2. Dawn l-adattamenti ma għandhomx ikollhom effett ta’ modifika b’mod negattiv fuq ir-rekwiżiti ta’ biodegradabilità tas-surfetanti, diġà stabbiliti fi qbil ma’ l-Artikolu 4."

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa biex jaqblu ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar wara n-notifika tagħha. Huma għandhom minnufih jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

2. L-istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lilll-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-31 ta’ Marzu 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

P. de Keersmaeker

[1] ĠU Nru Ċ 104, 28.4.1980, p. 112.

[2] ĠU Nru Ċ 197, 4.8.1980, p. 66.

[3] ĠU Nru Ċ 310, 30.11.1988, p. 7.

[4] ĠU Nru L 347, 17.12.1973, p. 51.

[5] ĠU Nru L 347, 17.12.1973, p. 53.

--------------------------------------------------

ANNESS

DEĊIŻJONI DWAR IL-BIODEGRADABILITÀ TA’ SURFETANTI MHUX IJONICI

Metodu ta’ riferenza (test konfermatorju)

KAPITOLU 1

1.1. Definizzjoni

Aġenti attivi tal-wiċċ mhux ijoniċi fis-sens ta’ din id-Direttiva huma dawk l-aġenti attivi tal-wiċċ li, wara mogħdija minn ion exchangers katjoniċi u anjoniċi, ikunu stabbiliti bħala sustanzi attivi fil-bismuth (BiAS) skond il-proċedura analitika deskritta fil-Kapitolu 3.

1.2. Apparat meħtieġ għal kejl

Il-metodu ta’ kejl jimpjega l-impjant żgħir attivat tal-ħama muri fid-Disinn Nru 1, u f’dettall ikbar fid-Disinn Nru 2 L-apparat jikkonsisti f’kontenitur tal-ħażna A għal drenaġġ sintetiku, pompa tad-dożi B, kontenitur ta’ l-arjazzjoni Ċ, kontenitur tas-sediment D, pompa bl-arja kompressata E biex tirriċikla l-ħama attivata, u kontenitur F biex jiġbor il-matarjal ittrattat.

Il-kontenituri A u F jridu jkunu tal-ħġieġ jew ta’ plastik adattat u jesa’ ta’ l-inqas 24 litru. Il-pompa B trid tipprovdi kurrent kostanti ta’ drenaġġ sintetiku lill-kontenitur ta’ arjazzjoni; dan il-kontenitur, waqt xogħol normali, li jkun jinsab fi tliet litri ta’ likur imħallat. Kubu ta’ arjazzjoni sinterizzata G jitqiegħed fil-kontenitur Ċ fil-quċċata tal-lembut. Il-kwantità ta’ arja mitfugħa mill-arjatur għandha tkun mgħassa permezz ta’ flowmeter H

1.3. Drenaġġ sintetiku

Drenaġġ sintetiku jintuża għat-test. Dewweb f’kull litru ta’ ilma tal-vit.

| 160 mg ta’ peptone, |

| 110 mg ta’ estratt tal-laħam, |

| 30 mg ta’ urea CO(NH2)2, |

| 7 mg ta’ klorur tas-sodju, |

| 4 mg ta’ klorur tal-kalċju, CaC12.2H2O, |

| 2 mg ta’ sulfat tal-magnesju, MgSO4.7H2O, |

| 28 mg ta’ fosfat bipotassiku K2HPO4 |

u | 10 ± 1 mg BiAS. |

Il-BiAS ikun estratt mill-prodott li se jkun ittestjat bil-metodu mogħti fil-Kapitolu 2. Id-drenaġġ sintetiku jkun imħejji ġdid kuljum.

1.4. Preparazzjoni ta’ kampjuni

1.4.1. Surfetanti mhux komposti jistgħu jkunu eżaminati fl-istat oriġinali. Il-kontenut tal-BiAS irid ikun stabbilit biex jitħejja d-drenaġġ sintetiku (1.3).

1.4.2. Il-prodotti formulati jkunu analizzati għal BiAS, MBAS u l-kontenut tas-sapun. Huma jridu jkunu magħmulha minn estratt alkoħoliku u għal separazzjoni minn BiAS (Ara l-Kapitolu 2) Il-kontenut ta’ BiAS irid ikun magħruf biex jitħejja d-drenaġġ sintetiku (1.3).

1.5. Apparat tax-xogħol

Għall-bidu, imla l-kontenitur ta’ l-arjazzjoni Ċ u l-kontenitur tas-sediment D bi drenaġġ sintetiku L-għoli tal-kontenitur D għandu jkun iffissat b’tali mod li l-volum li jkun jinsab fil-kontenitur ta’ arjazzjoni Ċ ikun ta’ tliet litri. L-innokulazzjoni ssir bl-introduzzjoni ta’ 3ml ta’ ħruġ sekondarju ta’ kwalità tajba, miġbura friska minn impjant ta’ trattament li għandu x’jaqsam fil-biċċa l-kbira ma’ drenaġġ domestiku. Il-ħruġ għandu jinżamm taħt kundizzjonijiet ajrobiċi fil-perjodu bejn it-teħid ta’ kampjuni u l-applikazzjoni. Imbagħad issettja l-arjatur G, il-pompa bl-arja kompressata E u l-apparat tad-doża B fil-makkinarju. Id-drenaġġ sintetiku jrid jgħaddi mill-kontenitur ta’ l-arjazzjoni Ċ b’rata ta’ litru fis-siegħa; dan jagħti rata medja ta’ ħin ta’ retensjoni ta’ tliet sigħat.

