Official Journal L 357 , 30/12/1980 P. 0130 - 0130
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0046
Greek special edition: Chapter 11 Volume 23 P. 0240
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0046
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0228
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 13 P. 0228
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3398/80 tat-8 ta' Diċembru 1980 ddwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera konsegwenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika mal-Komunità IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi huwa meħtieġ li jkun approvat il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera [1] iffirmat fi Brussel fit-22 ta' Lulju 1972, sabiex iqis l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika mal-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera konsegwenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika mal-Komunità huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test ta' dan il-Protokoll huwa anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provduta f'Artikolu 12 tal-Protokoll Addizzjonali. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Diċembru 1980. Għall-Kunsill Il-President C. Ney [1] ĠU L 300, tal-31.12.1972, p. 189. --------------------------------------------------