31979L0488



Official Journal L 128 , 26/05/1979 P. 0001 - 0011
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0230
Greek special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0112
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0230
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0073
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0073


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-18 ta’April 1979

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur sporġenzi

(79/488/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/547/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 11, 12, u 13 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE tas-17 ta’ Settembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur [3],

Billi, in vista ta’ l-esperjenza miksuba u ta’ l-istat l-aktar avvanzat, huwa issa possibbli li l- ħtiġiet jiġu magħmula iktar strinġenti u jitqabblu iktar mill-qrib għall-kondizzjonijiet tat-test attwali;

Billi xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar u aerials riċeventi tar-radju jew li jittrasmettu diġà qegħdin ikunu mqiegħda fis-suq kemm separatament kif ukoll wara li jkunu ġew immuntati fuq vettura; billi jekk inhu possibbli li jkunu ċċekkjati qabel ma jitwaħħlu ma’ vettura l-moviment liberu tagħhom jista’ jkun iffaċilitat bl-introduzzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tali sistemi kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għal Progress Tekniku tad-Direttivi mmirati għat-Tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għal kummerċ fis-settur ta’ vetturi bil-bil-mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 74/483/KEE qed tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikoli 2, 3 u 4 qed jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

"L-Artikolu 2

Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni, jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vettura bil-mutur, jew għal xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jew għal aerials tar-radju riċeventi jew trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati, jekk:

- il-vettura hija konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I u II rigward sporġenzi esterni,

- l-ixtillieri tal-bagalji, l-ixtillieri ta’ l-iskijjar jew l-aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I.

Artikolu 3

1. Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni, jirrifjuta li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe vettura basta li l-sporġenzi esterni jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I u II.

2. Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ kwalunkwe xtilliera tal-bagalji, xtilliera ta’ l-iskijjar jew aerial tar-radju riċeventi jew trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE jekk hija konformi ma’ tip li ngħata approvazzjoni tat-tip skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2.

Artikolu 4

Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li huwa infurmat dwar kwalunkwe modifika għal parti jew karatteristika msemmija fil-puntpunt 2.2 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq it-tip modifikat u jsir rapport ġdid. Fejn tali tests jirrivelaw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew sodisfatti, il-modifika m’għandhiex tkun awtorizzata."

2. L-Annessi I, II u III għad-Direttiva 74/483/KEE qed jiġu emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Jannar 1980, l-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew li joħorġu kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (2), jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jew aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE, jew

- jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

fejn l-isporġenzi esterni ta’ tali tip ta’ vettura jew tali vetturi jew ta’ l- unitajiet tekniċi separati imsemmija qabel jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/483/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

2. Minn l-1 t’Ottubru 1981 l-Istati Membri:

- m’għandhomx iktar joħorġu il-kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura kemm-il darba l-isporġenzi esterni tagħha mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/483/KEE, kif l-aħħar emendata permezz ta’ din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ vettura bil-mutur jekk l-isporġenzi esterni tagħha ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/483/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

3. Mill-1 t’Ottubru 1983, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ kwalunkwe vettura jekk l-isporġenzi esterni tagħha ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/483/KEE, kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

4. Qabel l-1 ta’ Jannar 1980, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-Direttiva, u minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-8 ta’April 1979.

Għall-Kummissjoni

Etienne davignon

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 168, tas-26.6.1978, p. 39.

[3] ĠU L 266, tat-2.10.1974, p. 4.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Emendi għall-annessi għad-direttiva 74/483/KEE

L-ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI, APPLIKAZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI, SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKULARI, KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

Punt 1.1 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"1.1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness ma japplikawx għal mirja esterni li minnhom tista’ tara wara jew għall-boċċa tal-mezzomezz ta’ l-irmunkar."

F’Punt 1.2 tiżdied is-sentenza li ġejja: "Dan jgħodd kemm meta l-vettura tkun wieqfa kif ukoll meta tkun miexja."