Ir-rata ta’ arjazzjoni għandha tkun regolata b’tali mod li l-kontenut tal-kontenitur Ċ jinżamm kostantament sospiż u l-kontenut ta’ ossiġenu maħlul ikun ta’ l-inqas 2 mg/l. Ir-ragħwa trid tkun b’tali mod li ma tkunx tħalliet b’mezzi xierqa. Ma għandhomx jintużaw aġenti ta’ kontra r-ragħwa li jtellfu l-ħama attivata jew li jkunu jinsabu f’BiAS. Il-pompa bl-ajra kompressata E għandha tkun hekk issettjata biex il-ħama attivata mill-kontenitur ta’ sediment tkun riċiklata kontinwament u regolarment għall-kontenitur ta’ l-arjazzjoni Ċ. Ħama li tkun akkumulat madwar il-quċċata tal-kontenitur ta’ l-arjazzjoni Ċ, fil-qiegħ tal-kontenitur ta’ sediment D, jew fiċ-ċirkwit taċ-ċirkulazzjoni għandha tinxteħet fiċ-ċirkulazzjoni ta’ l-inqas darba kuljum jew billi tinkines jew b’xi mezzi xierqa oħra. Meta l-ħama tonqos li tissetilja, l-issetiljar tagħha jista’ jiżdied biż-żieda ta’ porzjonijiet ta’ 2 ml ta’ soluzzjoni ta’ 5 % ta’ klorur ferriku, li jekk ikun meħtieġ, tkun ripetuta.

Il-ħruġ mill-kontenitur ta’ sediment D ikun akkumulat fil-kontenitur F għal 24 siegħa, li wara jittieħed kampjun wara taħwida sewwa. Il-kontenitur F hemm bżonn li jkun imnaddaf sewwa.

1.6. Iċċekkjar ta’ l-apparat tal-kejl

Il-kontenut ta’ BiAS 9 f’mg/l) tad-drenaġġ sintetiku jkun stabbilit immedjatament qabel l-użu.

Il-kontenut ta’ BiAS (f’mg/l) tal-ħruġ miġbur f’24 siegħa fil-kontenitur F għandu jkun stabbilit analitikament bl-istess metodu, immedjatament wara l-ġbir: inkella l-kampjun irid ikun ippriservat, preferibbilment billi jkun iffriżat. Il-konċentrazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti sa l-eqreb 0.1 mg/l BiAS.

Bħala ċekkjar dwar l-effiċjenza tal-proċess, id-domanda kimika fl-ossiġenu (COD) jew tal-karbonju organiku maħlul (DOC) tal-ħruġ tal-fibra tal-ħġieġ akkumulat fil-kontenitur F u tad-drenaġġ sintetiku ffiltrat fil-kontenitur A tkun imkejla ta’ l-inqas darbtejn fil-ġimgħa.

It-tnaqqis fil-COD u fid-DOC għandu jillivella ruħu meta bejn wieħed u ieħor degradazzjoni tal-BiAS kuljum regolarment tinkiseb fi tmiem tal-perjodu tal-bidu muri fid-Disinn Nru 3.

Il-kontenut ta’ materja niexfa fil-ħama attivata li jkun hemm fil-kontenitur ta’ l-arjazzjoni għandu tkun stabbilita darbtejn fil-ġimgħa fi g/l. Jekk tkun iktar minn 2.75 g/l, l-eċċess ta’ ħama attivata għandu jitwarrab.

It-test ta’ degradazzjoni jsir f’temperatura tal-kamra; din għandha tkun fissa u miżmuma bejn 292 u 297 K (19-24 ºC).

1.7. Kalkolu tal-biodegradibilita

Il-perċentwali tad-degradazzjoni tal-BiAS trid tkun kalkulata kuljum fuq il-bażi tal-kontenut tal-BiAS f’mg/l tad-drenaġġ sintetiku u tal-ħruġ korrispondenti akkumulat fil-kontenitur F.

Iċ-ċifri tad-degradabilità hekk miksuba għandhom jitniżżlu grafikament kif muri fid-Disinn Nru 3.

Id-degradibilità tal-BiAS trid tkun ikkalkulata bħala l-mezz aritmetiku taċ-ċifri miksuba fil-21 jum li jsegwu l-perjodu tal-bidu, li matulu d-degradazzjoni kienet regolari u t-tħaddim ta’ l-impjant kien bla nkwiet ta’ xejn. F’kull każ iż-żmien tal-perjodu tal-bidu ma għandux jaqbeż sitt ġimgħat.

