31980L1269



Official Journal L 375 , 31/12/1980 P. 0046 - 0067
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0060
Greek special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0117
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0060
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0134
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0134


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-16 ta’ Diċembru 1980

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għall-qawwa tal-magna ta’ vetturi bil-mutur

(80/1269/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkusnidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissoddisfaw skond ċerti liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia għall-metodu ta’ kejl tal-qawwa tal-magna li għandu jintuża sabiex tiġi indikata l-qawwa tal-magna ta’ tip ta’ vettura;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru wieħed għall-ieħor; billi dan jirriżulta f’ostakoli tekniċi għall-kummerċ li għandhom jiġu eliminati billi l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda għal jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex b’mod partikolari l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar ta’ l-1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 80/1267/KEE [5], tkun tista’ tiġi ntrodotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur intiża għall-użu fit-triq, bil;-karozzerija jew mingħajrha, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċita’ massima ddiżinjata li teċċedi l-25 km fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi u makkinarju għall-agrikoltura.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ vettura, jew jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vettura, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-qawwa tal-magna tagħha jekk din tkun ġiet determinata in konformità ma’ l-Annessi I u II.

Artikolu 3

Kwalunkwe emenda neċessarja għall-adattament tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi sabiex jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha. Għandhom minnufih jinfurmaw il-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva huma kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

Colette Flesch

[1] ĠU C 104, tat-28.4.1980, p. 9.

[2] ĠU C 265, tat-13.10.1980, p. 76.

[3] ĠU C 182, tal-21.7.1980, p. 3.

[4] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[5] Ara paġna 34 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

ID-DETERMINAZZJONI TAL-QAWWA TAL-MAGNA

1. L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

1.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-qawwa tal-magna hija sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

1.1.1. Għandu jkollha magħha tlett kopji tad-dokument imsemmi hawn taħt u ta’ li ġej:

1.1.1.1. Il-formola ta’ informazzjoni mimlija kif suppost.

1.1.1.2. Informazzjoni meħtieġa fl-Appendiċi 1 jew 2.

1.1.2. Jekk is-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip iwettaq it-testijiet hu stess, vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha tiġi pprovduta.

1.2. Dokumenti

Meta applikazzjoni fis-sens ta’ 1.1, hija aċċettata, l-awtorità kompetenti għandha tipprepara d-dokument, li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness II. Sabiex jitfassal dan id-dokument, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li qiegħed iwettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tista’ tuża r-rapport ippreparat minn laboratorju approvat jew rikonoxxut skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

2.1. Dan il-metodu japplika għal magni ta’ kombustjoni interna wżati għall-propulsjoni ta’ vetturi tal-kategorija M u N kif definiti fl-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE, li jappartjenu għal kwalunkwe mit-tipi li ġejjin:

2.1.1. Magni ta’ kombustjoni interna bil-pistun (positiveignition jew diżil), esklużi magni mingħajr pistun;

2.1.2. Magni bil-pistun f’rotazzjoni.

2.2. Dan il-metodu japplika għal magni aspirati b’mod naturali jew sovvrakkarikati.

3. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva,

3.1 ‘qawwa netta” tfisser il-qawwa ottenuta fuq is-sodda tat-test fit-tarf tal-crankshaft jew l-ekwivalenti tagħha bil-veloċità tal-magna li tikkorrispondi ma’ l-awżilljari elenkati fit-Tabella 1. Jekk il-kejl tal-qawwa jista’ jintlaħaq b’gearbox immuntat biss, l-effiċjenza tal-gearbox għandha tiġI kkunsidrata.

3.2. ‘Il-Qawwa massima netta” tfisser il-valur massimu tal-qawwa netta mkejjel bit-tagħbija sħiħa tal-magna.

3.3. ‘Tagħmir standard ta’ produzzjoni’ jfisser tagħmir ipprovdut mill-manifattur għal applikazzjoni partikolari.

