Official Journal L 111 , 30/04/1980 P. 0017 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0021
Greek special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0236
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0021
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 1980 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim innegozjat bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Kanada skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT rigward ċerti prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (80/461/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, Billi l-Kanada, abbażi ta' l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), uriet l-intenzjoni tagħha li tagħmel xi tibdil fil-konċessjonijiet tat-tariffi fuq ċerti prodotti li tagħhom il-Komunità Ekonomika Ewropea hija l-fornitur prinċipali; Billi l-Kummissjoni fetħet nogozjati mal-Kanada skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT u laħqet ftehim sodisfaċenti ma' dak il-pajjiż, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim innegozjat bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Kanada skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT li jirrigwarda ċerti prodotti fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex torbot lill-Komunità. Artikolu 3 Ir-riżultat tan-negozjati jiġi nnotifikat lill-Partijiet Kontraenti fil-GATT. Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta'April 1980. Għall-Kunsill Il-President G. Zamberletti -------------------------------------------------- FTEHIM Magħmul bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Kanada skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT dwar ċerti prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex Id-dokumenti annessi jirreġistraw ir-riżultati ta' negozjati bejn id-delegazzjoni tal-Kanada u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT għall-tibdil fil-konċessjonijiet imsemmija fi Skeda V — Kanada. F'isem id-delegazzjoni tal-Kummissjoni tal- Komunitajiet Ewropej F'isem id-delegazzjoni tal-Kanada -------------------------------------------------- Oliver Long Direttur-Ġenerali Segretarjat tal-GATT Ċentru William Rappard rue de la Lausanne, 154 CH-1211 Ġinevra Negozjati dwar Skeda V — Kanada Id-delegazzjoni tal-Kanada u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ikkonkludew in-negozjati tagħhom skond l-Artikolu XXVIII għall-tibdil fil-konċessjonijiet imsemmija fi Skeda V — Kanada, kif indikat fir-rapport anness. F'isem id-delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej F'isem id-delegazzjoni tal-Kanada -------------------------------------------------- Riżultati ta' negozjati bejn il-Kanada u l-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu XXVIII għall-tibdil fil-konċessjonijiet fi Skeda V — Kanada Tibdil fi Skeda V — Kanada Nota Il-konċessjonijiet imsemmija fil-lista f'Anness A għandhom ikunu sostitwiti b'dawk imsemmija fil-lista f'Anness B. Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull oġġett imsemmi fil-lista B jagħti lill-Komunitajiet Ewropej drittijiet ta' negozjar inizjali. ANNESS A Tariffa oġġett nru | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju iffissat fl-iskeda eżistenti | 2400-1 | Ċikwejra, nejja jew ħadra (kull libbra) | Xejn | 3905-1 | Lamtu tal-patata u dqiq tal-patata (kull libbra) | 1,5 ċenteżmu | 8400-1 | Pjanti jew għenieqed tal-basal, fl-istat naturali tagħhom | 15 % | 8505-1 | Faqqiegħ, ippriservat n.o.p. | 12,5 ċenteżmi | Ħxejjex, fil-bottijiet bla arja jew f'kontenituri oħra bla arja, bil-piż tal-kontenitur inkluż mal-piż għad-dazju: 8904-1 | Piżelli (kull libbra) | 1,5 ċenteżmu | 8905-1 | Tadam (kull libbra) | 2 ċenteżmi | 8905-2 | Kunserva tat-tadam (kull libbra) | 1,5 ċenteżmu | 8906-1 | n.o.p. | 15 % | 10525-2 | Bettieħ, immarinat jew ippriservat fil-melħ, fis-salmura, fiż-żejt jew b'kull mod ieħor, n.o.p | 15 % | 10530-1 | Ġeli, ġamm, marmellata, priserv, krema tal-frott u frott imħallat kompressat (kull libbra) | 3 ċenteżmi | 10550-1 | Bettieħ Zucca, imqaxxar jew imqatta' rqiq, fil-kubrit jew fis-salmura, għall-użu tal-manifattura fil-Kanada | 5 % | Meraq tal-frott u ġulepp tal-frott, n.o.p., jiġifieri: 15201-1 | Meraq tal-lumiċell | 5 % | ANNESS B Tariffa Oġġett nru | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju ffissat | ex 825-1 | Bebbux fil-bottijiet (tal-ġeneru Helix) | 7,5 % | 2400-1 | Basal taċ-ċikwejra, nej jew aħdar, bil-weraq jew mingħajrhom (kull libbra) | B'xejn | 6600-1 | Gallettini, ħelwin | 11 % | 6605-1 | Gallettini, ħelwin jew mhux, tal-valur ta' mhux inqas minn 20 ċenteżmu kull libbra, liema valur huwa bbażat fuq il-piż nett u jinkludi l-valur tal-pakketti li soltu jinbiegħu bl-imnut | 11 % | 6700-1 | Mqarrun u tarja, mingħajr bajd jew ingredjenti oħra miżjudin (kull 100 libbra) | 20 ċenteżmu | 8400-1 | Pjanti tal-basal, inkluż il-piż tal-pakketti mal-piż għad-dazju (kull libbra) | 3 centeżmi iżda mhux inqas minn 15 % | Ħxejjex, fil-bottijiet bla arja jew f'kontenituri oħra bla arja, n.o.p.: 8902-1 | Zunnarija żgħira | 17,5 % | 8903-1 | Fażola, fiz-zalza tat-tadam fil-bottijiet | 10 % | 8907-1 | n.o.p. | 12,5 % | 8905-1 | Tadam | 13,6 % | 8915-1 | Kunserva tad-tadam | 13,6 % | 9025-2 | Pâté de foie bit-tartufa | 5 % | Patata, proċessata, priservata jew imħejja b'kull mod ieħor u prodotti tal-patata, inkluż lamtu u dqiq tal-patata, fil-bottijiet bla arja jew f'kontenituri oħra bla arja jew xort'oħra: 9036-1 | n.o.p. | 12,5 % | Faqqiegħ, proċessat, priservat jew imħejji b'kull mod ieħor fil-bottijiet bla arja jew f'kontenituri oħra bla arja jew xort'oħra: 9061-1 | n.o.p. | 20 % | Frott, immarinat jew priservat fil-melħ, fis-salmura, fiż-żejt, fil-ħall, fl-aċidu aċetiku jew f'dijossidu tal-kubrit jew priservattivi simili oħra, fil-bottijiet bla arja jew f'kontenituri oħra bla arja jew xort'oħra; frott immarinat b'kull mod ieħor, n.o.p.: 10521-1 | Bettieħ. | Xejn | Ġeli, ġamm, marmellata,priserv, krema tal-frott u frott imħallat kompressat 10530-1 | n.o.p. | 10 % | 10531-0 | Ġamm tal-frawli, bil-pektin jew mingħajru | 15 % | Meraq tal-frott, n.o.p., rikostruwit jew mhux, konċentrat jew mhux, u ġulepp tal-frott, n.o.p.: 10651-1 | Meraq tal-lumiċell | B'xejn | 14100-2 | Krema jew paste tal-qastan, ħelwin jew mhux | Xejn | 16205-1 | Vermut, aperitiv u nbid kordjali, li jkolhom 32 % jew inqas ta' gradazzjoni alkoħolika, kemm jekk ikunu importati fl-injam jew fi fliexken (kull gallun) | 15 cent | Xampanja u kull inbid ieħor frizzanti: 16505-1 | Perri, magħmul mill-fermentazzjoni tal-lanġas (kull gallun) | 1,50 dollaru | --------------------------------------------------