Il-valuri tad-degradazzjoni ta’ kuljum ikunu kkalkulati sa l-eqreb 0.1 % imma r-riżultat finali jingħata sa l-eqreb numru sħiħ.

F’xi każijiet jista’ jkun permissibbli li titnaqqas il-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni imma ta’ l-inqas 14-il riżultat fuq il-21 jum li jsegwu l-perjodu tal-bidu għandhom jintużaw biex tkun ikkalkulata l-medja.

KAPITOLU 2

TRATTAMENT PRELIMINARI TA’ PRODOTTI LI SE JKUNU TESTJATI

2.1. Noti preliminari

2.1.1. Trattament ta’ kampjuni

It-trattament ta’ aġenti attivi tal-wiċċ mhux ijoniċi u deterġenti formalizzati qabel tkun deċiża l-biodegradabilità fit-test konfermatorju huwa:

Prodotti | Trattament |

Surfetanti mhux ijoniċi | Xejn |

Deterġenti formulati | Estrazzjoni alkoħolika segwita b’separazzjoni ta’ surfetanti mhux ijoniċi bi skambju ta’ ion |

L-iskop ta’ l-estrazzjoni alkoħolika huwa li jelimina l-ingredjenti li ma jinħallux u inorganiċi tal-prodott kummerċjali, li f’ċerti ċirkustanzi jistgħu jħarbtu t-test tal-biodegradabilità.

2.1.2. Il-proċedura ta’ skambju ta’ ion

Iżolament u separazzjoni ta’ aġenti attivi tal-wiċċ mhux ijoniċi mis-sapun, surfetanti anjoniċi u katjoniċi huwa meħtieġ għal testijiet ta’ biodegradabilità korretti.

Dan jinkiseb b’metodu ta’ teknika ta’ skambju ta’ ion li juża resin ta’ skambju makro-poruż u elutanti tajba għal eluzzjoni frazzjonali. Hekk is-sapun, is-surfetanti anjoniċi u mhux ijoniċi jistgħu jkunu iżolati fi proċedura waħda.

2.1.3. Kontroll analitiku

Wara l-omoġenizzazzjoni, il-konċentrazzjoni ta’ surfetanti anjoniċi u mhux ijoniċi fid-deterġent tkun stabbilita skond il-proċedura analitika ta’ MBAS u BiAS. Il-kontenut tas-sapun ikun stabbilit b’metodu analitiku apposta.

Din l-analiżi tal-prodott hija meħtieġa biex ikunu kkalkulati l-kwantitajiet meħtieġa biex jitħejjew frazzjonijiet għat-testijiet tal-biodegradabilità.

Estrazzjoni kwantitattiva mhix meħtieġa; madankollu, għandhom ikunu estratti ta’ l-inqas 80 % tas- surfetanti mhux ijoniċi. Ġeneralment, jinkiseb 90 % jew iktar

2.2. Prinċipju:

Minn kampjun omoġenju (trab, pasti nexfin u likwidi nexfin) estratt ta’ l-etanolu jinkiseb li jkun jinsab fis-surfetanti, is-sapun, u kostitwenti oħra alkoħoliċI li jinħallu tal-kampjun tad-deterġent.

L-estratt ta’ l-etanolu ikun evaporat sa ma jinxef, jinħall f’taħlita ta’ isopropanol/ilma u t-taħlita miksuba tkun mgħoddija minn ġo skambjatur katjoniku aċiduż qawwi/kambjatur anjoniku makroporuż imsaħħan sa 323K (50 grad C) Din it-temperatura għolja hija meħtieġa biex tkun evitata l-preċipitazzjoni ta’ aċidi mxaħħma, li jistgħu jkunu preżenti fil-mezzi aċidużi

Is-surfetanti mhux ijoniċi jinkisbu mill-ħruġ permezz ta’ evaporazzjoni.

Is-surfetanti katjoniċi, li jistgħu jħarbtu t-test tad-degradazzjoni u l-proċedura analitika jkunu eliminati mill-iskambjatur katjoniku mqiegħed fuq l-iskambjatur anjoniku.

2.3. Kimiċi u apparat

2.3.1. Ilma dejonizzat

2.3.2. Etanolu, 95% (v/v) C2H5OH

(denaturant permissibbli: metiletilketone jew metanolu)

2.3.3. Taħlita isopropanol/ilma (50/50 v/v):

50 parti bil-volum ta’ isopropanol (CH3CHOH - CH3) u

50 parti bil-volum ta’ ilma (2.3.1)

2.3.4. Soluzzjoni ta’ bikarbonat ta’ ammonju (60/40 v/v):

0.3 mol NH4HCO3 f’1000 ml ta’ taħlita isopropanol/ilma li tikkonsisti f’60 parti bil-volum ta’ isopropanol u 40 parti bil-volum ta’ ilma (2.3.1)

