Official Journal L 319 , 07/11/1981 P. 0016 - 0016
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0075
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0075
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0160
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0160
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 1981 li tadatta, bħala riżultat ta' l-adeżjoni tal-Greċja, id-Direttiva 79/869/KEE li tirrigwarda l-metodi tal-kejl u l-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni u ta' l-analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għat-teħid ta' l-ilma għax-xorb fl-Istati Membri (81/855/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 100 u 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi, bħala riżultat ta' l-isħubija tal-Greċja fil-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/869/KEE tad-9 ta' Ottubru 1979 li tirrigwarda l-metodi tal-kejl u tal-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għat-teħid ta' l-ilma għax-xorb fl-Istati Membri [2] għandu jiġi adattat; Billi, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 198 tat-Trattat, il-Kunsill ikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il-proposta mill-Kummissjoni; billi l-Kumitat ma kienx f'pożizzjoni li jissottometti l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kunsill; billi skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 198 tat-Trattat in-nuqqas ta' opinjoni ma għandhiex twaqqaf lill-Kunsill milli jieħu azzjoni ulterjuri; billi, wara li kkunsidra kemm hi mixtieqa l-adozzjoni rapida ta' l-emendi meħtieġa, il-Kunsill jikkunsidra li huwa meħtieġ li jinqeda minn din il-possibiltà, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 79/869/KEE, "41" għandu jiġi mibdul b' "45". Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1981. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fid-19 ta' Ottubru 1981. Għall-Kunsill Il-President P. Walker [1] ĠU C 144, tal-15.6.1981, p. 36. [2] ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44. --------------------------------------------------