Punt 2.3 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"2.3. "Wiċċ estern" tfisser l-estern tal-vettura inklużi l-bonnet, il-bieba tal-kompartiment tal-bagalji, il-bibien, il-ġnub, is-saqaf, il-mezzi ta’ dawl uta’ sinjalazzjoni bid-dawlmezz u l-komponenti t’infurzar viżibbli;"

Punt 2.4 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"2.4. "Linja ta’ l-art" tfisser il-linja li tkun iddeterminata kif ġej:

suċċessivament ippostja madwar vettura mgħobbija kon b’assi vertikali l-ogħli ta’ liema mhux iddefinit, u b’nofs angolu ta’ 30° b’tali mod li dan jagħmel kuntatt, kostantament u fl-iktar baxx possibbli, mas-superfiċi estern tal-vettura. Il-linja ta’ l-art hija l-marka ġeometrika ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt. Fid-determinazzjoni tal-linja ta’ l-art ma għandhomx jittieħdu in konsiderazzjoni l-punti tal-jacking, il-pajpijiet ta’ l-exhaust jew ir-roti. L-ispazju ta’ l-arkati tar-roti jitqiesu li huma mimlija b’superfiċi immaġinarja li tifforma kontinwazzjoni lixxa tas-superfiċi esterna li jiċċirkondaha. Fiż-żewġt itruf tal-vettura l-bumper jittieħed in konsiderazzjoni meta tkun qiegħda tiġi stabbilita l-linja ta’ l-art. Skond il-vettura partikulari l-marka tal-linja ta’ l-art tista’ ssib ruħha fl-estremità tas-sezzjoni tal-bumper jew mal-panel tal-karozzerija taħt il-bumper. Fejn tnejn jew iktar punti tal-kuntatt iseħħu simultanjament, l-iktar punt baxx tal-kuntatt jintuża biex tkun stabbilita l-linja ta’ l-art;"

Punt 2.5 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"2.5. "Raġġ tal-kurvatura" tfisser ir-raġġ ta’ l-ark ta’ ċirku li jiġi l-eqreb lejn il-forma tonda tal-komponent li qed jiġi kkunsidrat;"

Wara l-punt 2.5 għandhom jiżdiedu l-punti ġodda segwenti: 2.6, 2.7, 2.8 u 2.9:

"2.6. "Vettura mgħobbija" tfisser il-vettura mgħobbija sal-massimu tal-massa teknika permessa. Vetturi armati b’sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew mezzmezz għal illivellar awtomatiku skond it-tagħbija għandhom ikunu ttestjati fl-iktar kondizzjoni avversa ta’ tħaddim normali tal-vettura speċifikati mill-manifattur.

2.7. "It-tarf ta’ barra nett" tal-vettura jfisser, in relazzjoni mal-ġnub tal-vettura l-pjan parallel għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura li jaħbat mat-tarf laterali estern tagħha, u, in relazzjoni mat-truf ta’ quddiem u wara, il-pjan transversali perpendikulari tal-vettura li jaħbat mat-truf ta’ quddiem u wara esterni, mingħajr ma tittieħed konsiderazzjoni tal-proġettazzjoni:

2.7.1. ta’ tyres ħdejn il-punt ta’ kuntatt ma’ l-art, u ta’ konnessjonijiet għal gauges tal-pressa tat-tyres;

2.7.2. ta’ kwalunkwe mezz kontra l-iskidjar li jista’ jkun immuntat fuq ir-roti;

2.7.3. tal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara;

2.7.4. il-fanali ta’ l-indikatur tad-direzzjoni tal-ġnub, il-fanali li jimmarkaw il-profil tat-tarf, il-fanali tal-pożizzjoni(tal-ġnub) ta’ wara u ta’ quddiem u tal-fanali ta’ l-ipparkjar;

2.7.5. f’relazzjoni mat-truf ta’ quddiem u ta’ wara, il-partijiet immuntati fuq il-bumpers, ta’ mezzi ta’ l-irmunkar u tal-pajpijiet ta’ l-exhaust;

2.8. "Id-dimensjoni ta" l-isporġenza’ ta’ komponent immuntat fuq panel tfisser id-dimensjoni stabbilita bil-metodu deskritt fl-Anness II, punt 2.

