31981R2143



Official Journal L 210 , 30/07/1981 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0191
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0239
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0191
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 22 P. 0239


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2143/81

tas-27 ta’ Lulju 1981

li jemenda r-Regolament Nru 79/65/KEE li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ l-informazzjoni dwar il-kontabilità rigward l-introjti u l-ħidma kummerċjali ta’ l-azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi bir-Regolament Nru 79/65/KEE [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2910/73 [5], il-Kunsill stabbilixxa network għall-ġbir ta’ l-informazzjoni dwar il-kontabilità rigward l-introjti u x-xogħol kummerċjali ta’ l-azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea;

Billi l-firxa ta’ l-istħarriġ tan-network ta’ informazzjoni għandha tikkomprendi l-azjendi kollha agrikoli ta’ ċertu daqs ekonomiku, irrispettivament minn kull xogħol barrani li l-operatur jista’ jinvolvi ruħu fih;

Billi sabiex jinkisbu r-riżultati tal-kontabilità li jkunu omoġenizzati biżżejjed fil-livell Komunitarju, l-azjendi li jibagħtu prospett għandhom jiġu mqassma fost id-diviżjonijiet varji u fost il-kategoriji varji ta’ l-azjendi fuq il-bażi ta’ stratifikazzjoni fil-firxa ta’ l-istħarriġ ibbażata fuq it-tipoloġija Komunitarja ta’ l-azjendi agrikoli kif stabbilita bid-Deċiżjoni 78/463/KEE [6];

Billi l-azjendi kollha li jibagħtu prospett mistħarrġa fl-Istati Membri bil-għan li jirreġistraw l-introjti ta’ l-azjendi agrikoli sabiex jipprovdu l-linji gwida għall-politiki agrikoli għandhom jappartienu għan-network Komunitarju ta’ informazzjoni u jrid jiżdied kif xieraq in-numru ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett; billi dan in-nurmu irid ikun kapaċi li jiżviluppa f’ċerti limiti u b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ l-iżviluppi fil-firxa agrikola u l-ħtiġiet tat-tagħrif għall-politika komuni agrikola;

Billi l-azjendi li jibagħtu prospett iridu jingħażlu skond ir-regoli stabbiliti fil-kuntest ta’l-pjan tal-għażla mmirat li jikseb kampjun rappreżentattiv tal-kontabilità fil-firxa ta’ l-istħarriġ;

Billi, bil-ħsieb ta’ l-esperjenza miksuba, huwa mixtieq illi d-deċiżjonijiet ewlenija li jirrigwardaw l-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, b’mod partikolari l-istabbiliment tal-pjan tal-għażla, għandhom jiġu adottati fil-livell nazzjonali; billi, bħala konsegwenza ta’ dan, huwa f’dan il-livell illi korp għandu jinghata r-responsabbiltà għal dan ix-xogħol; billi dawk l-Istati Membri li għandhom numru ta’ diviżjonijiet għandhom, madankollu, jkunu ħielsa li jżommu l-kumitati reġjonali tagħhom;

Billi l-aġenzija nazzjonali tal-kuntatt trid tieħu sehem qawwi fl-immaniġġjar tan-network ta’ informazzjoni; billi, għal dan il-għan, għandha tiġi fdata bi dmirijiet ġodda;

Billi l-esperjenza turi illi ma għadux aktar mixtieq illi ssir dispożizzjoni li jiġu inklużi termini supplimentari fil-kuntratt li jrid jiġi konkluż bejn l-Istat Membru u l-uffiċċji tal-kontabilità;

Billi d-diviżjonijiet tan-network ta’ informazzjoni jrid, safejn u kemm huwa possibbli, ikun identiku għal dawk użati għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra reġjonali li tkun essenzjali sabiex jiġu pprovduti l-linji gwida għall-politika komuni agrikola; billi, f’dan ir-rigward, l-Anness tar-Regolament Nru 79/65/KEE għandu jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 79/65KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2(b) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(b) "Kategorija ta’ l-azjenda". tfisser grupp ta’ azjendi agrikoli li jappartienu għall-istess kategorija f’dak li għandu x’jaqsam mat-tip tal-biedja u d-daqs ekonomiku kif iddefiniti fit-tipoloġija Komunitarja għall-azjendi agrikoli stabbiliti bid-Deċiżjoni 78/463/KEE (1)".

Din in-nota għandha tiżdied fil-qiegħ tal-paġna:

"(1) ĠU L 148, tal-5.6.1978, p. 1."