4. L-EŻATTEZZA TAL-KEJL TA’ QAWWA TA’ TAGĦBIJA SĦIĦA

4.1. Torque

4.1.1. Bla ħsara għal 4.1.2, il-kapaċità tad-dinamometru għandha tkun tali li l-ewwel kwart ta’ l-iskala tiegħu mhux użat. Is-sistema ta’ kejl għandha tkun eżatta sa ± 0.5 % tal-valur massimu ta’ l-iskala (eskluż l-ewwel kwart).

4.1.2. Ir-reġjun ta’ l-iskala bejn sest u kwart ta’ l-iskala massima jista’ madankollu jintuża jekk l-eżattezza tas-sistema f’sest ta’ l-iskala hija ± 0.25 % tal-valur massimu ta’ l-iskala.

4.2. Il-Veloċità tal-magna

Il-kejl għandu jkun eżatti sa ± 0.5 %. Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel preferibbilment bi kontatur ta’ revoluzzjoni awtomatikament sinkronizzat u bi kronometru (jew counter-timer).

4.3. Il-Konsum tal-karburant

± 1 % globalment għall-apparat użat.

4.4. Temperatura ta’ dħul ta’ l-arja fl-ineġnju ± 2 °C.

4.5. Pressjoni barometrika ta’ ± 2 mbar.

4.6. Pressjoni fil-kanal għall-estrazzjoni ta’ l-exhaust mis-sodda tat-test (ara nota 1 tat-Tabella 1)

4.7. Pressjoni fil-manifold tad-dħul: ± 0.5 mbar.

4.8. Pressjoni fil-pajp ta’ l-exhaust tal-vettura: ± 2 mbar.

5. QAWWA NETTA TAL-MAGNA

5.1. Testijiet

5.1.1. Tagħmir awżiljari

Matul it-test, it-tagħmir awżiljari li għandu jiġi armat kif speċifikat hawn taħt għandu jiġi installat fil-magna, kemm jista’ jkun fl-istess pożizzjoni bħal dak li fiha kien ikun għall-użu partikolari in kwistjoni.

5.1.1.1. Tagħmir awżiljari li għandu jiġi armat

It-tagħmir awżiljari li għandu jiġi armat tul it-test għad-determinazzjoni tal-qawwa netta tal-magna huwa elenkat fit-Tabella 1 hawn taħt.

5.1.1.2. Tagħmir awżiljari li għandu jitneħħa

Ċertu tagħmir awżiljari li huwa neċessarju biss għall-operazzjoni tal-vettura u li jista’ jiġi mmuntat fuq il-magna għandu jitneħħa għat-test. Il-lista li ġejja li mhix eżawrijenti hija mogħtija bħala eżempju:

- kompressur ta’ l-arja għall-brejkijiet,

- kompressur tal-power steering,

- kompressur tas-sospensjoni,

- sistema ta’ l-arja kondizzjonata,

- tagħmir għat-tkessieħ għat-trasmissjoni idrawlika u/jew żejt tal-gearbox.

Meta l-aċċessorji ma jistgħux jitneħħew, il-qawwa assorbita minnhom fil-kondizzjoni mhux mgħobbija tista’ tiġi determinata u miżjuda mal-qawwa mkejla tal-magna.

TABELLA 1

Tagħmir awżiljari li għandu jiġi nkluż għat-test sabiex tiġi determinata l-qawwa netta tal-magna

Nru | Tagħmir awżiljari | Jekk imwaħħal għat-test tal-qawwa netta |

1 | Sistema tad-dħul | |

manifold tad-dħul | Iva, tagħmir standard ta’ produzzjoni |

Filtru ta’ l-arja |

silencer tad-dħul |

Sistema ta’ kontroll tal-ħruġ tal-crankcase |

Mezz li jillimita l-veloċità |

2 | Mezz li jinduċi s-sħana | |

(jekk possibbli għandu jkun stabbilit fil-pożizzjoni l-iktar favorevoli) | Iva, tagħmir standard ta’ produzzjoni |

