Official Journal L 027 , 04/02/1982 P. 0022 - 0023
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0192
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 0038
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0192
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 3 P. 0038
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 1982 li temenda l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta' Lulju 1962, dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċertu tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri (82/50/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(1) tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kommissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi huwa xieraq li jkun provdut li ċerti tipi ta' trasport, eżentati minn sistemi ta' kwota taħt l-ewwel Direttiva, tat-23 ta' Lulju 1962 [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 80/79/KEE [4], għandhom jiġu eżentati wkoll minn kull sistema ta' awtorizzazzjoni; Billi ċerti tipi oħra ta' trasport jistgħu jiġu eżentati minn kull sistema ta' kwota jew awtorizzazzjoni, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA L-Artikolu 1 1. "14. It-trasport ta' spare parts għal bastimenti tal-baħar u inġenji ta' l-ajru. 15. Tranżitu, fi stat mhux mgħobbi, ta' vettura użata għat-trasport ta' merkanzija u maħsuba biex tissostitwixxi vettura li saret mhux tajba għas-servizz fi Stat Membru ta' xort'oħra minn dak li fih tkun irregistrata, u l-kontinwazzjoni, mill-vettura bil-ħsara, tat-trasport taħt kopertura ta' awtorizzazzjoni maħruġa għal vettura li saret mhux tajba għas-servizz. 16. It-trasport ta' oġġetti u biċċiet ta' l-arti għal eżibizzjonijiet jew għal skopijiet kummerċjali. 17. It-trasport okkażjonali ta' oġġetti u materjali esklussivament għall-pubbliċità jew skopijiet ta' informazzjoni. 18. It-trasport ta' materjal, proprjetajiet u annimali lejn jew minn eżibizzjonijiet teatrali, mużikali jew ta' film jew avvenimenti sportivi, ċirku, eżibizzjonijiet jew fieri, jew lejn jew mix-xandir ta' radju jew televiżjoni jew films:" 2. L-Anness II ta' l-ewwel Direttiva tat-23 ta' Lulju 1962 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-kliem tal-punt 2 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: "2. It-trasport ta' prodotti maħsuba bħala mħażen għal bastimenti tal-baħar jew inġenji ta' l-ajru." (b) il-punti 3, 5 u 6 għandhom jitħassru. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformu ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 1983. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan qabel l-1 ta' Lulju 1982. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Jannar 1982. Għall-Kunsill Il-President P. de Keersmaeker [1] ĠU C 327, tal-15.12.1980, p. 65. [2] ĠU C 138, tad-9.6.1981, p. 56. [3] ĠU 70, tas-6.8.1962, p. 2005/62. [4] ĠU L 18, ta' l-24.1.1980, p. 23. --------------------------------------------------