31982D0854



Official Journal L 357 , 18/12/1982 P. 0020 - 0022
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0151
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0215
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0151
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 16 P. 0215


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-10 ta' Diċembru 1982

dwar ir-regoli applikabbli, fl-oqsma ta' garanziji ta' esportazzjoni u l-iffinanzjar ta' esportazzjoni, għal ċerti subkuntratti ma' partijiet fi Stati Membri oħra tal-Komunitajiet Ewropej jew f'pajjiżi li m'humiex membri

(82/854/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-interdipendenza ta' l-ekonomiji ta' l-Istati Membri li qegħda dejjem tiżdied teħtieġ it-tisħiħ tal-koperazzjoni u l-finalizzazzjoni ta' soluzzjonijiet konġunti għall-problemi partikolari li jinħolqu fil-qasam tas-subkuntrattar b'garanziji ta' esportazzjoni u ffinanzjar,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-regoli dettaljati applikabbli f'kull Stat Membru għall-inklużżjoni awtomatika ta' subkuntratti fi Stati Membri oħra tal-Komunitajiet Ewropej jew f'pajjiżi mhux membri fil-kopertura li tista' tingħata għan-nom ta' jew bl-appoġġ ta' l-Istat li jkun il-kuntrattur prinċipali, u wkoll fl-iffinanzjar ta' dawk is-subkuntratti, huma definit fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Madankollu, s-Sezzjoni IV m'għandhiex tapplika għas-subkuntrati li jirrelataw ma' transazzjonijiet ta' esportazzjoni konklużi fuq il-bażi ta' krediti li jinvolvu xi forma ta' appoġġ finanzjarju minn Stat Membru.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 70/552/KEE [1], qegħda tiġi hawnhekk imħassra.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1983.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Diċembru 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Fenger Møller

[1] ĠU L 284, tat-30.12.1970, p. 59.

--------------------------------------------------

ANNESS

SEZZJONI I DEFINIZZJONI TA' "SUBKUNTRATT"

"Subkuntratt" tfisser kuntratt konkluż minn impriża (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-kuntrattur prinċipali') ma' impriża oħra (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ is-"subkuntrattur") li taħtu jkun miftiehem li, fit-twettiq ta' kuntratt ieħor magħmul bejn il-kuntrattur prinċipali u intrapriża terza (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "ix-xerrej"), il-kuntrattur għandu jwassal l-oġġetti jew iwettaq is-servizzi li l-kuntrattur prinċipali għandu jinkorpora jew juża fil-provvista ta' l-oġġett jew oġġetti li x-xerrej ikun ordna mingħandu, bil-ftehim li:

(a) Pożizzjoni skond il-liġi

Is-subkuntrattur mhux ko-firmatarju tal-kuntratt konkluż bejn il-kuntrattur prinċipali u x-xerrej, u

l-kuntratur prinċipali għandu r-responsabbilta unika lejn ix-xerrej għat-twettiq tal-kuntratt u jġorr ir-riskji kollha li jistgħu jiġu garantiti b'relazzjoni ma' dan ta' l-aħħar.

(b) Pożizzjoni teknika u ekonomika

Il-provvisti mis-subkuntrattur ikopri oġġetti (barra minn materja prima jew oġġetti semi-lesti) u/jew serviziz li, mill-angolu tekniku u ekonomiku jikkostitwixxu għax-xerrej anċillari essenzali għat-twettiq tal-kuntratt mill-kuntrattur prinċipali.

II SEZZJONI

Inklużjoni awtomatika ta' subkuntratti fil-kopertura

1. Subkuntratti esklussivi ma' partijiet fi Stat Membru wieħed jew aktar għandhom ikunu awtomatikament inklużi fil-kopertura li tista' tingħata lill-kuntrattur prinċipali fejn l-ammont ta' dawk is-subkuntratti jkun daqs insew jew anqas minn:

- 40 % għall-kuntratti ta' valur anqas minn 7500000 ECU,

- 3000000 ECU għall-kuntratti ta' valur bejn 7500000 u 10000000 ECU,

- 30 % għall-kuntratti ta' valur il fuq minn 10000000 ECU,

Iżda, fejn l-assiguratur tal-kreditu tal-kuntrattur prinċipali ma jkunx jista' minħabba li r-riskju inerenti fit-transazzjoni jkun partikolarment oneruż, is-sostenn għall-kopertura tat-transazzjoni kollha kemm hi, il-konsultazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet interessati ta' assigurazzjoni ta' kreditu għandhom iseħħu bil-ħsieb li tiġi solvuta l-problema permezz ta' assigurazzjoni konġunta jew, fejn possibbli, ri-assigurazzjoni.