3 | Sistema ta’ l-exhaust | |

Purifikatur ta’ l-exhaust | Iva, tagħmir standard ta’ produzzjoni |

manifold |

Pajpijiet ta’ konnessjoni |

silencer |

Pajp tat-tarf |

Brejk ta’ l-exhaust |

4 | Pompa għall-fornitura tal-karburant | Iva, tagħmir standard ta’ produzzjoni |

5 | Karburatur | Iva, tagħmir standard ta’ produzzjoni |

6 | Tagħmir ta’ l-injezzjoni tal-karburant (petrol u diżil) | |

Prefiltru | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

Filtru |

Pompa |

Pajp ta’ pressjoni għolja |

Injettur |

Valvola għad-dħul ta’ l-arja, jekk imwaħħla |

Regolatur/sistema ta’ kontroll |

Twaqqif awtomatiku ta’ tagħbija sħiħa għall-rack ta’ kontroll skond il-kondizzjonijiet atmosferiċi |

7 | Tagħmir għat-tkessieħ tal-likwidu | |

Bonnet tal-magna | Le |

Passaġġ għall-ħruġ ta’ l-arja mill-bonnet |

Radjatur | Fann |

Cowl tal-fann |

Pompa ta’ l-ilma |

Termostat |

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

8 | It-Tkessieħ ta’ l-arja | |

Cowl | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

Blower |

Mezz li jirregola t-temperatura | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

9 | Tagħmir elettriku | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

10 | Tagħmir ta’ sovvrakarika | |

Kompressur operat jew direttament jew indirettament mill-magna, u/jew mill-gassijiet ta’ l-exhaust | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

Skambjatur tas-sħana |

Pompa jew fann għat-tkessieħ (operat mill-magna) |

Mezz tal-kontroll għall-passaġġ tal-likwidu ta’ tkessieħ |

11 | Apparat kontra t-tniġġis | Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |

5.1.1.3. Tagħmir awżiljari biex jistartjaw magni bid-diżil

Għat-tagħmir awżiljari użat fil-magni li jistartjaw bid-diżil, iż-żewġ każijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:

5.1.1.3.1. Startjar bl-elettriku: il-ġeneratur huwa mwaħħal u jissupplixxi, meta neċessarju, it-tagħmir awżiljari li huwa essenzjali għall-operazzjoni tal-magna.

5.1.1.3.2 Startjar li mhux bl-elettriku: Jekk hemm kwalunkwe aċċessorji li joperaw bl-elettriku essenzjali għall-operazzjoni tal-magna, il-ġeneratur huwa mwaħħal u jissupplixxi dawn l-aċċessorji. Inkella, jitneħħa. Fi kwalunkwe każ, is-sistema għall-produzzjoni u l-akkumulazzjoni ta’ l-enerġija neċessarja għall-istartjar hija mwaħħla u topera fil-kondizzjoni mhux mgħobbija.

5.1.2 Kondizzjoni ta’ l-issettjar

Il-kondizzjonijiet ta’ l-issettjar għat-test sabiex tiġi determinata l-qawwa netta huma indikati fit-Tabella 2.

TABELLA 2

Kondizzjonijiet ta’ l-issettjar

1 | L-issettjar tal-karburatur(i) | Issettjat in konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-manifattur u użat mingħajr alterazzjoni ulterjuri għall-applikazzjoni partikolari |

2 | L-Issettjar tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-pompa ta’ injezzjoni | Issettjata in konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-manifattur u użata mingħajr alterazzjoni ulterjuri għall-applikazzjoni partikolari |

3 | Tqabbid tat-timing ta’ l-injettur | Produzzjoni-standard, kurva ta’ timing speċifikata mill-manifattur u użata mingħajr alterazzjoni ulterjuri għall-applikazzjoni partikolari |

4 | L-issettjar tar-regolatur | Issettjat in konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-manifattur u użat mingħajr alterazzjoni ulterjuri għall-applikazzjoni partikolari |

5.1.3. Testijiet ta’ qawwa netta

5.1.3.1. It-test ta’ qawwa netta għandu jikkonsisti minn ġirja bl-aċċeleratur fil-pożizzjoni kompleta għal magni b’positive ignition u f’issettjar ta’ pompa ta’ injezzjoni b’tagħbija sħiħa, waqt li l-magna jkun mgħammar kif speċifikat fit-Tabella 1.

