31980R3308



Official Journal L 345 , 20/12/1980 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0007
Greek special edition: Chapter 01 Volume 3 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0007
Spanish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0081
Portuguese special edition Chapter 10 Volume 1 P. 0081


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 3308/80

tas-16 ta' Diċembru 1980

dwar is-sostituzzjoni ta' l-unità Ewropea tal-kontijiet bl-ECU fl-istrumenti legali tal-Komunità

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3180/78 [3] iddefinixxa unità ġdida ta' kontijiet, magħrufa bħala l-ECU;

Billi għandhom jittieħdu passi sabiex jiġu standardizzati l-unitajiet tal-kontijiet użati mill-Komunitajiet; billi l-unità Ewropea ta' kontijiet (EUA) għandha, għalhekk, tiġi mibdula bl-ECU fl-istrumenti legali kollha tal-Komunità;

Billi għandha tiddaħħal disposizzjoni sabiex, meta l-EUA tiġi sostitwita bl-ECU, tissalvagwardja d-drittijiet u l-obbligi kontrattati fl-unitajiet tal-kontijiet Ewropej,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-istrumenti legali kollha tal-Komunità applikabbli fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-"unità Ewropea tal-kontijiet" għandha tiġi sostitwita bl-"ECU".

Artikolu 2

Id-definizzjoni ta' l-unità Ewropea tal-kontijiet fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandha tissokta tapplika għad-drittijiet u l-obbligi li jqumu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li kienu stabbiliti fl-unitajiet Ewropej tal-kontijiet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Jannar 1981.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-16 Diċembru 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

Colette Flesch

[1] ĠU C 55, tal-5.3.1980, p. 13.

[2] ĠU C 147, tas-16.6.1980, p. 134.

[3] ĠU L 379, tat-30.12.1978, p. 1.

--------------------------------------------------