2.9. "Il-linja nominali ta"panel’ tfisser il-linja li tgħaddi minn żewġ punti rappreżentati mill-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ sfera meta l-wiċċ tagħha tagħmel l-ewwel u l-aħħar kuntatt tagħha ma’ komponent waqt il-proċedura tal-kejl deskritta fl-Anness II, punt 2.2."

Punt 3 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

3.1. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE GĦAL TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TA’ L-ISPORĠENZI ESTERNI TAGĦHA

3.1.1. L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-isporġenzi esterni tagħha għandha tkun sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3.1.2. Din għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt:

3.1.2.1. ritratti tal-partijiet ta’ quddiem, ta’ wara u tal-ġnub tal-vettura meħuda minn angolu ta’ 30° sa 45° għall-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura;

3.1.2.2. disinni tal-bumpers;

3.1.2.3. fejn xieraq, disinni ta’ sporġenzi esterni speċifiċi u, jekk meħtieġ, ta’ ċerti sezzjonijiet tal-wiċċ estern imsemmi fil-punt 6.9.1.

3.1.3. Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tkun approvata għandha tkun sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip. Fuq talba tas-servizz tekniku, il-komponenti speċifiċi jew kampjuni tal-materjali użati għandhom ikunu sottomessi bl-istess mod.

3.2. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE rigward xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jewaerialstar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati

3.2.1. Applikazzjonijiet għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE rigward xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jew aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom ikunu sottomessi mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur ta’ unitajiet tekniċi separati msemmija qabel, jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.

3.2.2. Għal kull tip ta’ kwalunkwe wieħed mill-imezzi li hemm riferenza għalihom fil-punt 3.2.1 hawn fuq, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dan li ġej:

3.2.2.1. Kopji tripliċi ta’ dokumenti li jispeċifikaw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-unità teknika separata u l-istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ li se jkun mogħti ma’ kull unità teknika separata mibjugħa;

3.2.2.2. Kampjun tat-tip ta’unità teknika separata. Jekk l-awtorità responsabbli tikkonsidra meħtieġ, tista’ titlob kampjun ieħor. Il-kampjuni għandhom ikunu iskritti bil-marka speċifikata fl-Artikolu 9A (3) tad-Direttiva 70/156/KEE b’mod ċar u indelibbli. Sa fejn huma kkonċernati l-ixtillieri tal-bagalji u l-ixtillieri ta’ l-iskijjar, għandu jsir provvediment għall-wiri obbligatorju sussegwenti tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jkun preċedut mill-ittra(i) tar-reġistrazzjoni internazzjonali tal-pajjiż li jagħti tali approvazzjoni [1]."

Punt 4.6 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"4.6.1. Meta l-approvazzjoni tingħata għal applikazzjoni taħt punt 3.1, formula konformi mal-mudell fl-Anness III għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

4.6.2. Meta tingħata l-approvazzjoni għal applikazzjoni taħt punt 3.2, għandha tinħareġ formula konformi mal-mudell fl-Anness IV.

4.6.3. Fejn issir riferenza f’applikazzjoni taħt il-punt 3.1 għal formula tat-tip illustrat fl-Anness IV, il-kamp ta’ applikazzjoni tat-test tal-vettura għandu jkun ridott kif imiss fir-rigward ta’ l-isporġenzi esterni. F’tali każijiet, iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura għandu jkun akkumpanjat minn kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-unità teknika separata"

Punt 5.1.3. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"5.1.3. hekk lokati li, fil-kondizzjoni statika tagħhom kif ukoll meta jkunu jaħdmu, ma jkunux jistgħu jkunu kkuntattati minn sfera ta’ dijametru ta’ 100 mm."

