31980R2213



Official Journal L 226 , 29/08/1980 P. 0033 - 0033
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 9 P. 0190
Greek special edition: Chapter 11 Volume 21 P. 0143
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 9 P. 0190
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0132
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0132


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2213/80

tas-27 ta' Ġunju 1980

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea Bissau u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd il-barra mill-kosta ta' Guinea Bissau, u taż-żewġ skambji ta' ittri li jirreferu għal dan.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi hu fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea Bissau dwar is-sajd il-barra mill-kosta ta' Guinea Bissau, u taż-żewġ skambji ta' ittri li jirreferu għal dan, iffirmati fi Brussel fis-27 ta' Frar 1980;

Billi l-konklużjoni ta' dan il-Ftehim ma trendi xejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/255/KEE tas-26 ta' Frar 1980, li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri dwar l-applikazzjoni proviżjonali tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea Bissau u taż-żewġ skambji ta' ittri li jirrelataw ma' dan [2],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea Bissau u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar is-sajd il-barra mill-kosta ta' Guinea Bissau, u taż-żewġ skambji ta' ittri li jirreferu għal dan huma approvati f'isem il-Komunità;

L-istrumenti li għalihom issir fil-paragrafu preċedenti huma l-annessi ma' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18 tal-Ftehim [3].

L-Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 80/255/KEE hija b'hekk mħassra.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Sarti

[1] ĠU C 85, tat-8.4.1980, p. 103.

[2] ĠU L 58, ta' l-1.3.1980, p. 73.

[3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------