31981D0359



Official Journal L 137 , 23/05/1981 P. 0001 - 0001
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0214
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 21 P. 0214


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta’ April ta’ l-1981

Dwar il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kontrolli voluntarji ma’ l-Awstrija, l-Islanda, il-Polonja u r-Rumanija fis-setturi tal-laħam tal-muntun u l-laħam tal-mogħoż

(81/359/KEE)

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni fetħet negozjati ma’ pajjiżi li m’humiex membri li jipprovdu laħam tal-muntun u laħam tal-mogħoż jew nagħaġ u mogħoż ħajjin, bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar kontroll voluntarju fuq l-esportazzjoni tagħhom lill-Komunità;

Billi l-Kummissjoni laħqet ftehim ma’ l-Awstrija, l-Islanda, il-Polonja u r-Rumanija;

Billi l-ftehim imsemmija jippermettu li jsir kummerċ b’manjiera li tkun kompatibbli ma’ l-organizazzjoni komuni tas-swieq fis-settur in kwistjoni

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-ftehim magħmula f’forma ta’ bdil ta’ ittri dwar il-kummerċ fis-setturi tal-laħam tal-muntun u l-laħam tal-mogħoż ma’ dawk il-pajjiżi msemmija fil-lista t’hawn taħt, huma b’dan approvati f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea:

- l-Awstrija,

- l-Islanda,

- il-Polonja,

- ir-Rumanija.

2. It-testi tal-Ftehim huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1, sabiex torbot lill-Komunità.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ April ta’ l-1981.

Għall-Kunsill

Il-President

J. de Koning

--------------------------------------------------