Punt 5.4 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"5.4. Ebda parti sporġenti mis-superfiċi esterna m’għandha jkollha raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm. Din il-ħtieġa ma tapplikax għal partijiet tas-superfiċi esterna li joħorġu ’l barra inqas minn 5 mm, imma l-angolu li jħarsu ’l barra ta’ tali partijiet għandhom ikunu mxellfa, barra fejn tali partijiet joħorġu ’l barra inqas minn 1,5 mm."

Punt 5.5 jiżdidulu s-sentenzi li ġejjin: "Il-kejl ta’ għebusija għandu jittieħed bil-komponent kif installat fuq il-vettura. Fejn huwa impossibbli li jitwettaq kejl ta’ l-għebusija bil-proċedura Shore A, kejl komparabbli għandu jintuża għall-valutazzjoni."

Wara l-punt 5.5, jiżdied il-punt il-ġdid 5.6 li ġej:

"5.6. Id-dispożizzjonijiet tal-punti t’hawn fuq 5.1 sa 5.5 għandhom japplikaw flimkien ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-punt 6 segwenti, għajr fejn dawn l-ispeċifikazzjonijiet partikulari espressament jipprovdu mod ieħor."

Punt 6.1.1 jiżdidulu s-sentenzi li ġejjin: "Biex tapplika l-forza 10 daN, għandha tintuża virga bit-tarf ċatt ta’ dijametru ta’ mhux iktar minn 50 mm. Fejn dan mhux possibbli, jintuża metodu ekwivalenti. Wara li l-ornamenti jkunu ritrakkati, distakkati jew mimlija, l-isporġenzi li jifdal ma għandhomx jipproġettaw iktar minn 10 mm. Dawn l-isporġenzi fi kwalunkwe każ ikunu jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 5.2. Jekk l-ornament ikun immuntat fuq bażi, din il-bażi tkun meqjusa bħala li tippartjeni lill-ornament u mhux lill-wiċċ sapportanti."

Punt 6.1.3 għandu jkun imħassar.

Punt 6.2.1 għandu jkun ikkompletat kif ġej: "Fil-każ ta’ dawl ta’ quddiem immuntat wara superfiċi trasparenti addizzjonali, l-isporġenza tkun imkejla mill-iktar parti ’l barra tas-superfiċi trasparenti. L-isporġenzi ikunu determinati skond il-metodu deskritt fil-punt 3 ta’ l-Anness II."

Wara l-punt 6.2.2, jiżdied il-punt il-ġdid 6.2.3 li ġej:

"6.2.3. Id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.2.1 t’hawn fuq ma japplikawx għall-headlights li huma mgħaddsa fil-karozzerija jew li jesporġu mill-karrozzerija, jekk ta’ l-aħħar huwa konformi mal-kondizzjonijiet tal-punt 6.9.1."

Punt 6.3.1. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"6.3.1. Il-kondizzjonijiet tal-punt 5.4 m’għandhomx japplikaw għal spazji bejn elementi fissi u li jiċċaqilqu, inklużi dawk li jiffurmaw parti minn gradi għad-dħul u l-ħruġ ta’ l-arja u gradi tar-radjatur, basta li d-distanza bejn elementi konsekuttivi ma teċċedix l-40 mm u basta li l-gradi u l-ispazji jkollhom skop funzjonarju. Għal spazji ta’ bejn 40 mm u 25 mm ir-radji tal-kurvatura jkunu 1 mm jew iktar. Madankollu, jekk id-distanza bejn żewġ elementi konsekuttivi hija ugwali għal jew inqas minn 25 mm, ir-radji tal-kurvatura ta’ l-uċuħ esterni ta’ l-elementi m’għandhomx ikunu inqas minn 0,5 mm. Id-distanza bejn żewġ elementi konsekuttivi tal-gradi u l-ispazji tkun iddeterminata skond il-metodu deskritt fil-punt 4 ta’ l-Anness II."