2. Fejn il-kuntratti ta' esportazzjoni jinvolvu subkuntrattar kemm fi Stati Membri u f'pajjiżi mhux membri, l-is-subkuntrattar fl-Istati Membri għandu jkun awtomatikament inkluż, sa kemm it-total ta' subkuntrattar fil-pajjiżi kollha ma jeċċedix il-persentaġġi u l-limiti ffissati fil-paragrafu 1 b'referenza għall-valur tal-kuntratt.

3. Kopertura għandha tingħata lill-kuntrattur prinċipali, taħt l-istess kondizzjonijiet, sew jekk għandu rikors għal subkuntrattar nazzjonali jew għal subkuntrattar fi Stati Membri oħra.

III SEZZJONI

Finanzjar ta' subkuntratti li jkunu ġew inklużi fil-kopertura

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-kriterji tas-soltu wżati fi kwistjonijiet bankarji, tarattament ugwali għal dak applikabbli għall-kuntratti ta' esportazzjoni li jikkomprendu provvisti esklussivament nazzjonali għandhom jingħataw, fir-rigward ta' l-iffinanzjar, dwar kuntratti ta' esportazzjoni li jinkludu subkuntratti inkorporati skond id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni II.

IV SEZZJONI

Skambju ta' tagħrif

1. Skambju sussegwenti ta' tagħrif għandu jseħħ fil-qafas tal-Grupp ta' Kordinazzjoni Politika għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu, Garanziji ta' Kreditu u Krediti Finanzjarji fir-rigward ta' kuntratti individwali li dwarhom subkuntrattar f'pajjiż mhux membri jeċċedi t-30 % u, s-subkuntratti mħallta kemm fi Stati Membri u f'pajjiżi mhux membri, fejn il-valur totali jeċċedi dak il-persentaġġ.

Dak il-bdil ta' tagħrif għandu, iżda, jseħħ biss għall-kuntratti individwali li jeċċedu 500000 ECU fil-valur u li jinvolvu kreditu għal aktar minn tlett snin.

Dan li ġej għandu jgħodd:

- dawk il-kuntratti individwali għandhom jitqiesu bħala eċċezzjonali,

- studju jista' f'kull żmien isir fil Grupp ta' Kordinazzjoni tad-diffikultajiet li jistgħu jinħolqu b'konnessjoni ma' ċerti kuntratti individwali rapportati fil-qafas tal-bdil sussegwenti ta' tagħrif,

- jekk l-esperjenza turi li l-bdil sussegwenti ta' tagħrif hija sodisfaċjenti, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jitolbu li jinstabu l-mezzi biex jiġu rimedjati dawk l-aspetti li jinstabu li ma jkunux sodisfaċjenti.

3. Fejn Stat Membru jipproponi li jikkonkludi ma' pajjiż mhux membru ftehim li jirrelata ma' l-inklużjoni ta' subkuntratti fuq bażi reċiproku, l-Istat membru konċernat għandhu jibgħat notifikazzjoni preliminari li għandha tiġi segwita b'konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Grupp ta' Kordinazzjoni Politika għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu, Garanziji tal-Kreditu u Krediti Finanzjarji. Il-persentaġġi li jirrelataw ma' l-inklużjoni awtomatika permissibblif'dawk il-ftehim m'għandhomx - sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix xort'oħra - jeċċedu t-30 % irrispettivament ta' jekk subkuntrattar ikun f'pajjiż mhux membru li miegħu jkun sar il-ftehim jew jekk subkuntrattar f'pajjiżi oħra jkunx involut.

V SEZZJONI

Bażi ta' kalkolazzjoni

Il-persentaġġi u l-ammonti li għalihom saret referenza għandhom jiġu kalkolati skond ir-regoli li ġejjin:

- nefqiet inċidentali għall-esportazzjoni, jiġifieri trasport u assigurazzjoni, huma nklużi fl-ammont totali tal-kuntratt li dwaru dawn il-persentaġġi u l-ammonti huma kalkolati,

- l-iffinanzjar tan-nefqiet huma totalment esklużi mill-ammont tal-kuntratt sew jekk itemized jew le,

- il-porzjon li ma jistax jiġi ripatrijat ta' spiża inċidentali lokali fuq provvisti normalment na jitnaqqasx mill-ammont tal-kuntratt, b'dan li għandu jiftiehem, iżda, li jekk dan il-porzjon jeċċedi 15 % ta' l-ammont tal-kuntratt imnaqqas bl-ammont ta' l-iffinanzjar, li l-eċċess tiegħu għandu jitnaqqas.

--------------------------------------------------