2.3.5. Skambjatur ta’ katjoni (KAT), aċiduż sewwa, reżistenti għall-alkoħol (50-100 mesh)

2.3.6. Skambjatur anjoniku (AAT), makro-poruż, Merck Lewatit MP 7080 (70-150 mesh) jew ekwivalenti

2.3.7. Aċidu kloridriku, 10% HCL w/w

2.3.8. Flixkun bil-qiegħ tond ta’ 2000 ml b’tapp tal-ħġieġ tond u kondensatur refluss

2.3.9. Filtru lembut (li jista’ jissaħħan) ta’ 90 mm għal karti tal-filtru

2.3.10. Flixkun tal-filtru ta’ 2000 ml

2.3.11. Kolonni ta’ skambju bil-heating jacket u l-vit: tubu intern ta’ 60 mm dijametru u għoli 450 mm (Disinn Nru 4)

2.3.12. Banjumarija

2.3.13. Forn għal tnixxif bil-vakum

2.3.14. Termostat

2.3.15. Evaporatur li jdur

2.4. Preparazzjoni ta’ estrazzjoni u separazzjoni ta’ aġenti attivi mhux ijoniċi

2.4.1. Preparazzjoni ta’ l-estratt

Il-kwantità ta’ aġenti attivi tal-wiċċ meħtieġa għat-test tad-degradazzjoni hija madwar 25 g BiAS.

Fil-preparazzjoni ta’ estratti għat-testijiet tad-degradazzjoni, il-kwantità ta’ prodotti li jintużaw għandha tkun limitata għal massimu ta’ 2000g. Għalhekk, jista’ jkun hemm bżonn li jitwettqu t-testijiet darbtejn jew iktar biex tinkiseb kwantità suffiċjenti għat-testijiet tad-degradazzjoni. L-esperjenza wriet li hemm vantaġġi fl-użu ta’ għadd ta’ estrazzjonijiet żgħar iktar milli f’estrazzjoni waħda kbira.

2.4.2. Iżolament ta’ kostitwenti alkoliċi-solubbli

Żid 250 g ta’ deterġenet sintetiku li se jkun analizzat għal 1250 ml ta’ etanolu u saħħan it-taħlita sal-punt tat-togħlija u rriflaxxja għal siegħa bit-taħwid. Għaddi s-soluzzjoni alkoħolika minn ġo passatur imtaqqab mhux indaqs imsaħħan sa 323K (50°C ) u iffiltra b’mod imgħaġġel. Aħsel il-flixkun u l-passatur b’madwar 200 ml ta’ etanolu sħun. Iġbor l-materjal iffiltrat u l-ħasil tal-filter fi flixkun iffiltrat.

Fil-każ ta’ prodotti magħġunin jew likwidi li se jkunu analizzati, kun ċert li mhux iktar minn 25 g ta’ surfetanti anjoniċi u 35 g ta’ sapun ikunu preżenti fil-kampjun. Evapora dan il-kampjun miżun sa ma jinxef. Dewweb ir-residwi f’500 ml ta’ etanolu u kompli kif deskritt hawn fuq.

Fil-każ ta’ trabijiet ta’ densità baxxa apparenti (<300 g/l) huwa rakkomandat li jiżdied ir-rapport ta’ l-etanolu fir-relazzjoni 20:1.

Fil-każ ta’ trab li jkun jidħer li għandu densità baxxa (Evapora l-filtrat ta’ l-etanolu sa ma jinxef għal kollox, preferibbilment permezz ta’ evaporatur li jdur. Irrepeti l-metodu jekk tkun meħtieġa kwantità ikbar ta’ estratt. Ħoll ir-residwi f’taħlita ta’ 5000 ml isopropanol/ilma.

2.4.3. Preparazzjoni ta’ kolonni ta’ skambju joniku

Kolonna ta’ skambju katjoniku

Qiegħed 600 ml ta’ resin ta’ skambju katjoniku (2.3.5) f’tazza kbira biż-żennuna ta’ 3000 ml u għattih billi żżid 2000 ml ta’ aċidu cloridriku (2.3.7). Ħallih joqgħod għal ta’ l-inqas sagħtejn, waqt li kultant tħawdu. Għaddi l-aċidu fi flixkun ieħor u ttrasferixxi r-resin fil-kolonna (2.3.11) permezz ta’ ilma dejonizzat. Il-kolonna trid tkun magħluqa b’tapp tas-suf bil-ħġieġ. Aħsel il-kolonna b’ilma dejonizzat b’rata ta’ 10-30 ml/min sakemm l-elwat ikun ħieles mill-klorur. Neħħi l-ilma b’taħlita ta’ 2000 ml isopropanol/ilma (2.3.3) b’rata ta’ 10-30 ml/min. Il-kolonna ta’ skambju issa hija lesta għat-tħaddim.

Kolonna ta’ skambju anjoniku

Qiegħed 600 ml ta’ resin ta’ skambju anjoniku (2.3.6) f’tazza kbira biż-żennuna u għattih billi żżid 2000 ml ta’ ilma dejonizzat. Ħalli r-resin jintefaħ għal ta’ l-inqas sagħtejn. Ittrasferixxi r-resin fil- kolonna permezz ta’ ilma dejonizzat. Il-kolonna għandha tkun magħluqa b’tapp tas-suf bil-ħġieġ.