5.1.3.2. Data ta’ prestazzjoni għandha tiġi ottenuta taħt kondizzjonijiet stabilizzati ta’ operazzjoni, bi provvista ta’ arja friska adegwata għall-magna. Il-magna għandha tkun ġiet imħaddma skond ir-rakkommandazzjonijiet tal-manifattur. Kmamar ta’ kombustjoni jistgħu jikkontjenu depożiti, iżda fi kwantità limitata.

Kondizzjonijiet ta’ testijiet bħat-temperatura ta’ l-arja fil-bokka għandhom jintagħżlu qrib għall-kondizzjonijiet t a’ referenza (ara 5.2) kemm possibbli sabiex tiġi mminimizzata l-manjitudni tal-fattur ta’ korrezzjoni.

5.1.3.3. It-temperatura ta’ l-arja fil-bokka lejn il-magna għandha titkejjel f’0.15 m ‘l fuq mill-punt tad-dħul lejn l-apparat għat-tindif ta’ l-arja, jew, jekk l-ebda apparat għat-tindif ta’ l-arja ma jintuża, fi 0.15 m tal-ħorn tad-daħla ta’ l-arja. It-termometru jew termokoppja għandhom jiġu protetti mis-sħana qawwija u jitqiegħdu direttament fil-passaġġ ta’ l-arja. Għandhom ukoll jiġu protetti mill-spray-back tal-karburant. Numru biżżejjed ta’ postijiet għandhom jintużaw sabiex jagħtu medja rappreżentattiva tat-temperatura fil-bokka. Il-passaġġ ta’ l-arja m’għandux jiġi ostakolat mill-mezz tal-kejl.

5.1.3.4. L-ebda data ma għandha tittieħed sakemm it-torque, il-veloċità u t-temperatura ma jkunux baqgħu sostanzjalment kostanti għal mill-inqas minuta.

5.1.3.5. Il-veloċità tal-magna matul ġirja ta’ kejl mgħandhiex tiddevja mill-veloċità magħżula waqt li jkun qiegħed jittieħed il-qari b’iktar minn ± 1 % or ± 10 rev/min, liema jkun l-ikbar.

5.1.3.6. Il-qari tat-tagħbija tal-brejk, tal-konsum tal-karburant u tat-temperatura ta’ l-arja fil-bokka għandhom jittieħdu simultanjament; il-qari addottat għall-iskopijiet tal-kejl għandu jkun il-medja ta’ żewġ valuri stabbilizzati li jvarjaw b’inqas minn 2 % għat-tagħbija tal-brejk u l-konsum tal-karburant.

5.1.3.7. Ħin ta’ kejl ta’ mhux inqas minn 60 sekonda għandu jintuża meta jkunu qiegħdin jitkejlu l-veloċità jew il-konsum ta’ karburant b’mezz operat bl-idejn.

5.1.3.8. Karburant

5.1.3.8.1. Fil-każ ta’ magni tad-diżil, il-karburant użat għandu jkun kif speċifikat fl-Anness V mad-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tal-21 ta’ Awissu ta’ l-1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emmissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni diesel għall-użu fil-vetturi [10], biż-żieda ta’, jekk neċessarju, likwidu kummerċjali jew karburant gassuż rakkomandat mill-manifattur. Il-karburant m’għandux jikkontjeni xi addittivi li jissopprimu d-duħħan.

5.1.3.8.2. Fil-każ ta’ magni b’positive ignition, il-karburant użat għandu jkun karburant kummerċjali, mingħajr kwalunkwe addittiv supplimentari. Il-karburant deskritt fl-Anness VI għad-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu ta’ l-1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet minn magni b’positive ignition ta’ vetturi bil-mutur [11] kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttva 78/665/KEE [12], jista’ wkoll jintuża.

