31979R1794



Official Journal L 206 , 14/08/1979 P. 0003 - 0004
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0071
Greek special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0053
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0071
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0205
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0205


Ir-Regolament tal-Kunsil (KEE) Nru 1794/79

tad-9 t’Awissu 1979

li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 154/75 rigward l-iffinazjament tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi kien speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 154/75 tal-21 ta’ Jannar 1975 dwar l-istabbiliment ta’ reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ fl-Istati Membri li jipproduċu żejt taż-żebbuġa [2] dik il-parti ta’ l-għajnuna għas-snin tal-marketing 1973/74 u 1974/75 mogħtija lill-produtturi kellha tkun allokata biex tiffinanzja ix-xogħol meħtieġ għall-istabbiliment ta’ reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ;

Billi, minħabba l-ammont partikolarment kbir ta’ xogħol li hu meħtieġ, is-somma meħuda mill-għajnuna miżmuma hi ħafna anqas mill-ħtiġijiet attwali;

Billi għalhekk il-metodu tal-iffinanzjamant ta’ l-ispiża addizzjonali meħtieġa għall-istabbiliment tar-reġistru għandha tkun speċifikata;

Billi għal dan il-għan għandhom isiru disposizzjonijiet biex parti mill-għajnuna ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar l- istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni fis-swieq taż-żjut u xaħmijiet [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 590/79 [4], tmur sabiex tiġi ffinanzjata l-ispiża supplimentari;

Billi huwa possibli li l-ammont li jirriżulta minn dan it-tnaqqis ma jkunx biżżejjed biex ikopri n-nefqa supplimentari hawn fuq imsemmija; billi, għalhekk, il-possibilta li jirrikorri għal tnaqqis ieħor biex ikopri n-nefqa li tibqa għandhom isiru disposizzjonijiet għaliha,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu Uniku

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 154/75 qiegħed hekk jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 3

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri produtturi li huma responsabbli għall-ħlas ta’ l-għajnuna li għaliha jipprovdi l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 136/66/KEE għandhom, meta jagħmlu l-ħlas, inaqqsu l-ammont ta’ dik l-għajnuna bi:

(a) 1 % ta’ l-għajnuna għas-sena tal-marketing 1973/74;

(b) 5 % ta’ l-għajnuna għas-sena tal-marketing 1974/75;

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri produtturi li huma responsabbli għall-ħlas ta’ l-għajnuna ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 136/66/KEE għandhom,meta jagħmlu l-ħlas, inaqqsu l-ammont ta’ dik l-għajnuna ta’ produzzjoni b’ 1747 % ta’ għajnuna għas-sena ta’ marketing 1979/80.

3. L-ammonti li jirriżultaw mit-tnaqqis magħmul skond il-paragrafi 1 u 2 minn kull Stat Membru produttur għandu jkun maħsub biex jiffinanzja l-istabbiliment tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ f’kull wieħed mill-Istati Membri konċernati.

L-istess proċedura ta’ finanzjament għandha tkun użata kif speċifikat għan-nefqa msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

4. Jekk l-ammonti li jirriżultaw mit-tnaqqis li għalih jipprovdu paragrafi 1 u 2 ma jkoprux l-ammont sħiħ tan-nefqa għall-istabbiliment tar-reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ fl-Istati Membri konċernati jew f’xi wieħed minnhom, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jiddetermina l-persentaġġ jew persentaġġi ta’ l-għajnuna tal-produzzjoni li għandhom jiġu allokati għall-iffinanzjar tan-nefqa li tibqa.

5. In-nefqa eliġibbli għandha tkun dik magħmula b’kuntratti bejn l-awtorita kompetenti ta’ l-Istat Membru produttur u persuni naturali jew legali fdati bix-xogħol relevanti, jew, fil-każi fejn l-Istat Membru ikollu ix-xogħol magħmul permezz tad-dipartimenti uffiċċjali tiegħu, l-ispejjeż magħmula barra dawk amministrattivi u spejjeż ta’ superviżjoni.

L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minn qabel bil-kontenut tal-kuntratti jew bi stima ta’ l-ispejjeż tax-xogħol.

6. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom ikunu addottati, jekk meħtieġ, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70."

7. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Awissu 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

M. O’ Kennedy

[1] ĠU C 140, tal-5.6.1979, p. 133.

[2] ĠU L 19, ta’ l-24.1.1975, p. 1.

[3] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[4] ĠU L 78, tat-30.3.1979, p. 1.

--------------------------------------------------