Aħsel il-kolonna b’0.3 M ta’ taħlita ta’ bikarbonat ta’ l-ammonju (2.3.4) sakemm tkun ħielsa mill- klorur. Dan ikun jeħtieġ taħlita ta’ madwar 5000 ml. Erġa’ aħsel b’2000 ml ta’ ilma dejonizzat. Neħħi l-ilma b’taħlita ta’ 2000 ml isopropanol/ilma (2.3.3) b’rata ta’ 10-30 ml/min. Il-kolonna ta’ skambju issa tkun lest għat-tħaddim.

2.4.4. Il-proċedura ta’ skambju joniku

Waħħal il-kolonni ta’ skambju b’tali mod li l-kolonna ta’ skambju ta’ katjoni titqiegħed fuq il- kolonna ta’ l-iskambju ta’ anjoni. Saħħan il-kolonni ta’ l-iskambju sa 323 K (50 °Cbl-użu ta’ kontroll termostatiku. Saħħan 5000 ml tat-taħlita miksuba sal-punt 2.4.2 sa 333K (60 °C) u għaddi t-taħlita mill-kombinazzjoni ta’ skambjaturi b’rata ta’ 20 ml/min. Aħsel il-kolonni b’taħlita ta’ 1000 ml isopropanol/ilma msaħħan (2.3.3).

Biex tikseb l-aġenti attivi tal-wiċċ mhux ijoniċi, iġbor l-iffiltrat u l-ħasil tal-filtru u evaporahom sakemm jinxfu, preferibbilment permezz ta’ evaporatur li jdur. Il-fdal ikun fih il-BiAS. Żid ilma dejonizzat sakemm jinkiseb volum definit u stabbilixxi l-kontenut tal-BiAS bħal fil-punt 3.3 f’alikwot. It-taħlita tintuża bħala taħlita normali ta’ surfetanti mhux ijoniċi għat-test tad- degradazzjoni. Is-soluzzjoni għandha tinżamm f’temperatura inqas minn 278 K (5 °C).

2.4.5. Riġenerazzjoni ta’ resini ta’ skambju joniku

L-iskambjatur katjoniku jintrema wara l-użu.

Ir-resin ta’ l-iskambju anjoniku jkun riġenerat billi jkunu mgħoddija 5000-6000 ml ta’ taħlita ta’ bikarbonat ta’ l-ammonju (2.3.4) minn ġo kolonna b’rata ta’ tfigħ ta’ madwar 10 ml/min sakemm l-elwat ikun ħieles mis-surfetanti anjoniċi (it-test blu tal-metilin) Imbagħad għaddi taħlita ta’ 2000ml isopropanol/ilma (2.3.3) mill-iskambjatur anjoniku biex taħslu. L-iskambjatur anjoniku issa jkun lest biex jerġa’ jintuża.

KAPITOLU 3

DEĊIŻJONI DWAR AĠENTI ATTIVI TAL-WICC MHUX JONICI F’LIKURI TAT-TEST TAL-BIJODEGRADAZZJONI

3.1. Prinċipju:

Aġenti attivi tal-wiċċ ikunu konċentrati u iżolati permezz ta’ strippjar bil-gass. Fil-kampjun użat, il-kwantità ta’ surfetanti mhux joniċi trid tkun fil-marġini ta’ 250-800 μg.

Is-surfetant strippjat jinħall fl-aċetat ta’ l-etilu.

Wara separazzjoni tal-fażijiet u evaporazzjoni tas-solvent, is-surfetant mhux joniku jinxteħet f’taħlita akwuża b’reattiv Dragendorff modifikat (KbiJ4 + BaC12 + aċidu aċetikuglaċjali).

Il-preċipitat ikun iffiltrat, maħsul b’aċidu aċetiku glaċjali u maħlul f’taħlita ta’ tartratu ta’ l-ammonja. Il-bismut fit-taħlita jkun titrat potenzjometrikament b’taħlita tal-pyrrolidinedithiocarbonate f’pH 4-5 bl-użu ta’ indikatur elettrodu tal-platinu jleqq u elettrodu ta’ riferenza tal-kalomel jew tal-fidda/tal-klorur tal-fidda.

Il-metodu huwa applikabbli għal surfetanti mhux joniċi li jkunu jinsabu fi gruppi ta’ ossidu ta’ l-alken 6-30.

Ir-riżultat tat-tittrat ikun immultiplikat bil-fattur empiriku ta’ 54 biex ikun konvertit bħala sustanza ta’ riferenza nonilfenolu kondensata b’10 mols ta’ ossidu ta’ l-etilin (NP 10).

3.2. Reattivi u apparat

Ir-reattivi jridu jsiru f’ilma dejonizzat.