Punt 6.4.1. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"6.4.1. Il-muntaġġi tal-wiper tal-windscreen għandhom ikunu tali li x-xaft tal-wiper ikun fornut b’qafas protettiv li jkollu raġġ ta’ kurvatura li jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-punt 5.4 t’hawn fuq u arja ta’ superfiċi tat-tarf ta’ mhux inqas minn 150 mm2. Fil-każ ta’ koperturi ttundjati, dawn għandu jkollhom arja li tisporġi minima ta’ 150 mm2 meta mkejla mhux inqas minn 6,5 mm mill-ibgħad punt ta’ l-isporġenza. Dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu wkoll sodisfatti mill-wipers tat-tieqa ta’ wara u l-wipers tal-headlights."

Punt 6.4.2. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"6.4.2. Ilpunt 5.4 ma japplikax għall-blades tal-wipers jew għal xi membri ta’ appoġġ. Madankollu, dawn l-unitajiet għandhom iunu magħmulin tali li ma jkollhom ebda anglu jaqta’ jew ippuntat jew partijiet li jaqtgħu."

Punt 6.5.1. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"6.5.1. It-truf tal-bumpers għandhom ikunu mdawra ’l gewwa lejn is-superfiċi esterna sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ gganċjar. Din il-ħtieġa hija meqjusa li tkun issodisfatta jekk jew il-bumper huwa mdaħħal ’il ġewwa jew integrat fil-karrozzerija jew it-tarf tal-bumper huwa mdawwar ’il ġewwa tant li mhux kuntattabbli minn sfera ta’ 100 mm u l-ispazju bejn tarf il-bumper u l-karrozzerija li jdawru ma jeċċedix l-20 mm."

Wara l-punt 6.5.2, jiżdied il-punt il-ġdid 6.5.3 li ġej:

"6.5.3. Il-ħtieġa tal-punt 6.5.2 ma għandhiex tapplika għal partijiet fuq jew tal-bumper jew ta’ l-insets tal-bumper li għandhom sporġenza ta’inqas minn 5 mm, b’riferenza speċjali għall-jointcovers u l-ġettijiet ta’ l-ilma tal-ħasil tal-headlight; imma l-angoli ta’ tali partijiet li jiffaċċjaw ’il barra għandhom ikunu spuntati, barra fejn tali partijiet joħorġu inqas minn 1,5 mm."

Punt 6.6 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"6.6. MANILJI, ĊAPPETTI UPUSH BUTTONSTAL-BIBIEN, KOMPARTIMENTI TAL-BAGALJI UBONNETS, GĦOTJIEN TAL-FILLERTAT-TANK TAL-KARBURANT U GĦOTJIEN.

6.6.1. L-isporġenza m’għandhiex teċċedi l-40 mm fil-każ ta’ manilji ta’ bieb jew ta’ kompartiment tal-bagalji u 30 mm fil-każijiet l-oħra kollha.

6.6.2. Jekk il-manilji tal-bibien laterali jduru biex jaħdmu, huma għandhom jissodisfaw waħda jew oħra minn dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

6.6.2.1. Fil-każ ta’ manilji li jduru parallelament mal-pjan tal-bieba t-tarf miftuħ tal-manilji għandu jkun dirett lejn in-naħa ta’ wara. It-tarf ta’ tali maniljij għandu jkun imdawwar lura lejn il-pjan tal-bieba u ffittjat f’surround protettiv jew inkella jkun imdaħħal ’il ġewwa.

6.6.2.2. Il-manilji li jduru ’l barra fi kwalunkwe direzzjoni li mhix parallela mal-pjan tal-bieba għandhom, meta jkunu fil-pożizzjoni magħluqa, ikunu mdawrin b’madwar protettiv jew inkella mdaħħlin ’il ġewwa. It-tarf miftuħ ikun iħares jew lejn in-naħa ta’ wara jew ’l isfel.

