Official Journal L 272 , 26/09/1981 P. 0001 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0017
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0100
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0017
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 23 P. 0100
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2728/81 tal-10 ta' Settembru 1981 li jemenda, rigward l-applikazzjoni tagħhom skond il-varjetà tat-tabakk prodott fil-Komunità, ir-Regolamenti (KEE) Nru 1727/70, (KEE) Nru 1728/70, (KEE) Nru 2603/71, (KEE) Nru 638/74 u (KEE) Nru 410/76 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat l-Att ta l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari l-Artikolu 73 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 727/70 tal-21 ta' April 1970 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fit-tabakk mhux maħdum[1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 3 (3), Artikoli 5 (6), Artikolu 6 (10) u Artikolu 7 (4) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1697/71 tas-26 ta' Lulju 1971 dwar il-finanzjament ta' l-ispiża ta' l-intervent rigward it-tabakk mhux maħdum[2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 330/74[3], u b'mod partikolari Artikolu 6 (2) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1534/81 tad-19 ta' Mejju 1981 jistabbilixxi għall-ħasda tas-sena l-1981 il-prezzijiet tan-norma u ta' l-intervent u l-premiums li jingħataw lix-xerrejja tal-weraq tat-tabakk, il-prezzijiet derivati ta' l-intervent għat-tabakk imballat u l-kwalitajiet tar-referenza[4] introduċa l-lista tal-varjetajiet tat-tabakk imkabbra fil-Greċja flimkien mad-definizzjoni tal-kwalitajiet tar-referenza tagħhom; billi għandhom għalhekk isiru emendi rilevanti għar-Regolamenti li fihom disposizzjonijiet li jirreferu għall-varjetajiet varji u l-kwalitajiet tar-referenza tat-tabakk, jiġifieri r-Regolamenti li ġejjin: - ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1727/70 tal-25 ta' Awissu 1970 dwar il-proċeduri ta' l-intervent għat-tabakk mhux maħdum[5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 290/81[6], - ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2603/71 tas-6 ta' Diċembru 1971 dwar regoli ddettaljati għall-konklużjoni tal-kuntratti għall-ewwel proċessar u t-tħejjija tas-suq tat-tabakk miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent[7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 290/81, - ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 638/74 tal-20 ta' Marzu 1974 li jistabbilixxi t-tolleranza massima għat-telf fil-kwantità li jirriżulta mill-ħażna tat-tabakk mhux maħdum għand l-aġenziji ta' l-intervent[8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1979/79[9], - ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 410/76 tat-23 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi t-telf massimu permess fil-piż b'konnessjoni mas-sorveljanza ta' l-ewwel proċessar u t-tħejjija tas-suq tat-tabakk[10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 290/81; Billi kienet imdaħħla skala ta' żiediet u ta' tnaqqis fil-prezz tal-varjetajiet imkabbra fil-Greċja f'Anness I ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1728/70[11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 290/81; billi, madankollu, fuq il-bażi ta' stima aktar dettaljata tal-firxa tal-kwalitajiet tat-tabakk Grieg u l-introduzzjoni tal-klassifika tal-varjetajiet ta' dan it-tabakk bir-Regolament (KEE) Nru 1534/81 din l-iskala għandha tiġi emendata; Billi Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 327/71[12] jagħmel disposizzjoni, rigward il-weraq tat-tabakk mixtri mill-aġenziji ta' l-intervent, għall-konklużjoni tal-kuntratti ta' l-ewwel proċessar u tat-tħejjija tas-suq bi proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti, li bihom il-kuntratti jridu jingħataw lil min jitfa' l-ogħla offerta, sakemm ma taqbiżx l-ammont stabbilit għal kull varjetà; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2603/71 iffissa dawn l-ammonti; billi, mill-aħħar aġġornament ta' dawn l-ammonti, il-komponenti wżati għall-kalkolu nbidlu ħafna għal ċerti varjetajiet; billi, għalhekk, l-ammonti għandhom jerġgħu jiġu aġġornati kif jixraq; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tat-Tabakk, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1727/70 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Anness I huwa emendat skond Anness I ma' dan ir-Regolament; 2. Anness II huwa emendat skond Anness II ma' dan ir-Regolament; 3. Anness IV huwa emendat skond Anness III ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Ir-Regolament (KEE) Nru 1728/70 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Anness I huwa emendat skond Anness IV ma' dan ir-Regolament; 2. Anness II huwa emendat skond Anness V ma' dan ir-Regolament. Artikolu 3 L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2603/71 huwa hawnhekk mibdul b'Anness VI ma' dan ir-Regolament. Artikolu 4 L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 638/74 huwa hawnhekk mibdul b'Anness VII ma' dan ir-Regolament. Artikolu 5 Ir-Regolament (KEE) Nru 410/76 huwa hawnhekk emendat skond Anness VIII ma' dan ir-Regolament. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika għall-ewwel darba għat-tabakk maħsud fis-sena 1981. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-10 ta' Settembru 1981. Għall-Kummissjoni Poul DALSAGER Membru tal-Kummissjoni ANNESS I Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 1727/70 huwa emendat kif ġej: I. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 1 huma mibdula b'dan li ġej: " 1. Il-Badischer Geudertheimer". II. In-numru 10 huwa mibdul b'dan li ġej: "10. (a) Il-Kentucky u l-ibdridi tagħha, (b) Il-Moro di Cori, (c) Salento Kategorija A: Bil-werqa ta' qies abbundanti, misjura sewwa, ta' nisġa soda u elastika, preservata tajjeb u f'kondizzjoni tajba, tagħti fil-kannella, mingħajr ħsara, u ta' kombustibbiltà tajba. Kategorija B: Bil-werqa misjura sewwa, ta' nisġa soda, mhux preservata u mingħajr difetti tagħti fil-kannella, b'xi ħsara, ta' kombustibbiltà tajba[13]. Kategorija Ċ: Bil-werqa misjura biżżejjed, ta' nisġa possibbli ħafifa jew ħarxa, b'xi difetti rigward il-kondizzjoni, mhux kannellija kullimkien fil-kulur, b'xi ħsara, possibbilment prominenti. " III. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 11 huma mibdula b'dan li ġej: "11. (a) Il-Forchheimer Havanna II c); (b) in-Nostrano Del Brenta; (ċ) ir-Resistente 142; (d) il-Gojano ". IV. Jiġi miżjud id-dħul li ġej: 17. Il-Basma Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 15-il ċm tul, fil-kulur isfar-dehbi, minn lewn il-larinġa sa aħmar safrani, b'elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, struttura poruża u nisġa fina, b'riħa qawwija u tfugħ, ta' kombustibbiltà tajba. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura, li turi xi ħsarat ħfief u/jew difetti tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha fuq il-pjanta, sa 20ċm tul, ta' kulur isfar ċar, isfar ħadrani, kannella ċar jew ħamrani, bi struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina, elastiċità medja, tleqq u mimlija moderatament, ta' kombustibbiltà' tajba ħafna, b'riħa ħelwa tfugħ. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa fqira, qisha karta jew mhux misjura, li turi difetti qawwija tal-preservazzjoni, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, li turi difetti qawwija fl-integrità, bil-ħsara mill-mard jew l-insetti, b'riħa ħelwa mhux ħarxa, iżda għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha fuq il-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 15-il ċm tul, kulur isfar dehbi, minn lewn il-larinġa sa aħmar safrani, b'elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, struttura poruża u nisġa fina, b'riħa qawwija tipika, kombustibbiltà tajba. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 45% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura li turi xi ħsarat u/jew difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 20ċm tul, kulur isfar ċar, isfar ħadrani, kannella ċar jew ħamrani, bi struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina, elastiċità medja, tleqq u mimlija moderatament, b'riħa qawwija tipika, kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 55% tal-Kwalità I/III[14] 18. Il-Katerini u varjetajiet simili Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha fuq il-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 20ċm tul, kulur isfar ċar (BashiBagli), minn lewn il-larinġa għal ħamrani (il-Katerini), ta' struttura poruża, elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura b'xi ħsarat ħfief u/jew difetti tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal- pjanta, sa 25ċm tul, kulur isfar, minn lewn il-larinġa, isfar ħadrani, ħamrani jew jagħti fil-kannella ċar, bi struttura poruża, elastiċità medja u tleqq, mimlija moderatament, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa fqira, qisha karta jew mhux misjura, b'difetti qawwija tal-preservazzjoni, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, li turi difetti qawwija fl- integrità u ġrieħi mill-mard, imma għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana") , sa 20ċm tul, kulur isfar ċar jew minn lewn il-larinġa għall-ħamrani, ta'struttura poruża, elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa bħal ta'hawn fuq tikkostitwixxi 45% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura b'xi ħsarat ħfief u/jew difetti tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal- pjanta, sa 25ċm tul, kulur isfar, minn lewn il-larinġa, isfar ħadrani, kannella ċar jew ħamrani, bi struttura poruża, mimlija moderatament, elastiċità medja u tleqq, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 55% tal-Kwalità I/III[15] 19. Il-KabaKoulak Klassiku Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 25ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u sa 20ċm tul għall-Karatzova u l-Kontoula, ta' kulur isfar moderat sa isfar skur, elastiċità tajba, tleqq, ta' struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura, b'xi ħsarat ħfief u/jew difetti tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 30ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u 25ċm tul għall-Karatzova u u l-Kontoula, kulur isfar, isfar ħadrani, ħamrani, ta' struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastiċità medja u tleqq moderatament, kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa misjura u bla ħsara biżżejjed, b' b'difetti qawwija tal-preservazzjoni u ġrieħi ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, iżda għandha ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 25ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u sa 20ċm tul għall-Karatzova u l-Kontoula, ta' kulur isfar moderat sa isfar skur, elastiċità