3.2.1. Aċetat ta’ l-etilu pur, iddistillizzat riċentement.

3.2.2. Bikarbonat tas-sodju NaHCO3) AR

3.2.3. Aċidu kloridriku bl-ilma (20 ml acidu konċentrat (HC1) miżjud sa1000 ml bl-ilma)

3.2.4. Metanolu AR, iddistillat riċentement, maħżun fi flixkun tal-ħġieġ.

3.2.5. Porpra tal-bromokresolu, 0.1g f’100 ml ta’ metanolu.

3.2.6. Aġent preċipitanti: l-aġent preċipitant huwa taħlita ta’ żewġ volumi ta’ taħlita A u volum wieħed ta’ taħlita B. It-taħlita tinħażen fi flixkun kannella u tkun tista’ tintuża għal ġimgħa sħiħa wara li titħallat.

3.2.6.1. Soluzzjoni A

Ħoll 1.7g ta’ nitrat bażiku ta’ bismut AR (BiONO3.H2O) f’20 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali, u żidu sa 100 ml bl-ilma. Imbagħad ħoll 65 g ta’ joduru tal-putassa AR f’200 ml ta’ ilma. Ħawwad dawniż-żewġ taħlitiet fi flixkun tal-kejl ta’ 1000 ml, żid 200 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali (3.2.7) u zidu bl-ilma sa 1000 ml.

3.2.6.2. Soluzzjoni B

Ħoll 290 g ta’ klorur tal-barju (BaC12.2H2O) AR f’1000 ml ta’ ilma.

3.2.7. Aċidu aċetiku glaċjali 99-100 % (konċentrazzjonijiet iktar baxxi mhumiex tajbin).

3.2.8. Taħlita ta’ tartrat ta’ l-ammonju: ħallat 12.4 g ta’ aċidu tartariku AR u 12.4 ml ta’ taħlita ta’ l- ammonju AR (d = 0.910 g/ml) u żid sa 1000 ml bl-ilma (jew uża l-ammont ekwivalenti tat- tartrat ta’ l-ammonju AR).

3.2.9. Taħlita ta’ l-ammonju mħallat bl-ilma: 40 ml ta’ taħlita ta’ l-ammonju AR (d = 0.910 g/ml) mħallta bl-ilma sa 1000 ml.

3.2.10. Inġizz normali ta’ l-aċetat: ħoll 40 g ta’ idrossidu tas-sodju solidu AR f’500 ml ta’ ilma fi flixkun u ħallih jibred. Żid 120 ml ta’ aċetiku glaċjali (3.2.7). Ħawwad sewwa, berred u ttrasferixxi għal ġo flixkun volumetriku ta’ 1000 ml. Wasslu sal-marka bl-ilma.

3.2.11. Taħlita ta’ pyrrolidinedithiocarbamate (magħrufa bħala taħlita tal-karbat): ħoll 103 mg ta’ pyrrolidinedithiocarbamate tas-sodju (C5H8NnaS2.2H2O) f’madwar 500 ml ta’ ilma, żid 10 ml ta’ alkoħol n-amiliku AR u 0.5 g NaHCO3 AR, u żidu bl-ilma sa 1000 ml.

3.2.12. Taħlita ta’ sulfat tar-ramm (għall-istandardazzjoni tal-punt 3.2.11).

Taħlita maħżuna

Ħallat 1.249 g ta’ sulfat tar-ramm (CuSO4.5H2O) AR ma’ 50 ml 0.5 M ta’ aċidu sulfuriku u żidu bl-ilma sa 1000 ml.

Taħlita normali

Ħallat 50 ml ta’ taħlita maħżuna ma’ 10 ml 0.5 M H2SO4 u żidha bl-ilma sa 1000 ml.

3.2.13. Klorur tas-sodju AR

3.2.14. Apparat ta’ l-istrippjar tal-gass (Ara Disinn Nru 5).

Id-dijametru tad-diska sinterizzata jrid ikun l-istess bħad-dijametru intern taċ-ċilindru.

3.2.15. Lenbut li jissepara, 250 ml.

3.2.16. Aġitatur manjetiku b’kalamita ta’ 25-30 mm.

3.2.17. Griġjol tal-gooch, dijametru tal-bażi perforata = 25 mm, Tip G 4.

3.2.18. Karti ċirkulari tal-filtru tal-fibre-glass, 27 mm dijametru b’dijametru tal-fibre 0.5-1.5 μm.

3.2.19. Żewġ fliexken tal-filtru b’adaptors u għenuq tal-lastiku, ta’ 500 u 250 ml rispettivament.

3.2.20. Reġistratur tal-potenzjometru iffittjat b’elettrodu ta’ riferenza tal-platinu jleqq u b’kalomel jew elettrodu ta’ riferenza tal-fidda/klorur tal-fidda b’firxa ta’ 250 mV, b’buretta awtomatika ta’ kapaċità ta’ 20-25 ml, jew apparat alternattiv manwali.

3.3. Metodu

3.3.1. Konċentrazzjoni u separazzjoni tas-surfetant

Iffiltra l-kampjun akweuż minn ġo karta tal-filtru kwalitattiva. Warrab l-ewwel 100 ml tal-filtrat.

Fl-apparat ta’ l-istrippjar, imlaħlaħ bil-quddiem bl-aċetat ta’ l-etilu, qiegħed kwantità mkejla tal-kampjun, b’tali mod li jkun hemm bejn 250-800 μg ta’ surfetant mhux joniku.