Minkejja dan, manilji li ma jkunux konformi ma’ din l-aħħar kondizzjoni jistgħu jkunu aċċettati kemm-il darba:

- ikollhom mekkaniżmu ta’ ritorn indipendenti,

- jekk il-mekkaniżmu tar-ritorn ma jaħdimx, ma jistgħux jipproġettaw iktar minn 15-il mm,

- jikkonformaw, f’tali pożizzjoni miftuħa, mad-dispożizzjonijiet tal-punt 5.4, u

- l-arja tas-superfiċi tat-tarf tagħhom, meta mkejla mhux iktar minn 6,5 mm mill-punt l-iktar sporġenti, hija inqas minn 150 mm2."

Punt 6.7 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"6.7. ROTI, SKORFINI TAR-ROTI,HUB CAPSUDISCSTAR-ROTI"

Punt 67.2. għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"6.7.2. Ir-roti, l-iskorfini tar-roti, il-hup caps u d-discs tar-roti ma għandu jkun fihom ebda sporġenza ppuntata jew taqta li testendi ’l hemm mill-pjan tar-rimm tar-rota. Wing Nuts ma għandhomx ikunu permessi."

Punt 6.8.1 għandu jiġi miżjud bis-segwenti sentenza: "Tarf mhux protett ikun ikkunsidrat li jkun milwi lura jew jekk ikun milwi lura b’approssimattivament 180°, jew jekk ikun milwi lejn il-karrozzerija b’tali mod li ma jkunx jista’ jkun ikkuntattjat bi sfera li jkollha dijametru ta’ 100 mm."

L-aħħar linja tal-punt 6.9.1. tkun taqra: "… L-Anness II, Punt 1." Minflok "… L-Anness II"

Punt 6.11 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"6.11. MENSULI TA’ L-IĠĠAKKJARU PAJPIJIET TA’ L-EXHAUST

6.11.1. Il-mensuli ta’ l-iġġakkjar u l-pajp(ijiet) ta’ l-exhaust m’għandhomx jipproġettaw iktar minn 10 mm ’il hemm mill-isporġenza vertikali tal-linja ta’ l-art li tkun vertikalment fuqhom. Bħala eċċezzjoni għal din il-ħtieġa pajp ta’ l-exhaust jista’ jisporġi iktar minn 10 mm ’il hemm mill-isporġenza vertikali tal-linja ta’ l-art, dement li jispiċċa bi truf tondi, bir-raġġ minimu tal-kurvatura jkun 2,5 mm."

Wara l-punt 6.11, jiżdiedu l-punti il-ġodda 6.12 sa 6.18 li ġejjin:

"6.12. FLAPSGĦAD-DĦUL U L-ĦRUĠ TA’ L-ARJA

6.12.1. Il-flaps għad-dħul u l-ħruġ ta’ l-arja għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punti 5.2, 5.3 u 5.4 fil-pożizzjonijiet kollha ta’ l-użu.

6.13. SAQAF

6.13.1. Soqfa li jinfetħu għandhom ikunu kkunsidrati biss fil-pożizzjoni magħluqa.

6.13.2. Vetturi konvertibbli għandhom jiġu eżaminati bil-hood kemm fil-pożizzjoni mtella’ kif ukoll imniżżla.

6.13.2.1. Bil-hood imniżżla, m’għandu jsir ebda eżami tal-vettura f’superfiċi immaġinarja iffurmat mill-hood meta tkun fil-pożizzjoni mtella’.

6.13.2.2. Fejn għatu għal-linkage tal-hood meta tkun mitwija huwa pprovdut bħala apparat standard, l-eżami jsir bl-għatu fil-pożizzjoni tiegħu.

