Official Journal L 076 , 22/03/1980 P. 0007 - 0014
Greek special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0180
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 680/80 tat-18 ta' Marzu 1980 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f’forma ta' skambji ta' ittri li jirranġaw xi kwoti ta' bla dazju stabbiliti mir-Renju Unit skond il-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar Kummerċ Ħieles rispettivi bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Fillandja, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju tal-Isvezja IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 113 tieghu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi l-Ftehim dwar Kummerċ Ħieles bejn il-Komunita‘ Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Fillandja [1], il-Komunita‘ Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja [2] u l-Komunita‘ Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Isvezja [3], kienu ffirmati fi Brussel fil-5 ta'Ottubru 1973, fl-14 ta' Mejju 1973 u fit-22 ta' Lulju 1972 rispettivament; Billi xi kwoti ta' bla dazju stabbiliti mir-Renju Unit skond il-Protokoll 1 tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles msemmijin qabel għandhom ikunu rranġati u l-Ftehim f'forma ta' skambji ta' ittri negozjati għal dan il-għan approvati, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim f'forma ta' skambji ta' ittri li jirranġaw xi kwoti ta' bla dazju stabbiliti mir-Renju Unit skond il-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar Kummerċ Ħieles rispettivi bejn il-Komunita‘ Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Fillandja, il-Komunita‘ Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Komunita‘ Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Isvezja, huma b'dan approvati f'isem il-Komunita‘. It-testi tal-Ftehim huma annessi ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex b'hekk torbot lill-Komunita. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Marzu 1980. Għall-Kunsill Il-President A. Ruffini [1] ĠU L 328, 28.11.73, p. 2. [2] ĠU L 171, 27.06.73, p. 2. [3] ĠU L 300, 31.12.72, p. 97. --------------------------------------------------