Biex ittejjeb is-separazzjoni żid 100 g ta’ klorur tas-sodju u 5 g ta’ bikarbonat tas-sodju.

Jekk il-volum tal-kampjun jaqbeż il-500 ml, żid dawn l-imluħa ma’ l-apparat ta’ l-istrippjar fil-forma solida, u ħollhom billi tgħaddi minnhom in-nitoġenu jew l-arja.

Jekk tintuża kwantità iżgħar tal-kampjun, ħoll l-imluħa f’400 ml ta’ ilma u mbagħad żidhom fl-apparat ta’ l-istrippjar.

Żid l-ilma biex tilħaq il-livell tat-tapp ta’ fuq.

B’attenzjoni żid 100 ml ta’ aċetat ta’ l-etilu fuq l-ilma.

Imla l-flixkun tal-ħasil fil-linja tal-gass (nitroġenu jew arja) b’żewġ terzi mimli bl-aċetat ta’ l-etilu.

Għaddi n-nixxiegħa ta’ gass ta’ 30-60 l/h mill-apparat; l-inklużjoni ta’ rotameter hi rakkmandata. Ir-rata ta’ l-arjazzjoni fil-bidu trid tkun miżjuda gradatament. Ir-rata tal-gass trid tkun aġġustata hekk li l-fażijiet jibqgħu jidhru separati biex ikunu minimizzati t-taħlit tal-fażijiet u t-taħlita ta’ l-aċetat ta’ l-etilu fl-ilma. Waqqaf in-nixxiegħa tal-gass wara ħames minuti.

Jekk ikun hemm tnaqqis ta’ iktar minn 20 % fil-volum tal-fażi organika mit-taħlita fl-ilma, l-operazzjoni trid tkun ripetuta b’attenzjoni speċjali għar-rata tan-nixxiegħa tal-gass.

Ixħet il-fażi organika fil-lembut li jissepara – Daħħal mill-ġdid kull ilma mill-fażi akwuża fil-lembut li jissepara - dan irid ikun biss ftit ml - fl-apparat ta’ l-istrippjar. Iffiltra l-fażi ta’ l-aċetat ta’ l-etilu minn karta tal-filtru kwalitattiva niexfa fi flixkun ta’ 250 ml.

Itfa’ 100 ml oħra ta’ aċetat ta’ l-etilu fl-apparat ta’ l-istrippjar u mill-ġdid għaddi n-nitroġenu jew l-arja minnu għal ħames minuti. Iġbed il-fażi organika fil-lembut li jkun wżat għall-ewwel separazzjoni, armi l-fażi akweuża u għaddi l-fażi organika minn ġo l-istess filtru ta’ l-ewwel porzjon ta’ l-aċetat ta’ l-etilu. Laħlaħ kemm il-lembut li jissepara kif ukoll il-filtru b’20 ml ta’ aċetat ta’ l-etilu.

Evapora l-estratt ta’ l-aċetat ta’ l-etilu sa ma jinxef fuq banju ilma (fume cupboard). Idderieġi nixxiegħa ġentili ta’ arja fuq il-wiċċ tat-taħlita biex taċċellera l-evaporazzjoni.

3.3.2. Preċipitazzjoni u filtrazzjoni

Ħoll il-fdal niexef minn 3.3.1 f’5 ml ta’ etanolu, żid 40 ml ta’ ilma u 0.5 ml ta’ HCL mħallat bl-

ilma (3.2.3) u ħawwad it-taħlita b’aġitatur manjetiku.

Ma’ din it-taħlita żid 30 ml ta’ aġent preċipitanti (3.2.6) minn ċilindru tal-kejl. Il-preċipitat jifforma wara taħwid ripetut. Wara li tħawwad għal 10 minuti ħalli t-taħlita toqgħod għal ta’ l-inqas ħames minuti. Iffiltra t-taħlita minn ġo griġjol ta’ Gooch, li l-bażi tiegħu tkun koperta b’karta tal-filtru tal-fibre- glass. L-ewwel aħsel il-filtru taħt pressjoni b’madwar 2 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali. Imbagħad aħsel sewwa l-flixkun, il-kalamita u l-griġjol bl-aċidu aċetiku glaċjali, li minnu huma meħtieġa madwar 40-50 ml. Mhux meħtieġ li tittrasferixxi kwantittivament il-preċipitat li jeħel man-naħat tal-flixkun mal-filtru, għaliex it-taħlita tal-preċipitat għat-titrazzjoni tkun lesta għall-flixkun tal- preċipitazzjoni, u l-bqija tal-preċipitat imbagħad jinħall.

3.3.3. Taħlita tal-preċipitat

Ħoll il-preċipitat fil-griġjol tal-filtru biż-żieda ta’ taħlita sħuna ta’ tartrat ta’ l-ammonju (madwar 80°C, 353 K) (3.2.8) fi tliet porzjonijiet ta’ 10 ml ’l waħda. Ħalli kull porzjon joqgħod fil-griġjol tal-filtru għal ftit minuti qabel ma jitħalla jgħaddi mill-filtru għal ġol-flixkun.

