31981R1208



Official Journal L 123 , 07/05/1981 P. 0003 - 0006
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0062
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0191
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0062
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 21 P. 0191


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81

tat-28 ta’ April 1981

li jiddetermina l-iskala komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini

Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bl-att ta’ l-adeżjoni ta’ l-1979,

Wara li kkusidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1358/80 tal-5 ta’ Ġunju 1980 li jiffissa l-prezz-gwida u l-prezz ta’ intervent għall-annimali bovini adulti għas-sena tas-suq 1980/81 u li jintroduċi skala gradata komunitarja għall-karkassi ta’ l-annimali adulti bovini [2], u b’ mod partikolari artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1358/80 ipprovda illi l-iskala gradata komunitarja għal karkassi ta’ l-annimali adulti bovini għandha tiġi applikata għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet u għall-intervent fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella;

Billi l-klassifika għandha ssir fuq il-bażi tal-konforma u l-grad ta’ kisi ta’ xaħam; billi l-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ kriterji tippermetti lill-karkassi ta’ annimali adulti bovini jinqasmu f’żewġ klassjiet; billi l-karkassi hekk klassifikati għandhom jiġu identifikati;

Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament fil-komunità, għandha ssir disposizzjoni għal kontrolli fuq il-post minn kumitat komunitarju ta’ spezzjoni;

Billi, meta tikkunsidra l-problemi prattiċi li huma involuti bl-implimentazzjoni ta’ l-iskala komunitaraja għall-klassifika fl-istati membri, huwa neċessarju li jiġi provdut għall-applikazzjoni gradwali tagħha,

Adotta dan ir-Regolament:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabilixxi l-klassifika komunitarja għall-karkassi ta’ annimali adulti bovini.

Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) karkassa: il-ġisem kollu ta’ annimal maqtul kif preżentat wara t-tneħħija tad-demm, ta’ l-interjuri u tal-ġilda, preżentat:

- mingħajr ir-ras u mingħajr is-saqajn; ir-ras għandha tiġi separata mill-karkassa fil-ġog allojdo-oċċipitali u s-saqajn għandhom jinqatgħu mill-ġogi karpa-metakarpali jew tars-metatarsali,

- mingħajr l-organi li jkun hemm fl-ispazji toraċiċi u addominali bi jew mingħajr il-kliewi, ix-xaħam tal-kliewi u x-xaħam pelviku,

- mingħajr l-organi sesswali u l-muskoli mwaħħla magħhom u, fin-nisa, mingħajr il-beżżula jew ix-xaħam mammarju;

(b) in-nofs-karkassa: il-prodott miksub bis-separazzjoni tal-karkassa msemmija f’ (a) simetrikament minn ġo nofs kull għadma ċervika, dorsali, lumbari u ta’ l-ossu sakru u minn nofs ta’ l-isternu u s-simfisi iskjopubiku.

2. Barra minn hekk, għall-iskop li jiġu stabbiliti prezzijiet tas-suq, il-karkassa għandha tiġi preżentata mingħajr it-tnħħija tax-xaħam ta’ barra:

- mingħajr il-kliewi, ix-xaħam tal-kliewi, jew ix-xaħam pelviku,

- mingħajr il-falda l-irqiqa jew il-falda l-ħoxna,

- mingħajr id-denb,

- mingħajr is-sinsla,

- mingħajr xaħam tas-sakku fuq it-tinja jew il-kwart ta’ wara tal-ġenb

- mingħjr xaħam fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-parti ta’ fuq,

- mingħajr il-vina ġugulari u x-xaħam ta’ magħha,

L-għonq ikun maqtugħ skond il-ħtiġiet veterinarji.

Madankollu, l-istati membri għandhom ikunu awtorizzati jaċċettaw presentazzjonijiet differenti meta ma tiġix użata din il-preżentazzjoni ta’ referenza.

F’ dawn il-każijiet, l-aġġustamenti meħtieġa sabiex isir progress minn dawn il-preżentazzjonijiet għall-preżentazzjoni ta’ referenza għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita f’artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68.

Artikolu 3

1. Il-karkassi ta’ l-annimali adulti bovini għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

- il-karkassi ta’ annimali irġiel żgħar mhux kastrati ta’ inqas minn sentejn,

- karkassi ta’ annimali rġiel oħra mhux kastrati,

- karkassi ta’ annimali rġiel kastrati,

- karkassi ta’ annimali nisa li welldu,

- il-karkassi ta’ annimali nisa oħra.

Il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiddifferenzjaw bejn kategoriji ta’ karkassi skond il-proċedura stabbilita f’artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68.

2. Il-karkassi ta’ annimali adulti bovini għandhom jiġu kklassifikati skond stima rispettivamennt ta’:

(a) konformazzjoni,

(b) kopertura ta’ xaħam,

Kif definit f’annessi i u ii rispettivament.

L-istati membri huma awtorizzati biex ma jeħdux in kunsiderazzjoni bħala kriterju addizzjonali l-iżvilupp musklolari għall-konforma tal-karkassi.