tajba, tleqq, ta' struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 47% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura, b'xi ħsara ħafifa u/jew difetti tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 30ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u 25ċm tul għall-Karatzova u l-Kontoula, kulur isfar, isfar ħadrani, ħamrani, ta' struttura poruża biżżejjed u nisġa fina biżżejjed, elastiċità medja u tleqq moderatament, kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 53% tal-Kwalità I/III[16] 20. (a) Il-KabaKoulak Mhux Klassiku (b) L-Elassona, il-Myrodata Smyrne, it-Trapezous u l-Phi 1 Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 30ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u t-Trapezous, 20ċm tul għall-Elassona u l-Phi 1 u 15-il ċm tul għall-MyrodataSmyrne, ta' kulur minn isfar ċar għall-ħamrani, elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża biżżejjed, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b' b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill- posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 35ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u t-Trapezous, 25ċm tul għall- Elassona u l-Phi 1 u 20ċm tul għall-MyrodataSmyrne, ta' kulur isfar, isfar ħadrani jew kannella ċar, ta' struttura poruża mhux ħażin, nisġa fina mhux ħażin, elastika u tleqq tajjeb ħafna, kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa misjura u bla ħsara biżżejjed, b'difetti qawwija tal-preservazzjoni u ġrieħi serji, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, iżda għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 30ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u t-Trapezous, 20ċm tul għall-Elassona u l-Phi 1 u 15-il ċm tul għall-MyrodataSmyrne, ta' kulur minn isfar ċar għal ħamrani , elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża biżżejjed, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 47% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill- posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 35ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u t-Trapezous, 25ċm tul għall-Elassona u l-Phi 1 u 20ċm tul għall-MyrodataSmyrne, ta' kulur isfar, isfar ħadrani jew kannella ċar, ta' struttura poruża biżżejjed, nisġa fina biżżejjed, elastika u tleqq biżżejjed, kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 53% tal-Kwalità I/III[17] 21. Il-Myrodata Agrinion Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, mingħajr difetti tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel ("Protomana"), sa 25ċm tul, kulur isfar għal minn lewn il-larinġa skur, ta' elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 30ċm tul, ta' kulur isfar ċar, isfar ħadrani jew ħamrani ċar, struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastika u tleqq mhux ħażin, kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa misjura biżżejjed u bla ħsara, b'difetti qawwija tal-preservazzjoni u ġrieħi tal-mard, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, imma għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, mingħajr difetti tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel ("Protomana), sa 25ċm tul, kulur isfar għal minn lewn il-larinġa skur, ta' elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 47% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, minn kull posizzjoni tal-pjanta, sa 30ċm tul, ta' kulur isfar, isfar ħadrani jew ta' kulur ħamrani ċar, struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin, tleqq, kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 53% tal-Kwalità I/III[18] 22. Iz-Zichnomyrodata Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, mingħajr difetti tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 20ċm tul, ta' kulur minn isfar ċar sa minn lewn il-larinġa ċar, elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża, nisġa fina, kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill- posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 25ċm tul, kulur isfar, isfar ħadrani jew ħamrani ċar, struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq; kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa misjura u biżżejjed bla ħsara, b'difetti qawwija tal-preservazzjoni u ġrieħi tal-mard, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, imma għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, mingħajr difetti tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 20ċm tul, ta' kulur minn isfar ċar sa minn lewn il-larinġa ċar, elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża, nisġa fina; kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 47% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill- posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 25ċm tul, kulur isfar, isfar ħadrani jew ħamrani ċar, struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq; kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 53% tal-Kwalità I/III[19] 23. Iz-Tsebelia Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda mingħajr difetti tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel ("Protomana"), sa 35ċm tul, kulur isfar ħamrani, minn lewn il-larinġa għal ħamrani, ta' struttura poruża, elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 40ċm tul, kulur isfar ċar, isfar ħadrani, ħamrani jew kannella ċar, struttura poruża mhux ħażin, elastika u tleqq mhux ħażin, mimlija mhux ħażin, nisġa fina mhux ħażin, kombustibbiltà tajba ħafna. Tinkludi weraq bi tbajja' ħfief tal-mard u/jew ħsara minuri. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa fqira, qisha karta jew mhux misjura, b'difetti qawwija tal-preservazzjoni, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, turi difetti qawwija fl-integrità, b'difetti u ġrieħi mill-mard, imma għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, mingħajr difetti tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (" Protomana"), sa 35ċm tul, kulur isfar ħamrani, minn lewn il-larinġa għal ħmarani, ta' struttura poruża, elastiċità tajba u tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 45% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti minuri tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 40ċm tul, kulur isfar ċar, isfar ħadrani, ħamrani jew kannella ċar, struttura poruża mhux ħażin, elastika u tleqq mhux ħażin, mimlija mhux ħażin, nisġa fina mhux ħażin, kombustibbiltà tajba ħafna; tinkludi l-weraq bi tbajja' ħfief tal-mard u/jew ħsara minuri. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 55% tal-Kwalità I/III[20] 24. Il-Mavra Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, mingħajr difetti tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (" Protomana"), sa 30ċm tul, kulur isfar ħamrani jew minn lewn il-larinġa għal ħamrani, bi struttura poruża, nisġa fina, elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, kombustibbiltà tajba. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, li turi difetti ħfief tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 40ċm tul, kulur safrani, isfar ħadrani, (kulur il-lumi), ħamrani jew kannella ċar, struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq, mimlija mhux ħażin, ta' kombustibbiltà tajba. Tinkludi wkoll il-weraq bi tbajja' ħfief tal-mard u/jew ħsara minuri. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa fqira, qisha karta jew mhux misjura, b'difetti qawwija tal-preservazzjoni, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, li turi difetti qawwija fl-integrità, b'difetti u ġrieħi mill-mard, imma għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, mingħajr difetti tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (" Protomana"), sa 30ċm tul, kulur isfar ħamrani jew minn lewn il-larinġa għal ħamrani, bi struttura poruża, nisġa fina, elastiċità tajba u tleqq, mimlija sew, kombustibbiltà tajba. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 45% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, turi difetti ħfief tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 40ċm tul, kulur safrani, isfar ħadrani, (kulur il-lumi), ħamrani jew kannella ċar, struttura poruża mhux ħażin, u nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq, mimlija mhux ħażin, ta' kombustibbiltà tajba; tinkludi wkoll il-weraq bi tbajja' ħfief tal-mard u/jew ħsarat ħfief. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 55% tal-Kwalità I/III (1). 25. Il-BurleyGR Tal-Kwalità A: Bil-werqa misjura sew, żviluppata tajjeb, bla ħsara, soda, mingħajr difetti tal-preservazzjoni, mill-posizzjoni taz-zokk tan-nofs, ta' kulur uniformi medju kannella qastni għall-aħmar qastni , struttura poruża, nisġa fina, kombustibbiltà eċċellenti[21] Tal-Kwalità B: Bil-werqa misjura u żviluppata biżżejjed, li turi xi difetti ħfief tal-preservazzjoni, bla ħsara biżżejjed, bi ġrieħi ħfief, l-aktar fil-posizzjoni tan-naħa ta' isfel taz-zokk, ta' lwien li jvarjaw ta' kulur ta' kannella qastni, bi struttura moderatament poruża, nisġa moderatament fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità Ċ: Bil-werqa misjura iżda mhux żviluppata għal kollox (ħarxa), miksura parzjalment, bi ġrieħi serji tal-mard, mingħajr każ tad-daqs tal-primitura u tal-kulur, b'difetti qawwija tal-preservazzjoni (mhux misjura, maħruqa), iżda għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. 26. Il-Virginia GR Tal-Kwalità A: Bil-werqa misjura sewwa, żviluppata sewwa, soda, bla ħsara, mingħajr difetti tal-preservazzjoni, ta' kulur uniformi isfar lumija għal minn lewn il-larinġa medju, mimlija sewwa, nisġa fina u kombustibbiltà tajba, l-aktar mill-posizzjoni tan-nofs taz- zokk[22] Tal-Kwalità B: Bil-werqa misjura u żviluppata, bla ħsara biżżejjed, bi ħsara ħafifa tal-mard, li turi xi difetti minuri tal-preservazzjoni, kulur isfar lumija xi ftit varjegat, minn lewn il-larinġa jew aħmar ċar jagħti xi ftit fl-aħdar ċar, u kombustibbiltà tajba, ġejja l-aktar mill-posizzjoni ta' isfel taz-zokk. Il-Kwalità Ċ: Bil-werqa misjura iżda mhux żviluppata għal kollox, bla ħsara biżżejjed, bi ġrieħi serji, mingħajr każ tad-daqs u tal-primitura, b'difetti qawwija tal-preservazzjoni, ta' kulur varjegat (minn isfar sa kannella qastni jew aħdar ċar), iżda li għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. ANNESS II Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 1727/70 huwa emendat kif ġej: I. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 1 jiġu mibdula b'dan li ġej: " 1. Il-Badischer Geudertheimer". II. In-numru 10.I jiġi mibdul b'dan li ġej: " 10. (a) Il-Kentucky u l-ibdridi tagħha, (b) il-Morodi Cori, (ċ) is-Salento. I. It-Tabakk mill-ħsad tas-sena 1980 u l-ħsad sussegwenti: Tal-Kategorija A: Bil-werqa ta' daqs abbundanti, misjura sewwa, ta' nisġa soda u elastika, preservata tajjeb u f'kondizzjoni tajba, tagħti fil-kannella, mingħajr ħsara, ta' kombustibbiltà tajba. Tal-Kategorija B: Bil-werqa misjura sewwa, ta' nisġa soda, mingħajr difetti tal-preservazzjoni u fil-kondizzjoni, tagħti fil-kannella, b'xi ħsara, b'kombustibbiltà tajba[23]. Tal-Kategorija Ċ: Bil-werqa misjura biżżejjed, ta' nisġa possibilment ħafifa jew ħarxa, b'xi difetti rigward il-kondizzjoni, tagħti fil-kannella, mhux uniformi fil-kulur, b'xi ħsara, possibilment prominenti. " III. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 11 jiġu mibdula b'dan li ġej: " 11. (a) Il-Forccheimer Havanna II Ċ); (b) In-Nostrano del Brenta; (ċ) Ir-Resistente 142; (d) Il-Gojano ". IV. Jiġi miżjud id-dħul li ġej: 17. Il-Basma Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana") , sa 15-il ċm tul, kulur isfar dehbi, minn lewn il-larinġa għal isfar ħamrani, b'elastiċità tajba, tleqq, mimlija, struttura poruża u nisġa fina, b' riħa qawwija u tfuħ, kombustibbiltà tajba. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'xi difetti ħfief tal-preservazzjoni u tbajja' ħfief tal-mard, sa 20 ċm tul, kulur isfar ċar, ħamrani jew kannella ċar, bi struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina, elastiċità medja, tleqq u mimlija moderatament, b' riħa tfuħ, kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa fqira, qisha karta jew mhux misjura, turi difetti qawwija tat-tqandil, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, turi difetti qawwija fl-integrità, b'riħa ħelwa, bil-ħsara mill-mard jew mill-insetti, iżda għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana") , sa 15-il ċm tul, kulur isfar dehbi, minn lewn il-larinġa għal isfar ħamrani, b'elastiċità tajba u tleqq, mimlija mhux ħażin, struttura poruża u nisġa fina, b' riħa tfuħ qawwija u tipika, kombustibbiltà tajba. Il-werqa kif deskritta hawn fuq (I/II) tikkostitwixxi 45% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'xi difetti ħfief tal-preservazzjoni u tbajja' ħfief tal-mard, sa 20 ċm tul, kulur isfar ċar, ħamrani jew kannella ċar, bi struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina, elastiċità medja, tleqq u mimlija moderatament, b' riħa tfuħ qawwija u tipika, u kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa kif deskritta hawn fuq (III) tikkostitwixxi 55% tal-Kwalità I/III[24] 18. Il-Katerini u varjetajiet simili Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 20ċm tul, kulur isfar ċar jew minn lewn il-larinġa għal ħamrani, ta' struttura poruża, elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura b'xi ħsarat ħfief u difetti tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal- pjanta, sa 25ċm tul, kulur isfar, minn lewn il-larinġa, isfar ħadrani, ħamrani jew kannella ċar, bi struttura poruża, elastiċità medja u tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa fqira, qisha karta jew mhux misjura, b'difetti qawwija tat-tqandil, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, turi difetti qawwija ta' integrità u ġrieħi mill-mard, imma għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana), sa 20ċm tul, kulur isfar ċar jew minn lewn il-larinġa għal ħamrani, ta' struttura poruża, elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa kif deskritta hawn fuq (I/II) tikkostitwixxi 45% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura b'xi ħsarat ħfief u difetti tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal- pjanta, sa 25ċm tul, kulur isfar, minn lewn il-larinġa, isfar ħadrani, ħamrani jew kannella ċar, bi struttura poruża, elastiċità medja u tleqq, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 55% tal-Kwalità I/III[25] 19. Il-KabaKoulak Klassiku Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 25ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u sa 20ċm tul għall- Karatzova u l-Kontoula, ta' kulur isfar moderat għal skur, elastiċità tajba, tleqq, ta' struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura b'xi ħsarat u/jew difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 30ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u 25ċm għall-Karatzova u l-Kontoula, ta' kulur isfar għal ħamrani, ta' struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastiċità medja, tleqq, kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa matura u suffiċjentement minghajr ħsara, b'difetti qawwija tat-tqandil, bi ġrieħi serji, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, tal-kulur isfar ħadrani ċar, aħdar jew kannella, iżda għandha l-ħtiġjiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 25ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u sa 20ċm tul għall-Karatzova u l-Kontoula, ta' kulur isfar moderat sa skur, elastiċità tajba, tleqq, ta' struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 47% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura b'xi ħsara ħafifa u/jew difetti tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 30ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u 25ċm għall-Karatzova u l-Kontoula, ta' kulur isfar għal ħamrani, ta' struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastiċità medja, tleqq, kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 53% tal-Kwalità I/III[26] 20. (a) Il-KabaKoulak Mhux Klassiku (b) l-Elassona, il-Myrodata Smyrne, it-Trapezous u l-Phi 1 Tal-Kwalità I/II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 30ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u t-Trapezous, 20ċm tul għall-Elassona u l-Phi 1, u 15-il ċm tul għall-Myrodata Smyrne, ta' kulur isfar ċar għal