2. L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 4

1. Il-firxa ta’ l-istħarriġ riferit fl-Artikolu 1(2)(a) għandu jkopri l-azjendi agrikoli ta’ daqs ekonomiku ugwali għal għatba jew akbar kif espressi fl-unitajiet Ewropej tad-daqs (ESU) kif iddefinit bid-Deċiżjoni 78/463/KEE.

2. Għalbiex tikkwalifika bħala azjenda li tibgħat prospett, azjenda agrikola għandha:

(a) tkun ta’ daqs ekonomiku ugwali għal jew akbar minn għatba li trid tiġi stabbilita skond il-paragrafu 1;

(b) tinħadem minn persuna li tkun disposta u kapaċi li żżomm il-kontijiet ta’ l-azjenda agrikola u disposta wkoll li tippermetti li tingħata lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kontabilità ta’ l-azjenda tagħha;

(ċ) tkun rappreżentattiva, flimkien ma’ azjendi oħra u fil-livell ta’ kull diviżjoni, tal-firxa ta’ l-istħarriġ.

3. In-numru massimu ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett għandu jkun ta’ 45000.

4. Għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19, regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari l-għatba tad-daqs ekonomiku ta’ l-azjendi u tan-numru ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett f’kull diviżjoni."

3. L-Artikolu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 5

1. Kull Stat Membru għandu, qabel l-1 ta’ Frar 1982, jistabbilixxi kumitat nazzjonali għan-network ta’ informazzjoni, minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-"Kumitat Nazzjonali".

2. Il-Kumitat Nazzjonali għandu jkun responsabbli mill-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett. Għal dan l-għan, id-dmirijiet tiegħu għandhom, b’mod partikolari, jinkludu l-approvazzjoni ta’:

(a) il-pjan tal-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, fejn jispeċifikaw b’mod partikolari t-tqassim ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett għal kull kategorija ta’ azjenda, u r-regoli dettaljati għall-għażla ta’ l-azjendi msemmija;

(b) ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’l-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

3. Il-President tal-Kumitat Nazzjonali għandu jiġi maħtur mill-Istat Membru minn fost il-membri ta’ dan il-Kumitat.

Il-Kumitat Nazzjonali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod unanimu; fil-każ li ma tinkisibx l-unanimità, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn awtorità maħtura mill-Istat Membru.

4. L-Istati Membri li jkollhom numru ta’ deċiżjonijiet jistgħu, għal kull diviżjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, jistabbilixxu kumitat reġjonali għan-network ta’ informazzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-’"Kumitat Reġjonali"’.

Il-Kumitat Reġjonali għandu b’mod partikolari jkollu d-dmir li jikoopera ma’ l-aġenzija tal-kuntatt riferita fl-Artikolu 6 għall-għazla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

5. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19."

4. L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 6

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar aġenzija tal-kuntatt li d-dmirijiet tagħha għandhom ikunu:

(a) li tgħarraf lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali u lill-uffiċiiji tal-kontabilità bir-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jirrigwardawhom u li tassigura illi dawn ir-regoli jkunu implimentati kif xieraq;

(b) li tfassal u tissottometti lill-Kumitat Nazzjonali għall-approvazzjoni tiegħu, u wara dan tibgħat lill-Kummissjoni:

- il-pjan tal-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, liema pjan għandu jitfassal fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni statistika l-iktar riċenti, ippreżentata skond it-tipoloġija Komunitarja ta’ l-azjendi agrikoli,

- ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

(ċ) li tibni:

- il-lista ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett,

- il-lista ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità li jkunu disposti u kapaċi li jimlew id-dikjarazzjonijiet ta’ prospett ta’ l-azjendi agrikoli skond it-termini tal-kuntratti pprovduti fl-Artikoli 9 u 14;

(d) li tgħaqqad flimkien id-dikjarazzjonijiet ta’ prospett mill-azjendi agrikoli permezz ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità u li tivverifika fuq il-bażi ta’ programm komuni ta’ spezzjoni li dawn ikunu ġew mimlija kif dovut;

(e) li tibgħat id-dikjarazzjonijiet mimlija kif dovut lill-Kummissjoni minnufih wara li tkun saret il-verifika;

(f) li tittrasmetti lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali u lill-uffiċċji tal-kontabilità t-talbiet għat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 16 u twassal it-tweġibiet relevanti lill-Kummissjoni.

2. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19."

5. It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(2) huwa hawnhekk imħassar.

6. L-Artikolu 16(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Il-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali, l-aġenzija tal-kuntatt u l-uffiċċji tal-kontabilità għandhom ikunu marbuta, fil-qofol ta’ l-oqsma tar-reponsabbiltajiet rispettivi tagħhom, li jfornu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li din ta’ l-aħħar tista’ titlob mingħandhom rigward l-operat tad-doveri tagħhom skond dan ir-Regolament.