L-istati membri li jkollhom l-intenzjoni li jużaw din l-awtorizzazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-kummissjoni u lill-istati membri l-oħra.

3. L-istati membri għandhom ikunu awtorizzati sabiex jissuddividu kull waħda mill-klassijiet maħsuba f’annessi i u ii f’massimu ta’ tliet subklassijiet.

Artikolu 4

1. Il-karkassi jew nofs-karkassi għandom jiġu kklassifikati malajr kemm jista’ jkun wara l-qatla u din il-klassifika għandha titwettaq fil-biċċerija proprja.

2. Il-karkassi jew nofs karkassi klassifikati għandhom jiġu identifikati.

3. Qabel l-identifikazzjoni bl-immarkar, l-istati membri għandhom ikunu awtorizzati jneħħu x-xaħam ta’ barra mill-karkassa jew nofs karkassa jekk dan ikun ġustifikat mill-kopertura tax-xaħam.

Il-kondizzjoijiet li fihom għandha tiġi applikata t-tneħħija tax-xaħam ta’ barra għandom jiġu determinati skond il-proċedura stabbilita f’artikolu 27 tar-Regolamet (KEE) Nru 805/68.

Artikolu 5

Spezzjoni fuq il-post għandha titwettaq minn kumitat ta’ spetturi tal-komunità kompost minn esperti mill-kummissjoni u esperti maħtura mill-istati membri. Dan il-kumitat għandu jirrapporta lura lill-kummissjoni dwar il-kontrolli mwettqa.

Il-kummissjoni għandha, jekk approprjat, tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura illi l-klassifika titwettaq f’manjiera uniformi.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu f’isem il-komunità li għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw.

Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-artikolu għandhom jiġu adotti skond il-proċedura stabbilita f’artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68.

Artikolu 6

Għandhom jiġu adotti disposizzjonijiet addizzjonali li jispeċifikaw id-definizzjoni tal-klassijiet ta’ konforma u tal-kopertura tax-xaħam skond il-proċedura stabbilita f’artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 qabel it-30 ta’ ġunju 1981.

Il-kummissjoni għandha, qabel il-31 ta’ diċembru 1981, tisottometti lill-kunsill rapport dwar il-problemi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ l-iskala komunitarja fl-istati membri differenti, partikolarment fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ artikolu 3(2).

Il-kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-kummissjoni, għandu jiddeċiedi qabel il-31 ta’ marzu 1982, fid-dawl tar-rapport imsemmi, dwar id-data li fiha jidħlu fis-seħħ l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq u l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ intervent fuq il-bażi ta’ l-iskala komunitarja.

Sad-data ta’ l-appliazzjoni għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq, jiġu mfassla tabelli tal-prezzijiet fuq bażi ta’ parallela, l-ewwel nett skond id-disposizzjonijiet komunitarji u nazzjonali applikabbli kurrentement u, it-tieni, fuq il-bażi tal-metodi amministrattivi li għandhom jitfasslu progressivament skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-bidu tas-sena tas-suq 1981/82.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-istati membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ April 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

J. de Koning

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 140, tal-5.6.1980, p. 4.

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-KONFORMA

L-iżvilupp ta' profili tal-karkassi, b' mod partikolari il-partijiet essenzjali (tundjatura, dahar, spalla)

Il-klassi tal-konforma | Deskrizzjoni |

E Eċċellenti | Il-profili kollha konvessi sa superkonvessi; żvilupp eċċezzjionali tal-muskolu |

U Tajjeb ħafna | Profili fil--biċċa l-kbira konvessi; żvilupp tal-muskolu tajjeb ħafna |

R Tajjeb | Profili fil-biċċa l-kbira dritti; żvilupp tajjeb tal-muskolu |

O Mhux ħażin | Profili dritti għal konkavi; żvilupp medju tal-muskolu |

P Ħażin | Il-profili kollha konkavi għal konkavi ħafna; ftit żvilupp tal-muskolu |

--------------------------------------------------

ANNESS II

GRAD TA' KOPERTURA TAX-XAĦAM

L-ammont ta' xaħam fuq in-naħa ta' barra tal-karkassa u fil-ħofra toraċika

Klassi ta' kopertura tax-xaħam | Deskrizzjoni |

1 Baxxa | Kopertura tax-xaħam xejn sa baxxa |

2 Ftit | Kopertura ħafifa tax-xaħam, il-laħam viżibbli kważi kullimkien |

3 Medja | Laħam, bl-eċċezzjoni tat-tundjatura u l-ispalla, kważi kullimkien miksi bix-xaħam, xi ftit tad-depożiti fil-ħofra toraċika |

4 Għolja | Il-laħam miksi bix-xaħam, imma għadu jidher parzjalment fit-tundjatura u l-ispalla, xi depożiti distintivitax-xaħam fil-ħofra toraċika |

5 Għolja ħafna | Il-karkassa intiera miksija bix-xaħam; depożiti kbar tax-xaħam fil-ħofra toraċika |

--------------------------------------------------