31980L0428



Official Journal L 102 , 19/04/1980 P. 0026 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0018
Greek special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0122
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0018
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0241
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0241


ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Marzu 1980

li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE li għandha x'taqsam mal-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċida fi jew fuq il-frott u l-ħxejjex

(80/428/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta' Novembru 1976 li għandha x'taqsam ma' l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċida fi jew fuq il-frott u l-ħxejjex ([1]), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi dan l-Artikolu jipprovdi li meta Stat Membru jikkunsidra li l-livell massimu ffissat fl-Anness II jista' jipperikola s-saħħa tal-bnedmin jew ta' l-annimali apparti milli ta' organiżżmi perikolużi, dak l-Istat Membru jista' temporarjament jnaqas dak il-livell fit-territorju tiegħu;

Billi r-Renju ta' l-Olanda invoka d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu mesmi qabel f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ffissati għal dimethoate, omethoate u fenchlorphos;

Billi, l-każi ta' dimethoate u omethoate jirrekjedu aktar studju qabel ma' l-Kummissjoni tkun tista' tistabilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu;

Billi, b'dana kollu, fil-każ ta' fenchlorphos jidher prudenti, b'kunsiderazzjoni għar-restrizzjoni tal-kamp ta' l-użu tiegħu u minħabba l-preżenza possibli ta' kontaminanti mhux mixtieqa fil-preparazzjonijiet li jkun fihom il-fenchlorphos u għalhekk fir-residwi tiegħu, li jnaqqas mingħajr dewmien il-livell massimu stabbilit fl-Anness II lejn l-anqas livell konsistenti mal-prattika tajba kurrenti ta' l-agrikola;

Billi huwa wkoll mixtieq li titwassal id-definizzjoniji tar-residwi permissibli tiegħu fuq lejn l-iistess livell ta' prattika internazzjonali billi tkun inkluża l-metabolità prinċipali;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-saħħa tal-Pjanti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE, id-dettal Nru. 15/56 li għandu x'jaqsam mal-fenchlorphos, hu emendata biex jinqara kif ġej:

Nru KEE Petiċidi Livelli Massimi (f'mg/kg (ppm))

Isem Komuni Formula Kemikali

15/56 -- Fenchlorphos Kif ukoll -- 0,0-dimethyl 0-(2,4,5-trichlorophenyl) phosporothioate 0,0-dimethyl 0-(2,4,5-trichlorophenyl) phosphate ikkalkolat bħala fenchlorphos 0-01

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' dan l-Artikolu mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 1981 u għandhom jinfurmaw minnufieħ lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

fit-28 ta' Marzu 1980.

Għall-Kummissjoni

Finn GUNDELACH

Viċi President

[1] ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 26.