5.1.3.9. It-tkessieħ tal-magna

5.1.3.9.1. Magni mkessħa bil-likwidu

It-temperatura tal-likwidu li jkessaħ fil-bokka mill-ineġnju għandha tinżamm f’±5 °C mit-temperatura ta’ fuq ikkontrollata termostatikament speċfikata mill-manifattur. Jekk l-ebda temperatura ma hija speċifikata mill-manifattur, it-temperatura għandha tkun ta’ 80 ± 5 °C.

5.1.3.9.2. Magni mkessħa bl-arja

Għall-magni mkessħa bl-arja, it-temperatura f’punt indikat mill-manifattur għandha tinżamm bejn il-valur massimu TM speċifikat mill-manifattur u TM - 20 °C.

5.1.3.10. It-temperatura tal-karburant fil-bokka tal-pompa ta‘ l-injezzjoni jew kurburatur għandha tkun miżmuma fil-limiti stabbiliti mill-manifattur.

5.1.3.11. It-temperatura taż-żejt lubrifikanti mkejjla fis-sump taż-żejt jew mill-ħruġ mill-cooler taż-żejt, jekk imwaħħal, għandha tkun fil-limiti stabbiliti mill-manifattur.

5.1.3.12. It-temperatura tal-gass ta’ l-exhaust għandha titkejjel f’punt fil-pajp(ijiet) ta’ l-exhaust li jmiss mal-flanġa(i) ta’ barra tal-manifold(i) ta’ l-exhaust. M‘għandhiex teċċedi l-valur speċifikat mill-manifattur.

5.1.3.13. Sistema awżiljari ta’ tkessieħ

Sistema awżiljari ta’ tkessieħ tista’ tintuża jekk neċessarju sabiex it-temperaturi jinżammu fil-limiti speċfikati f’5.1.3.9. sa 5.1.3.12.

5.1.4. Il-Proċedura ta’ test

Ħu l-qisien ta’ numru biżżejjed ta’ veloċitajiet tal-magna sabiex tiġi definita l-kurva tal-qawwa bit-tagħbija kompleta bejn l-inqas u l-ogħla veloċitajiet tal-magna kif mistqarr mill-manifattur. Din il-firxa ta’ veloċitajiet għandha tinkludu l-veloċità ta’ rivoluzzjoni li biha l-magna jipproduċi l-qawwa massima tagħha. Għal kull veloċità, il-medja taż-żewġ qisien stabbilizzati hija meħuda.

5.1.5. Il-Kejl ta’ l-indiċi tad-duħħan

Fil-każ ta’ magni bid-diżil, il-gassijiet ta’ l-exhaust għandhom jiġu eżaminati tul it-test għall-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI għad-Direttiva 72/306/KEE.

5.2. Fatturi ta’ korrezzjoni

5.2.1. Definizzjoni

Il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-koeffiċjent K li permezz tiegħu il-qawwa osservata għandha tiġi mmultipplikata sabiex tiġi determinata l-qawwa tal-magna taħt il-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza speċifikati f’5.2.2.

5.2.2. Kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza

5.2.2.1. Temperatura: 25 °C.

5.2.2.2. Pressjoni niexfa (ps): 900 mbar.

5.2.3. Kondizzjonijiet li għandu jkun hemm konformità magħhom fil-laboratorju

Sabiex test ikun validu, il-fattur ta’ korrezzjoni K għandu jkun tali li 0.96 ≤ K ≤ 1.06

5.2.4. Determinazzjoni tal-fatturi ta’ korrezzjoni

5.2.4.1. Magni b’postive ignition (karburatur jew injezzjoni) - fattur Ka.

Il-fattur ta’ korrezzjoni huwa ottenut billi tiġi applikata l-formula li ġejja:

K

=

·

,

fejn

T = it-temperatura assoluta f’K fid-dħul ta’ l-arja għall-magna;

ps = il-pressjoni atmosferika niexfa f’mbar, fi kliem ieħor il-pressjoni barometrika totali inqas il-pressjoni tal-fwar ta’ l-ilma.