ħamrani, elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill- posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 35ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u t-Trapezous, 25ċm tul għall-Elassona u l-Phi 1, u 20ċm tul għall-MyrodataSmyrne, ta' kulur isfar għal kannella ċar, struttura poruża mhux ħażin, nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq, kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità IV: Il-weraq matur u bla ħsara biġġejjed, b'difetti qawwija tat-tqandil u ġrieħi serji, li ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil- kulur, iżda għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 30ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u t-Trapezous, 20ċm tul għall-Elassona u l-Phi 1, u 15-il ċm tul għall-MyrodataSmyrne, ta' kulur isfar ċar għal ħamrani, elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq (I/II) tikkostitwixxi 47% tal-Kwalità I/ III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 35ċm tul għall-KabaKoulak tal-Maċedonja u t-Trapezous, 25ċm tul għall-Elassona u l-Phi 1, u 20ċm tul għall-MyrodataSmyrne, ta' kulur isfar għal kannella ċar, struttura poruża mhux ħażin, nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq, kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa kif deskritta hawn fuq (III) tikkostitwixxi 53% tal- Kwalità I/ III[27] 21. Il-Myrodata Agrinion Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 25ċm tul, ta' kulur isfar għal minn lewn il-larinġa skur, ta' elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 30ċm tul, ta' kulur isfar għal aħmar ċar, struttura poruża mhux ħażin, u nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq, u kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità IV: Bil-weraq matur biżżejjed u bla ħsara, b'difetti qawwija tat-tqandil, grieħi serji tal-mard, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhumiex uniformi fil-kulur, iżda li għandhom il-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb mill-posizzjonijiet kollha fuq il-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 25ċm tul, ta' kulur isfar għal minn lewn il-larinġa skur, ta' elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq (I/II) tikkostitwixxi 47% tal-Kwalità I/ III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b' b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 30ċm tul, ta' kulur isfar għal ħamrani ċar, struttura poruża mhux ħażin, u nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq, u kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq (III) tikkostitwixxi 53% tal-Kwalità I/ III[28] 22. Is-Zichnomyrodata Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 20ċm tul, minn kulur isfar ċar sa minn lewn il-larinġa ċar, elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief tal-mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 25ċm tul, ta' kulur isfar għal ħamrani ċar, struttura poruża mhux ħażin, u nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq, u kombustibbiltà eċċellenti. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa fqira, qisha karta jew mhux misjura, b'difetti qawwija tat-tqandil, u ġrieħi tal-mard, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, iżda għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha fuq il-pjanta għajr għall-weraq ta' fuq nett, sa 20ċm tul, minn kulur ta' isfar ċar sa minn lewn il-larinġa ċar, elastiċità tajba, tleqq, struttura poruża, nisġa fina u kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 47% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, bi tbajja' ħfief ta' mard, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 25ċm tul, ta' kulur isfar għal ħamrani ċar, struttura poruża mhux ħażin, u nisġa fina mhux ħażin, elastika mhux ħażin u tleqq, u kombustibbiltà eċċellenti. Il-werqa kif deskritta hawn fuq (III) tikkostitwixxi 53% tal- Kwalità I/ III[29] 23. Iz-Tsebelja Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 35ċm tul, kulur isfar ħamrani, minn lewn il-larinġa għal ħamrani, ta' struttura poruża, elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b difetti ħfief tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 40ċm tul, kulur isfar ċar għal ħamrani jew kannella ċar, ta' struttura poruża mhux ħażin, fina mhux ħażin u, tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina mhux ħażin u kombustibbiltà tajba ħafna; tinkludi wkoll il-weraq bi tbajja' ħfief tal-mard u/jew ħsara minuri. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa fqira, qisha karta jew mhux misjura, b'difetti qawwija tat-tqandil, ġejjin mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, turi difetti qawwija fl-integrità, b'difetti u ġrieħi serji mill-mard, imma għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 30ċm tul, kulur isfar ħamrani, minn lewn il-larinġa għal ħamrani, ta' struttura poruża, elastika u tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Il-werqa kif deskritta hawn fuq (I/II) tikkostitwixxi 45% tal-Kwalità I/ III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 40ċm tul, kulur isfar ċar għal ħamrani jew kannella ċar, ta' struttura poruża mhux ħażin, fina mhux ħażin u, tleqq, mimlija mhux ħażin, nisġa fina mhux ħażin u kombustibbiltà tajba; tinkludi wkoll il-weraq bi tbajja' ħfief tal-mard u/jew ħsara minuri. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 55% tal-Kwalità I/III[30]. 