6.14. TWIEQI

6.14.1. Twieqi li jiċċaqilqu ’l barra mis-superfiċi estern tal-vettura għandhom ikunu konformi mas-segwenti dispożizzjonijiet fil-pożizzjonijiet kollha ta’ l-użu:

6.14.1.1. Ebda xifer espost ma għandu jkun iħares ’il quddiem;

6.14.1.2. Ebda parti tat-tieqa ma’għandha tisporġi lil hemm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

6.15. MENSULI TAL-PJANĊA TAR-REĠISTRAZZJONI

6.15.1. Mensuli li jservu bħala appoġġ ipprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tal-punt 5.4 ta’ dan l-Anness jekk huma kuntattabbli bi sfera ta’ dijametru ta’ 100 mm meta l-pjanċa tar-reġistrazzjoni tkun immuntata skond ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-vettura.

6.16. XTILLIERI TAL-BAGALJI U XTILLIERI TA’ L-ISKIJJAR

6.16.1. Xtillieri tal-bagalji u xtillieri ta’ l-iskijjar għandhom jitwaħħlu mal-vettura hekk li jeżisti illokkjar pożittiv almenu f’direzzjoni waħda u li forzi orizzontali, lonġitudinali u trasversali li jistgħu jiġu trasmessi jkunu ta’ l-inqas ugwali għall-kapaċità ta’ l-issapportjar tat-tagħbija vertikali ta’ l-ixtilliera kif speċifikat mill-manifattur tagħha. Għat-test ta’ l-ixtilliera tal-bagalji u ta’ l-ixtilliera ta’ l-iskijjar armati mal-vettura skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, it-tagħbijiet tat-test ma jkunux applikati f’punt wieħed biss.

6.16.2. Uċuħ li, wara l-installazzjoni ta’ l-ixtilliera, jistgħu jkunu kkuntattjati bi sfera ta’ diametru ta’ 165 mm ma jkollhomx partijiet b’raġġ ta’ kurvatura inqas minn 2,5 mm, dement li d-dispożizzjonijiet ta’ 6.3 ikunu jistgħu jiġu applikati.

6.16.3. Elementi ta’ l-irbit bħal boltijiet li jkunu ssikkati jew maħlula mingħajr għodda ma jisporġux iktar minn 40 mm ’il hemm mill-uċuħ li hemm riferenza għalihom f’6.16.2, l-isporġenza tkun iddeterminata skond il-metodu preskritt fl-Anness II, punt 2, imma waqt li tintuża sfera ta’ diametru ta’ 165 mm f’dawk il-każijiet fejn il-metodu preskritt fil-punt 2.2 ta’ dak l-Anness ikun impjegat.

6.17. AERIALSTAR- RADJU RIĊEVENTI JEW TRASMITTENTI

6.17.1. Aerials tar-radju riċeventi jew trasmittenti għandhom ikunu ffittjati mal-vettura b’tali mod li jekk il-parti mhux imwaħħla tagħhom hija inqas minn 2 m mis-superfiċi tat-triq fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ l-użu speċifikata mill-manifattur ta’ l-aerial, dan għandu jkun ġewwa ż-żona mdawra mill-pjani vertikali li huma 10 ċm fit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura kif iddefinit fil-punt 2.7.

6.17.2. Barra minn hekk, l-aerials għandhom ikunu hekk iffittjati mal-vettura, u jekk ikun meħtieġ it-truf tagħhom mhux imwaħħla hekk ristretti, li ebda parti mill-aerials ma toħroġ ’il barra mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura kif definit fil-punt 2.7.

6.17.3. Ix-xafts ta’ l-aerials jista’ jkollhom raġġi ta’ kurvatura t’inqas minn 2,5 mm. Madankollu, it-truf mhux imwaħħla jkunu ffittjati b’cappings fissi, ir-raġġi tal-kurvatura ta’ liema ma jkunux inqas minn 2,5 mm.

6.17.4. Il-bażijiet ta’ l-aerials ma jisporġux iktar minn 30 mm meta ddeterminati skond il-proċedura ta’ l-Anness II, punt 2. Madankollu, f’każ t’aerials bl-amplifikaturi mibnija mal-bażi, dawn il-bażijiet jistgħu jisporġu sa 40 mm.