Dawn it-talbiet għal informazzjoni għandhom isiru lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali jew lill-uffiċċji tal-kontabilità u t-tweġibiet relevanti għandhom jitwasslu bil-kitba permezz ta’ l-aġenzija tal-kuntatt."

7. L-Artikolu 20 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 20

1. Il-Kumitat Komunitarju għandu jiġi kkonsultat:

(a) bl-għan li jivverifika illi l-pjanijiet għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4;

(b) bl-għan li jiġu analizzati u evalwati r-riżultati ppeżati ta’ kull sena forniti min-network ta’ informazzjoni, wara li titqies b’mod partikolari l-informazzjoni dderivata minn sorsi oħra fost ħwejjeġ oħra mill-kontijiet ta’ l-azjendi agrikoli u l-istatistika ġenerali u mill-kontijiet nazzjonali.

2. Il-Kumitat Komunitarju jista’ jeżamina kull materja oħra li titqajjem mill-President, kemm fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu u kemm fuq it-talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

Għandu jeżamina kull sena, f’Ottubru, ix-xejra ta’ l-introjti ta’ l-azjendi agrikoli Komunitarji, b’referenza b’mod partikolari għar-riżultati aġġornati tan-nework ta’ informazzjoni.

Għandu jinżamm regolarment imgħarraf dwar ix-xogħol tan-network ta’ informazzjoni."

8. L-Artikolu 22(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. L-ispejjeż rigward l-istabbiliment u l-ħidma tal-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali u l-aġenziji tal-kuntatt ma għandhomx jiġu inklużi fl-estimi finanzjarji Komunitarji."

9. Fl-Artikolu 23, id-data "1 ta’ Jannar 1980" għandha tiġi mibdula bid-data "1 ta’ Jannar 1990".

10. L-Anness għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"

L-ANNESS

Il-lista tad-diviżjonijiet riferiti fl-Artikolu 2(d)

Il-Ġermanja

1. Schleswig-Holstein

2. Hamburg

3. Niedersachsen

4. Bremen

5. Nordrhein-Westfalen

6. Hessen

7. Rheinland-Pfalz

8. Baden-Württemberg

9. Bayern

10. Saarland

11. Berlin

Franza

1. Île de France

2. Champagne-Ardenne

3. Picardie

4. Haute-Normandie

5. Centre

6. Basse-Normandie

7. Bourgogne

8. Nord-Pas de Calais

9. Lorraine

10. Alsace

11. Franche-Comté

12. Pays de la Loire

13. Bretagne

14. Poitou-Charentes

15. Aquitaine

16. Midi-Pyrénées

17. Limousin

18. Rhône-Alpes

19. Auvergne

20. Languedoc-Roussillon

21. Provence-Alpes-Côte d'Azur

22. Corse

L-Italja

1. Piemonte

2. Valle d'Aosta

3. Lombardia

4. Alto Adige

5. Trentino

6. Veneto

7. Friuli — Venezia Giulia

8. Liguria

9. Emilia — Romagna

10. Toscana

11. Umbria

12. Marche

13. Lazio

14. Abruzzi

15. Molise

16. Campania

17. Puglia

18. Basilicata

19. Calabria

20. Sicilia

21. Sardegna

Il-Belġju

Jikkostitwixxi diviżjoni waħda

Il-Lussemburgu

Jikkostitwixxi diviżjoni waħda

L-Olanda

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Id-Danimarka

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

L-Irlanda

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Ir-Renju Unit

1. L-Ingliterra — ir-reġjun tat-tramuntana

2. L-Ingliterra — ir-reġjun tal-lvant

3. L-Ingliterra — ir-reġjun tal-punent

4. Wales

5. L-Iskozja

6. L-Irlanda ta' Fuq

Il-Greċja

1. Μακεδονία–Θράκη

2. Ήπειρος– Πελοπόννησος–Νήσοι Ιονίου,

3. Θεσσαλία,

4. Στερεά Ελλάς– Νήσοι Ιονίου–Κρήτη.

"

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’Awissu 1981.

Għandu jibda japplika b’effett mis-sena tal-kontijiet 1982.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Walker

[1] ĠU C 341, tal-31.12.1980, p. 26.

[2] ĠU C 172, tat-13.7.1981, p. 47.

[3] ĠU C 159, tad-29.6.1981, p. 12.

[4] ĠU 109, tat- 23.6.1965, p. 1859/65.

[5] ĠU L 299, tat-23.10.1973, p. 1.

[6] ĠU L 148, tal-5.6.1978, p. 1.

--------------------------------------------------