31981L0933



Official Journal L 338 , 25/11/1981 P. 0024 - 0024
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0093
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0093
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0129


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta' Novembru 1981

li temenda d-Direttivi 69/169/KEE u 78/1035/KEE rigward eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli fuq vjaġġar internazzjonali u ta' l-importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' oġġetti ta' karattru mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi

(81/933/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-iffissar ta' l-ekwivalenti f'munita nazzjonali ta' l-eżenzjonijiet ta' taxxa kif hemm provdut fid-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE tat-28 ta' Mejju 1969 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet imqegħda bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva relatat ma' l-eżenzjoni mid-dħul ta' taxxa u dazju tas-sisa fuq importazzjoni fi vjaġġar internazzjonali [4], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 78/1033/KEE [5] u d-Direttiva tal-Kunsill 78/1035/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978 fuq l-eżenzjoni mit-taxxi ta' importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' karattru mhux kummerċjali minn pajjizi terzi [6] jirriżulta fi tnaqqis fit-termini ta' munita nazzjonali fl-eżenzjonijiet ta' taxxa applikabbli fi Stat Membru wieħed; billi, fiċ-ċirkostanzi preżenti, tali tnaqqis għandu jiġi evitat,

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 69/169/KEE għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, l-espressjoni "40 unita' Ewropea ta' rendikont" għandha tiġi mibdula b' "45 ECU",

(b) fil-paragrafu 2, l-espressjoni "20 unita' Ewropea ta' rendikont" għandha tiġi mibdula b' "23 ECU".

Artikolu 2

Fit-tielet indent ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 78/1035/KEE l-espressjoni "30 EUA" għandha tiġi mibdula b' "35 ECU".

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 1982.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jadottaw għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirrizata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-17 ta' Novembru 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Howe

[1] ĠU Ċ 350, tal-31.12.1980, p. 21.

[2] ĠU Ċ 144, tal-15.6.1981, p. 76.

[3] ĠU Ċ 159, tad-29.6.1981, p. 5.

[4] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, p. 6.

[5] ĠU L 366, tat-28.12.1978, p. 31.

[6] ĠU L 366, tat-28.12.1978, p. 34.

--------------------------------------------------