6.18. ISTRUZZJONIJIET TA’ L-ASSEMBLAĠĠ

6.18.1. Xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar u aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti li jkunu ġew approvati tat-tip bħala unitajiet tekniċi separati ma jistgħux ikunu offruti għall-bejgħ, mibjugħa jew mixtrija dement li ma jkunux akkumpanjati mill-istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ. L-istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ ikun fihom biżżejjed informazzjoni li tippermetti li komponenti approvati biex ikunu mmuntati fuq il-vettura b’mod li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-punti 5 u 6. Partikolarment, il-pożizzjonijiet ta’ l-użu għandhom ikunu indikati għal aerials teleskopiċi."

L-ANNESS II

It-Titolu għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONIJIET TA’ L-ISPORĠENZI U L-ISPAZJI"

Punt 1 għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"1. IL-METODU LI JIDDETERMINA L-GĦOLI TA’ L-ISPORĠENZI TA’ LIWI FIL-PJANĊI TAL-KAROZZERIJA"

Il-punti preżenti 1, 2, 3 u 4 jiġu nnumerati mill-ġdid u jsiru l-punti 1.1, 1.2, 1.3 u 1.4.

Wara l-punt 1, għandhom jiżdiedu l-punti ġodda segwenti: 2, 3, u 4:

"2. METODU TAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONI TA’ L-ISPORĠENZA TA’ KOMPONENT IMMUNTAT FUQ IS-SUPERFIĊI ESTERN

2.1. Id-dimensjoni ta’ l-isporġenza ta’ komponent li jkun immuntat fuq superfiċi convex jista’ jkun iddeterminat jew direttament jew inkella b’riferenza għal disinn ta’ sezzjoni xierqa ta’ dan il-komponent fil-kondizzjoni installata tiegħu.

2.2. Jekk id-dimensjoni ta’ l-isporġenza ta’ komponent li huwa mmuntat fuq superfiċi oħra li mhix convex ma tistax tkun iddeterminata b’kejl sempliċi, din għandha tkun iddeterminata bil-varjazzjoni massima tad-distanza taċ-ċentru ta’ sfera ta’ diametru ta’ 100 mm mil-linja nominali tal-pjanċa meta l-isfera titgħadda minn fuqha u hija f’kuntatt kostanti mal-komponent. Il-Figura 3 turi eżempju ta’ l-użu ta’ din il-proċedura.

3. METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ L-ISPORĠENZI TA’ VIŻIERI U RIMMIJIET TAL-HEADLIGHTS

3.1. L-isporġenza mis-superfiċi esterna tal-headlight għandha tkun imkejla orizzontalment mill-punt tal-kuntatt ta’ sfera ta’ diametru ta’ 100 mm kif muri fil-Figura 4.

4. METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONI TA’ L-ISPAZJU BEJN ELEMENTI TA’ GRADA

4.1. Id-dimensjoni ta’ vojt jew spazju bejn elementi ta’ grada tkun iddeterminata bid-distanza bejn żewġ pjani li jgħaddu mill-punti tal-kuntatt ta’ l-isfera u perpendikularment għal-linja li tgħaqqad żewġ punti tal-kuntatt. Il-Figuri 5 u 6 juru eżempji ta’ l-użu ta’ din il-proċedura."

Wara il-Figura 2 żid il-Figuri 3 sa 6

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS III:

It-Titolu għandu jkun miktub mill-ġdid kif ġej:

"L-ANNESS III

MUDELL"

+++++ TIFF +++++

Wara l-Anness III, għandu jiżdied l-Anness IV il-ġdid li ġej:

"

L-ANNESS IV

MUDELL

(Format Massimu: A4 (210 X 297 mm)

+++++ TIFF +++++

"

[1] B = il-Belġju, D = il-Ġermanja, DK = id-Danimarka, F = Franza, GB = ir-Renju Unit, I = Italja, IRL = l-Irlanda, L = il-Lussemburgu, NL = L-Olanda.

--------------------------------------------------