Official Journal L 266 , 24/10/1979 P. 0005 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0146
Greek special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0146
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0315
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0315
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2326/79 tat-23 ta’ Ottubru 1979 dwar il-bejgħ permess ta’ proċeduri perjodiċi ta’ appalt tal-laħam taċ-ċanga ta’ l-għadma magħmul mill-aġenziji ta’ intervent, u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 79/75 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-laħam tal-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 425/77 [2], u partikolarment l-Artikolu 7(3) tiegħu, Billi l-possibiltà ta’ intervent permanenti dwar il-laħam taċ-ċanga u tal-vitella waslet biex jinġabar stokk konsiderevoli fil-Komunità; billi kwantità mix-xiri ta’ intervent inżamm f’forma ta’ laħam taċ-ċanga ta’ l-għadma sabiex itejjeb is-sistema ta’ l-intervent skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2226/78 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1763/79 [4]; Billi l-kondizzjonijiet għar-rilaxx mill-ħażna mniżżla fl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 98/69 [5], kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 429/77 [6], huma mwettqa; Billi huwa possibbli li tkun applikata s-sistema ta’ appalt skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2173/79 [7]; billi jidher meħtieġ li tkun introdotta t-tali sistema li tippermetti l-laħam hekk maħżun li jinbiegħ fuq bażi regolari; Billi il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam u tal-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-laħam taċ-ċanga u tal-vitella miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent u bl-għadam skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Komunità jitpoġġa għall-bejgħ. Il-bejgħ isir permess ta’ sistemi perjodiċi ta’ appalt. Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79 u partikolarment l-Artikoli 6 sa 12 għandhom jgħoddu, soġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 1. Avviż ġenerali ta’ sistemi perjodiċi ta’ appalt jkun ippubblikat l-aktar tard fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-ewwel mill-istedini individwali ta’ appalt riferuti fil-paragrafu 2. 2. Taħt sistemi perjodiċi ta’ appalt, l-aġenziji ta’ l-intervent jagħmlu sistemi individwali ta’appalt, skond l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79. 3. Fiż-żmien meta l-prezzijiet minimi tal-bejgħ għal kull appalt individwali huma ffissati, tittieħed konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tax-xiri mill-ġdid u l-bejgħ li jsir mill-aġenziji ta’ l-intervent. 4. L-aġenziji ta’ l-intervent l-ewwel ibiegħu l-laħam li jkun ilu fil-ħażna l-aktar. Fl-ebda każ ma jistgħu jbiegħu l-laħam li ħadu wara l-limitu taż-żmien indikat mill-avviżi ta’ individwalita’ l-appalt. Artikolu 3 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 79/75 [8] huwa hawnhekk imħassar. Artikolu 4 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1979. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Ottubru 1979. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. [2] ĠU L 61, tal-5.3.1977, p. 1. [3] ĠU L 261, tas-26.9.1978, p. 5. [4] ĠU L 202, ta’ l-10.8.1979, p. 14. [5] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 2. [6] ĠU L 61, tal-5.3.1977, p. 18. [7] ĠU L 251, tal-5.10.1979, p. 12. [8] ĠU L 10, tal-15.1.1975, p. 9. --------------------------------------------------