Poġġi l-kontenut tal-flixkun tal-filtru f’tazza kbira biż-żennuna wżata għall-preċipitazzjoni. Laħlaħ il-fdal tat-tazza kbira biż-żennuna b’20 ml oħra tat-taħlita tat-tatrat biex jinħall il-bqija tal- preċipitat.

B’attenzjoni kbira aħsel il-griġjol, l-adaptor u l-flixkun tal-filtru b’150-200 ml ta’ ilma, u għaddi l- ilma tat-tlaħliħ fit-tazza kbira biż-żennuna wżata għall-preċipitazzjoni.

3.3.4. It-titrazzjoni

Ħawwad it-taħlita billi tuża aġitatur manjetiku (3.2.16), żid ftit qtar ta’ porpra tal-bromokresol (3.2.5) u żid it-taħlita ta’ l-ammonja mħallta bl-ilma (3.2.9) sakemm il-kulur isir vjola (it-taħlita hija aċidu dgħajjef mill-fdal ta’ aċidu aċetiku wżat fit-tlaħliħ).

Imbagħad zid 10 ml ta’ inġizz ta’ l-aċetat normali (3.2.10), għaddas l-elettrodi fit-taħlita, u ddoża potenzjometrikament bit-‘taħlita normali tal-karbat’ (3.2.11), bil-ponta tal-burette mgħaddsa fit -taħlita.

Ir-rata tat-titrazzjoni ma għandhiex taqbeż 2 ml/min.

Il-ponta ta’ l-aħħar hija l-intersezzjoni tat-tanġenti għaż-żewġ friegħi tal-kurva potenzjali. Ikun osservat okkażjonalment li l-inflezzjoni fil-kurva potenzjali tiċċattja u dan jista’ jkun eliminat b’tindif sewwa ta’ l-elettrodu tal-platinum (billi tippolixxjah b’karta ta’ l-emery).

3.3.5. Determinazzjonijiet vojta

Fl-istess ħin għaddi determinazzjoni vojta mill-proċedura kollha b’5 ml ta’ metanolu u 40 ml ta’ ilma, skond l-istruzzjonijiet fi 3.3.2. It-tirazzjoni vojta għandha tkun taħt 1 ml, inkella l-purezza tar- reattivi (3.2.3 - 3.2.7 - 3.2.8 - 3.2.9 - 3.2.10) tkun suspettuża, speċjalment il-kontenut tagħhom ta’ metalli tqal, u jridu jkunu rimpjazzati. Il-vojt irid jitqies fil-kalkolu tar-riżultati.

3.3.6. Ikkontrolla l-fattur tat-‘taħlita tal-karbat’

Stabbilixxi l-fattur tat-taħlita tal-karbat fil-jum ta’ l-użu. Biex tagħmel dan, iddoża t-taħlita tas- sulfat tar-ramm (3.2.12) b’taħlita tal-karbat wara ż-żieda ta’ 100 ml ta’ ilma u 10 ml ta’ l-inġizz normali ta’ l-aċetat (3.2.10) Jekk l-ammont użat huwa ‘a’ ml, il-fattur f ikun:

f =

10a

u r-riżultati kollha tat-titrazzjonijiet ikunu multiplikati b’dan il-fattur.

3.4. Kalkolu ta' riżultati

Kull surfetant mhux ijoniku għandu l-fatturi tiegħu nnifsu, li jiddependu fuq il-kompożizzjoni tiegħu, partikolarment dwar it-tul tal-katina ta’ l-ossidu tal-alkene. Il-konċentrazzjoni ta’ surfetant mhux ijoniku hija espressa f’sustanza normali - li tkun nonilfenol b’10 unitajiet ta’ ossidu ta’ l-etilin (NP 10) - li għalihom il-fattur tal-konverżjoni huwa 0.054.

Waqt li tuża dan il-fattur l-ammont ta’ surfetant preżenti fil-kampjun jinstab espress bħala mg ta’ l- ekwivalenti NP 10, kif ġej:

(b-ċ). f. 0.054 = mg surfetant mhux ijoniku bħala NP 10

fejn: | bvolum ta’ ‘taħlita tal-karbat’ użata fil-kampjun (ml),ċvolum ta’ ‘taħlita tal-karbat’ użata fil-vojt (ml),ffattur tat-‘taħlita tal-karbat’ |

3.5. Espressjoni ta' riżultati

Espressjoni tar-riżultati f’mg/l bħala NP 10 sa l-eqreb 0.1.

+++++ TIFF +++++

Disinn Nru 1

+++++ TIFF +++++

Disinn Nru 2

+++++ TIFF +++++

Kalkulazzjoni tal-bijodegradibilità - Test konfermatorju

+++++ TIFF +++++

Kolonna ta’ l-iskambjatur imsaħħna

+++++ TIFF +++++

Apparat ta’ l-istrippjar tal-gass

--------------------------------------------------