24. Il-Mavra Tal-Kwalità I/ II: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 30ċm tul, kulur isfar ħamrani jew minn lewn il-larinġa sa ħamrani, bi struttura poruża, nisġa fina, elastiċità tajba, tleqq, mimlija mhux ħażin, u kombustibbiltà tajba Tal-Kwalità III: Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 40ċm tul, kulur minn safrani sa ħamrani jew kannella ċar, struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastika u tleqq mhux ħażin, mimlija mhux ħażin, ta' kombustibbiltà tajba; tinkludi wkoll il-weraq bi tbajja' ħfief tal-mard u/jew ħsara minuri. Tal-Kwalità IV: Bil-werqa fqira, qisha karta jew mhux misjura, b'difetti qawwija tat-tqandil mill-primituri kollha, mingħajr każ tad-daqs, mhux uniformi fil-kulur, turi difetti qawwija fl-integrità u ġrieħi mill-mard, imma għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. Tal-Kwalità I/ III: Bil-werqa misjura, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta għajr ta' l-ewwel (il-"Protomana"), sa 30ċm tul, kulur isfar ħamrani jew minn lewn il-larinġa sa ħamrani, bi struttura poruża, nisġa fina, elastika, tleqq, mimlija mhux ħażin, u kombustibbiltà tajba Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 45% tal-Kwalità I/III. Bil-werqa misjura u raġjonevolment bla ħsara, b'difetti ħfief tal-preservazzjoni, mill-posizzjonijiet kollha tal-pjanta, sa 40ċm tul, kulur minn safrani sa ħamrani jew kannella ċar, struttura poruża mhux ħażin u nisġa fina mhux ħażin, elastika u tleqq mhux ħażin, mimlija sew, ta' kombustibbiltà tajba; tinkludi wkoll il-weraq bi tbajja' ħfief tal-mard u/jew ħsara minuri. Il-werqa kif deskritta hawn fuq tikkostitwixxi 55% tal-Kwalità I/III[31]. 25. Il-BurleyGR Tal-Kwalità A: Bil-werqa misjura għal kollox, żviluppata għal kollox, bla ħsara, soda, preservata tajjeb, mill-posizzjoni taz-zokk tan-nofs, ta' kulur uniformi medju kannella qastni għall-aħmar qastni, struttura poruża, nisġa fina, u kombustibbiltà eċċellenti (1). Tal-Kwalità B: Bil-werqa misjura u żviluppata biżżejjed, li turi xi difetti ħfief tat-tqandil, bla ħsara biġġejjed, bi ġrieħi ħfief, ġejjin l-aktar mill-posizzjoni ta' isfel taz-zokk, bi lwien li jvarjaw ta' kulur ta' kannella qastni, bi struttura moderatament poruża, nisġa moderatament fina u kombustibbiltà tajba ħafna. Tal-Kwalità Ċ: Bil-werqa matura iżda mhux żviluppata għal kollox (ħarxa), miksura parzjalment, bi ġrieħi serji tal-mard, mingħajr każ tad-daqs, tal-primituri u tal-kulur b'difetti qawwija tat-tqandil, iżda għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. 26. Il-Virginia GR Tal-Kwalità A: Bil-werqa misjura għal kollox, żviluppata għal kollox, mill- posizzjoni tan-nofs taz-zokk, soda, bla ħsara, preservata tajjeb, ta' kulur uniformi isfar lumija għal minn lewn il-larinġa medju, nisġa fina u kombustibbiltà tajba[32]. Tal-Kwalità B: Bil-werqa misjura u żviluppata, ġejja l-aktar mill-posizzjoni ta' isfel taz-zokk, mingħajr hafna ħsara, bi ħsara ħafifa tal-mard, turi xi difetti ħfief tat-tqandil, kulur isfar varjegat ħafif, kulur il-lumi, minn lewn il-larinġa jew aħmar ċar b'daqqa ħafifa ħadranija ċara u kombustibbiltà tajba. Tal-Kwalità Ċ: Bil-werqa matura iżda mhux żviluppata għal kollox, mingħajr hafna ħsara, bi ġrieħi serji, mingħajr każ tad-daqs u tal-primituri, b' difetti qawwija tat-tqandil, ta' kulur varjegat (minn isfar sa kannella qastni jew aħdar ċar), iżda għandha l-ħtiġijiet minimi għall-intervent. ANNESS III Anness Nru IV mar-Regolament (KEE) Nru 1727/70 huwa emendat kif ġej: I. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 1 huma mibdula b'dan li ġej: " 1. lI-Badischer Geudertheimer". II. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 11 huma mibdula b'dan li ġej: 11. a) Il-Forschheimer Havanna II. ċ) 26% 16% b) In-Nostrano del Brenta ċ) Ir-Resistente 142 d) Il-Gojano". III. Jiġi miżjud id-dħul li ġej: In-Nru Tas-serje I-Varjetajiet L-Irtbuba Il-Werqa tat-tabakk It-Tabakk imballat 17 Il-Basma 17% 13% 18 Il-Katerini u varjetajiet simili 16% 13% 19 Il-Kaba Koulak Klassiku 17% 13% 20 a) Il-Kaba Koulak Mhux Klassiku b) Il-Elassona, il-Myrodata Smyrne, it-Trapezous u l-Phi 1 17% 13% 21 Il-Myrodata Agrinion 15% 14% 22 Iz-Zichnomyrodata 17% 13% 23 Iz-Tsebelia 14% 13% 24 Il-Mavra 14% 13% 25 Il-Burley GR 22% 13% 26 Il-Virginia GR 19% 13% ANNESS IV Anness Nru I mar-Regolament (KEE) Nru 1728/70 huwa emendat kif ġej: I. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 1 huma mibdula b'dan li ġej: " 1. Il-Badischer Geudertheimer". II. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 11 huma mibdula b'dan li ġej: " 11. (a) Il-Forchheimer Havanna II ċ) (b) In-NostranoDelBrenta (ċ) Ir-Resistente142 (d) Il-Gojano ". III. Jiġi miżjud id-dħul li ġej: In-Nru tas-Serje Il-Varjetajiet Il-Grad Il-Klassi I Il-Klassi II Il-Klassi III '17 Il-Basma I/ III I/II III IV 112 139 91 34 1001 124 81 30 18 Il-Katerini u varjetajiet simili I/ III I/II III IV 1001 124 81 30 19 Il-Kaba Koulak Klassiku I/ III I/II III IV 1001 112 89 30 20 (a) il-Kaba Koulak Mhux Klassiku (b) L-Elassona, il-Myrodata Smyrne, it-Trapezous u l-Phi I I/ III I/II III IV 1001 112 89 30 109 122 97 33 21 Il-Myrodata Agrinion I/ III 1001 22 Iz-Zichnomyrodata I/II III IV 112 89 30 23 Iz-Tsebelia I/ III I/II III IV 128 159 104 38 115 143 93 35 1001 124 81 30 24 Il-Mavra I/ III I/II III IV 1001 124 81 30 128 159 104 38 25 Il-Burley GR A B Ċ 104 68 50 1001 65 48 26 Il-Virginia GR A B Ċ 1001 65 50 (1) Kwalità tar-referenza ANNESS V Anness Nru II mar-Regolament (KEE) Nru 1728/70 huwa emendat kif ġej: I. