Official Journal L 375 , 31/12/1980 P. 0075 - 0075
Greek special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0210
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0140
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 20 P. 0140
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0272
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0272
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1980 li temenda, bħala konsegwenza ta’ l-adeżjoni tal-Greċja, id-Direttiva 64/432/KEE fuq il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ fil-Komunità fl-annimali ta’ l-ifrat u fil-majjali u d-Direttiva 80/217/KEE li tintroduċi l-miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-majjali (80/1274/KEE) IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1979, u b’ mod partikolari l-Artikolu 146 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi, b’konformità ma’ l-Artikolu 22 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-1979, l-addattazzjonijiet ta’ l-atti elenkati fl-Anness II. li għandhom isiru b’konformità mal-linji gwida spjegati f’dak l-Anness; billi Direttiva 64/432/KEE [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 80/219/KEE [2], għandha tiġi addattata b’mod approprjat; Billi, barra minn hekk, id-Direttiva 80/217/KEE [3], li kienet ġiet adottata wara l-iffirmar tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni u li għadha valida oltre l-1 ta’ Jannar 1981, għandha tiġi addattata biex tiżgura l-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni. ADOTTA DIN ID- DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 64/432/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej: 1. Fl-Anness B, il-punt 12, se tiddaħħal din l-ittra li ġejja: "(j) Greece Κτηνιατρικόν ’Ινστιτούτον Λοιμωδών καί Παρασιτικών Νοσημάτων ‘Ιερά όδός 75 ’Αθήναι 301." 2) Fl-Anness C, punt 9, se tiddaħħal din l-ittra li ġejja: "(j) Greece Κτηνιατρικόν ’Ινστιτούτον Λοιμωδών καί Παρασιτικών Νοσημάτων ‘Ιερά όδός 75 ’Αθήναι 301." 3. Fl-Anness F, in-nota 4 taċ-ċertifikat mudell I u n-nota 5 taċ-ċertifikati mudell II, III u IV ser jiġu kkompletati b’dan li ġej: "Greece: ‘Ο Προϊστάμενος τής Κτηνιατρικής ‘Υπηρεσίας τού σημείου έξόδου." Artikolu 2 Dan li ġej se jiżdied mal-lista ta’ laboratorji nazzjonali għad-deni tal-majjali fl-Anness II tad-Direttiva 80/217/KEE: "Greece: Κτηνιατρικόν ’Ινστιτούτον Λοιμωδών καί Παρασιτικών Νοσημάτων (’Εργαστήριον ιολογίας) Νεαπόλεως 9 ‘Αγία Παρασκευή ’Αττικής." Artikolu 3 L-Istati Membri ser idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, rigward l-Artikolu 1, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1981 u rigward l-Artikolu 2, mhux aktar tard mill-1 ta’Lulju 1981. Huma ser jinfurmaw lill-Kummisjoni immedjatament. Artikolu 4 Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1980. Għall-Kunsill Il-President J. Santer [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, pġ. 1977/64. [2] ĠU L 47, tas-16.7.1970, pġ. 25. [3] ĠU L 47, tal-21.2.1980, pġ. 11. --------------------------------------------------