5.2.4.2. Magni tad-diżil - fattur Kd

5.2.4.2.1. Magni tad-diżil four-stroke aspirati b’mod naturali, u magni tad-diżil two-stroke

Il-fattur ta’ korrezzjoni huwa kkalkolat permezz tal-formula li ġejja:

K

=

·

,

fejn

T = it-temperatura assoluta f’K fid-dħul ta’ l-arja għall-magna:

ps = il-pressjoni atmosferika niexfa f’mbar.

5.2.4.2.2. Magni tad-dizil four-stroke kkargati bil-pressa

5.2.4.2.2.1. Magni turbo-kkargati operati bl-exhaust

L-ebda korrezzjoni ma hija magħmula lill-qawwa. Iżda, meta d-densità ta’ l-arja ambjentali tvarja b’iktar minn 5 % mid-densità ta’ l-arja fil-kondizzjonijiet ta’ referenza (25 °C u 1000 mbar), il-kondizzjonijiet tat-test għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test.

5.2.4.2.2.2. Magni sovvrakkargati mekkanikament

5.2.4.2.2.2.1. Il-proporzjon r huwa mfisser permezz tal-formula li ġejja:

r =

P

P

T

T

,

fejn

D = l-ammont tal-karburant imqassam f’mm3 għal kull ċiklu tal-magna,

V = il-kapaċità taċ-ċilindru tal-magna f’litri,

P1 = il-pressjoni ta’ l-ambjent,

P2 = il-pressjoni tal-manifold tad-daħla tal-magna,

T1 = it-temperatura ta’ l-ambjent f’K (kif imfisser f’5.1.3.3),

T2 = it-temperatura tal-manifold tad-daħla tal-magna f’K.

5.2.4.2.2.2.2. Il-fattur ta’ korrezzjoni għall-magni sovvrakkargati mekkanikament huwa l-istess bħal dak ta’ magni aspirati b’mod naturali jekk r huwa ugwali għal jew ikbar minn 50 mm3/litru, u huwa ugwali għal 1 jekk r huwa inqas minn 50 mm3/litru.

5.3. Rapport tat-test

Ir-rapport tat-test għandu jkollu fih ir-riżultati u l-kalkoli kollha meħtieġa sabiex tiġI ottenuta l-qawwa netta, kif elenkata fl-Anness II, flimkien mal-karatteristiċi tal-magna elenkati fl-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

5.4. Modifika tat-tip ta’ magna

Kwalunkwe modifika għall-magna għal dak li jirrigwarda l-karatteristiċi elenkati fl-Appendiċi 1 jew fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness għandha tiġi rrapportata lill-awtorità kompetenti. Dik l-awtorità tista’ mbagħad jew:

5.4.1. tikkunsidra li l-modifiki magħmula mhuwiex probabbli li jkollhom xi effett sostanzjali fuq il-qawwa tal-magna, jew

5.4.2. titlob li dik il-qawwa tal-magna tiġi determinata billi jkunu esegwieti dawk it-testijiet li tqis li huma neċessarji.

6. TOLLERANZI TAL-KEJL TAL-QAWWA NETTA

6.1. Il-qawwa netta tal-magna kif determinata mis-servizz tekniku tista’ tvarja b’± 2 % mill-qawwa netta speċifikata mill-manifattur, b’tolleranza ta’ 1.5 % għall-veloċità ta’ l-magna.

6.2. Il-qawwa netta ta’ magna matul it-test ta’ konformità ta’ produzzjoni tista’ tvarja b’± 5 % mill-qawwa netta determinata f’test ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

[10] ĠU L 190, ta’ l-20.8.1972, p. 1.

[11] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1.

[12] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 48.

--------------------------------------------------

ANNEX II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------