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 1 huma mibdula b'dan li ġej: " 1. Il-Badischer Geudertheimer". II. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 11 huma mibdula b'dan li ġej: " 11. (a) Il-Forchheimer Havanna II ċ) (b) In-Nostrano Del Brenta (ċ) Ir-Resistente 142 (d) Il-Gojano' III. Jiġi miżjud id-dħul li ġej: In-Nru Tas-serje Il-Varjetajiet Il-Grad Il-Klassi I Il-Klassi II Il-Klassi III "17 Il-Basma I/ III I/II III IV 112 139 91 34 1001 124 81 30 18 Il-Katerini u varjetajiet simili I/ III I/II III IV 1001 124 81 30 19 Il-Kaba Koulak Klassiku I/ III I/II III IV 1001 112 89 30 20 (a) Il-Kaba Koulak Mhux Klassiku (b) L-Elassona, il-Myrodata Smyrne, it-Trapezous u l-Phi I I/ III I/II III IV 1001 112 89 30 109 122 97 33 21 Il-Myrodata Agrinion I/ III 1001 22 Iz-Zichnomyrodata I/II III IV 112 89 30 23 Iz-Tsebelia I/ III I/II III IV 128 159 104 38 115 143 93 35 1001 124 81 30 24 Il-Mavra I/ III I/II III IV 1001 124 81 30 128 159 104 38 25 Il-Burley GR A B Ċ 104 68 50 1001 65 48 26 Il-Virginia GR A B Ċ 1001 65 50 1 Kwalità tar-referenza" ANNESS VI L-AMMONT RIFERIT F'ARTIKOLU 1(6) TAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 327/71 In-Nruru Tas-serje Il-Varjetajiet L-Ammont f'ECU/kg ta' weraq tat-tabakk 1 Il-Badischer Geudertheimer 0.684 2 Il-Badischer Burley E 0.682 3 Virgin D 0.641 4 (a) Il-Paraguay u l-ibdridi tagħha (b) Id-Dragon vert u l-ibdridi tagħha Il-Philippin Il-Petit Grammont (Flobecq) Is-Semois L-Appelterre 0.510 5 In-Nijkerk 0.410 6 (a) Il-Misionero u l-ibdridi tagħha (b) Ir-Rio Grande u l-ibdridi tagħha 0.511 7 Il-Bright 0.692 8 Il-Burley I 0.644 9 Il-Maryland 0.644 10 (a) Il-Kentucky u l-ibdridi tagħha (b) Il-Moro di Cori (ċ) Is-Salento 0.627 11 (a) Il-Forchheimer Havanna II. c) (b) In-Nostrano del Brenta (ċ) Ir-Resistente 142 (d) Il-Gojano 0.684 12 (a) Il-Beneventano (b) Il-Brasile Selvaggio u varjetajiet simili 0.474 13 Il-Xanti-Yaka 1.088 14 (a) Il-Perustitza (b) Is-Samsun 0.741 15 L-Erzegovina u varjetajiet simili 0.677 16 a) Ir-Round Tip b) L-iScafati ċ) Is-Sumatra I 8.000 17 Il-Basma 0.986 18 Il-Katerini u varjetajiet simili 1.006 19 Il-Kaba Koulak Klassiku 0.908 20 (a) Kaba Koulak Mhux Klassiku (b) L-Elassona, il-Myrodata Smyrne, it-Trapezous u l-Phi I 0.908 21 Il-Myrodata Agrinion 0.908 22 Iz-Zichnomyrodata 0.908 23 Iz-Tsebelia 0.908 24 Il-Mavra 0.908 25 Il-Burley GR 0.501 26 Il-Virginia GR 0.692 ANNESS VII IL-MARĠINI TAT-TOLLERANZA FIL-PERĊENTWAL TAL-PIŻ NETT I. It-tabakk mixtri f'weraq mill-Agenzija ta' L-intervent Il-varjetajiet Matul is-sena tax-xiri Skur, ippriservat bl-arja (1, 4, 5, 6, 11, 12) 8% Ippriservat bin-nar (10) 8% Tabakk speċjali (16) 8% Ċar, ippriservat bl-arja (2, 8, 9, 25) 5% Ippriservat bil-katusi tad-duħħan (3, 7, 26) 5% Ippriservat bix-xemx (13, 14, 15, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24) 8% II. Tabakk Mixtri mballat mill-Agenzija ta' L-intervent Il-Varjetajiet Matul is-sena tax-xiri Matul is-snin ta' wara Skur, ippriservat bl-arja (1, 4, 5, 6, 11, 12) 1.5% 0.7% Ippriservat bin-nar (10) 1.5% 0.7% Tabakk speċjali (16) 1.5% 0.7% Ħafif, Ippriservat bl-arja (2, 8, 9, 25) 1.0% 0.6% Ippriservat bil-katusi tad-duħħan (3, 7, 26) 1.0% 0.8% Ippriservat bix-xemx (13, 14, 15) (17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24) 1.0% 2.0% 0.6% 1.0% ANNESS VIII L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 410/76 huwa emendat kif ġej: I. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-serje 1 huma mibdula b'dan li ġej: " 1. Il-Badischer Geudertheimer". II. Il-varjetajiet imdaħħla taħt in-numru tas-Serje 11 huma mibdula b'dan li ġej: "11. (a) Il-Forschheimer Havanna II. c) 26% (b) In-Nostrano del Brenta (ċ) Ir-Resistente 142 (d) Il-Gojano". III. Jiġi miżjud id-dħul li ġej: In-Nru Tas-serje Il-Varjetajiet It-telf massimu fil-piż (f'% tal-piż nett ta' weraq tat-tabakk) (1) '17 Il-Basma 13.7 18 Il-Katerini u varjetajiet simili 17.6 19 Il-Kaba Koulak Klassiku 14.9 20 (a) Il-Kaba Koulak Mhux Klassiku (b) L-Elassona, il-Myrodata Smyrne, it-Trapezous u l-Phi I 14.9 21 Il-Myrodata Agrinion 13.4 22 Iz-Zichnomyrodata 14.9 23 Iz-Tsebelia 14.9 24 Il-Mavra 14.9 25 Il-Burley GR 24.4 26 Il-Virginia GR 14.0 (1) Dawn il-perċentwali jiġu miżjuda b'erba' punti fil-każ tat-tabakk li jkun midrus. Revised by: J. Zammit Mangion Proofread by Stephen Zammit [1] ĠU Nru L 94, tat-28. 4. 1970, P. 1 [2] ĠU Nru L 175, ta' l-4. 8. 1971, P. 8 [3] ĠU Nru L 37, tad-9. 2. 1974, P. 5 [4] ĠU Nru L 156, tal-15. 6. 1981, P. 1 [5] ĠU Nru L 191, tas-27. 5. 1970, P. 8 [6] ĠU Nru L 32, ta' l-4. 2. 1981, P. 9 [7] ĠU Nru L 269, tat-8. 12. 1971, P. 11 [8] ĠU Nru L 77, tat-22. 3. 1974, P. 30 [9] ĠU Nru L 228, tat-8. 9. 1979, P. 23 [10] ĠU Nru L 50, tas-26. 2. 1976, P. 11 [11] ĠU Nru L 191, tas-27. 8. 1970, P. 18 [12] ĠU Nru L 39, tas-17. 2. 1971, P. 3 [13] Il-Kwalità tar-referenza [14] Il-Kwalità tar-referenza [15] Il-Kwalità tar-referenza [16] Il-Kwalità tar-referenza [17] Il-Kwalità tar-referenza [18] Il-Kwalità tar-referenza [19] Il-Kwalità tar-referenza [20] Il-Kwalità tar-referenza [21] Il-Kwalità tar-referenza [22] Il-Kwalità tar-referenza [23] Il-Kwalità tar-referenza [24] Il-Kwalità tar-referenza [25] Il-Kwalità tar-referenza [26] Il-Kwalità tar-referenza [27] Il-Kwalità tar-referenza [28] Il-Kwalità tar-referenza [29] Il-Kwalità tar-referenza [30] Il-Kwalità tar-referenza [31] Il-Kwalità tar-referenza [32] Il-Kwalità tar-referenza