31979R1377



Official Journal L 166 , 04/07/1979 P. 0006 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0022
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0192
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0022
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0154
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0154


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1377/79

tat-2 ta’ Lulju 1979

li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 3083/73 dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 234/79 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1119/79 [3] jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-qamħirrun ibridu;

Billi, sabiex din is-sistema tikseb tkun tista’ tikseb il-mira tagħha, il-Kummissjoni għandha jkollha għad-disposizzjoni tagħha ċ-ċifri ta’ importazzjoni mistennija; billi, għal dan l-iskop, għandha tiġi fornita b’ċerta nformazzjoni mill-Istati Membri;

Billi x-xorta ta’ din l-informazzjoni u d-dati finali għall-komunikazzjoni tagħha għandhom ikunu stabbiliti; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3083/73 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 685/79 [5], għandu jiġi supplimentat kif imiss;

Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żrieragħ,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3083/73 huwa għalhekk mibdul bl-Anness ta’ dan.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Lulju 1979.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,fit-2 ta’ Lulju 1979.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

[2] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

[3] ĠU L 139, tas-7.6.1979, p. 13.

[4] ĠU L 314, tal-15.11.1973, p. 20.

[5] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS

Nru | Xorta ta' informazzjoni (skond l-ispeċje u l-grupp tal-varjetà) | Data sa meta l-informazzjoni trid tingħata |

Sena kalendarja ta' qabel il-ħsad | Sena kalendarja tal-ħsad | Sena kalendarja ta' wara l-ħsad |

1. | Stima taż-żona miżrugħa taħt il-kuntratt (f' ett) | 1 ta' Diċembru | | |

2. | Żona totali mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni (f'ett) | | 1 ta' Lulju. | |

3. | Tbassir tal-konsum intern (f'100 kg) | | 15 ta' Novembru. | |

4. | Żona totali aċettata għaċ-ċertifikazzjoni (f'ett) | | 15 ta' Novembru. | |

5. | Ħsad stmat (f'100 kilogrammi) | | 15 ta' Novembru. | |

6. | Kwantitajiet totali maħsuda (f'100 kg) | | | 1 ta' Ottubru. |

7 | Prezz tal-bejgħ nett irċevut minn min ikabbar | | | 1 ta' Ottubru. |

8. | Kummerċ totali (f'100 kg) għas-sena tal-marketing | | | 1 ta' Ottubru. |

9. | Ħażniet totali miżmuma mill-bejjiegħa bl-ingrossa fit-tmiem tas-sena tal-marketing | | | 1 ta' Ottubru. |

10. | Informazzjoni dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni għall-qamħirrum ibridu | L-10 ta' kull xahar |

11. | Informazzjoni dwar l-importazzjoni ta' qamħirrum ibridu minn pajjiżi terzi | |

12. | Informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament KEE Nru 2514/78 | 30 jum wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien stabbilit fl-Anness ta' dak ir-Regolament |

--------------------------------------------------