Official Journal L 033 , 08/02/1979 P. 0036 - 0040
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0168
Greek special edition: Chapter 03 Volume 24 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0168
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0126
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 15 P. 0126
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tiprojbixxi it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi (79/117/KEE) Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u partikularment l-Artiklu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-produzzjoni tal-pjanti għandha rwol importanti ħafna fil-Komunità Ekonomika Ewropeja; Billi l-ġbir minn dik il-produzzjoni qiegħed kontinwament jiġi effettwat minn organiżmi ħżiena u ħaxix ħażin; billi huwa assolutament essenzjali li jipproteġu l-pjanti kontra dawn ir-riskji sabiex jipprevjenu nuqqas fil-ġbir u għalhekk jgħinu biex jassiguraw id-disponabbiltà ta’ provvisti; Billi wieħed mill-metodi l-aktar importanti tal-protezzjoni tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u ż-żieda tal-produttività ta’ l-agrikoltura huwa li jintużaw prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti; Billi l-effetti ta’ dawn il-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti jistgħu ma’jkunux għall-kollox favorevoli għall-produzzjoni tal-pjanti; billi l-użu tagħhom jista jinvolvi riskji għall-bniedem, fi prinċipju, huma sustanzi tossiċi jew preparazzjonijiet b’effetti perikolużi; Billi fil-każ ta’ ċerti prodotti ta’ produzzjoni tal-pjanti, dawn ir-riskji huma daqshekk kbar li l-użu tagħhom ma’ jistax jiġi totalment jew parzjalment tollerat; Billi l-Istati Membri għalhekk mhux biss ikkontrollaw it-tqiegħid fis-suq ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti imma wkoll introduċew, għall-ċerti prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet ta’ l-użu, li jkopri wkoll it-tqegħid fis-suq; Billi dawn id-disposizzjonijiet ivarjaw fil-varji istati membri u rriżultaw f’ostaklu għall-kummerċ li direttament jaffetwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq komuni; Billi għalhekk huma mixtieq li jkunu eliminati dawn l-ostakli u jaġġustaw id-disposizzjonijiet rilevanti stabbiliti mill-istati membri b’liġi, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi; Billi għalhekk jidher li huwa ġġustifikat, bħala prinċipju bażiku, li jintroduċu projbizzjonijiet dwar l-użu ta’ kull prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li, anke meta jiġu użati korrettament għall-użu intiż, jgħatu bidu jew x’aktarx li joħolqu l-effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew għall-effetti mhux ġustifikati fuq l-ambjent; Billi għall-uħud minn dawn il-prodotti ta’ protezzjani tal-pjanti, derogi nazzjonali jistgħu, b’danakollu, jkunu permissibbli għall-daqs limitat għal dak l-użu meta, għall-raġunijiet ekoloġiċi, teżisti ħtieġa partikolari u meta r-riskju huwa inqas fil-każ ta’ użu ieħor li jkun sanzjonat minn qabel; Billi anke dawn id-derogi għandhom ikunu mnaqqsa gradwalment hekk kif trattamenti anqas perikolużi jkunu disponibbli; Billi, min-naħa l-oħra, huwa neċessarju għall-għoti lill-istati membri ta’dritt limitat ta’ sospensjoni temporanja, bl-awtoritá tagħom, il-projbizzjonijiet ta’ użu fil-każ ta’ periklu mhux prevedut ta’ theddid għall-produzzjoni tal-pjanta li ma’ tistax tkun akwistata b’ mezzi oħrajn; Billi id-Direttivi jeskludu prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti intiżi għal skopijiet ta’ riċerka u analitiċi; Billi, aktar minn hekk, m’huwiex xieraq li japplikaw id-disposizzjonijiet tal-komunitá għall-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, peress li ġeneralment dawn il-pajjiżi għandhom ir-regolamenti tagħom Billi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-adozzjoni ta’ l-Anness tagħha għall-iżvilupp tat-tagħrif tekniku u xjentifiku li jeħtieġu kooperazzjoni stretta bejn il-kummissjoni u l-stati membri; billi l-proċedura, għall-preżent, limitata fiż-żmien - tal-kumitat permanenti dwar is-saħħa tal-pjanti u l-involviment ta’ kumitat xjentifiku għall-pestiċidi toffri bażi xierqa għall-dan, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Din id-Direttiva tikkonċerna l-projbizzjoni ta’ ħruġ fis-suq u l-użu ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta’ din id-direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: 1. Prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti Sustanzi attivi u preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza attiva waħda jew aktar li huma intiżi: 1.1. għall-qerda ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti jew biex ikunu protetti minn organiżmi bħall-dawn, sa kemm dawn is-sustanzi jew preparazzjonijiet m’humiex definiti fid-disposizzjonijiet li ġejjin; 1.2. sabiex tinfluwenza l-proċess tal-ħajja tal-pjanti, apparti milli bħala nutrijent1; 1.3. sabiex tippreserva l-prodotti tal-pjanti, sa kemm dawn is-sustanzi jew prodotti m’ħumiex suġġetti għal-disposizzjonijiet speċjali tal-kunsill jew kummissjoni dwar il-preservattivi; 1.4. sabiex jinqerdu pjanti mhux mixtieqa; jew 1.5. sabiex jinqerdu partijiet ta’ pjanti jew biex jipprevjenu tkabbir mhux mixtieq ta’ pjanti. 2. Sustanzi Elementi kimiċi u taħlit tagħhom, meta jseħħu naturalment jew b’manifattura 3. Preparazzjonijiet Taħlitiet jew soluzzjonijiet komposti minn tnejn jew aktar sustanzi, jew ta’ mikro-organiżmi jew mikrobi użati bħala prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti. 4. Sustanzi attivi Sustanzi, mikro-organiżmi u mikrobi, li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika: 4.1. Kontra organiżmi ta’ ħsara; jew 4.2. Fuq pjanti, partijiet ta’ pjanti jew prodotti tal-pjanti. 5. Pjanti Pjanti ħajjin jew partijiet ta’ pjanti ħajjin, inkluż il-frott frisk u ż-żerriegħa. 6. Prodotti tal-pjanti Prodotti, fl-istat mhux proċessat jew minn preparazzjoni sempliċi bħal tħin, tnixxif jew l-ippressar, meħuda minn pjanti, imma esklużi l-pjanti innfushom kif definiti fil-punt 5. 7. Organiżmi ta’ ħsara Pesti ta’ pjanti jew ta’ prodotti tal-pjanti, li jappartjenu lir-renji ta’ l-annimali jew tal-pjanti, jew li huma mikrobi, mikoplażmi jew patoġeni oħrajn 8. Annimali Annimali li jippartjenu għall-speċi normalment mitmugħa u miżmuma jew ikkonsumati mill-bniedem 9. Ħruġ fis-suq Kull trasferiment ta’ pussess, kemm bill-ħlas jew b’xejn. 10. Ambjent Ir-relazzjoni tal-bnedmin ma’ l-ilma, l-arja, l-art u l-forom bioloġiċi kollha:. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ta’ waħda jew aktar sutanzi attivi elenkati fl-anness ma jistgħux la li joħorġu fis-suq u l-anqas li jkunu wżati. L-ewwel paragrafu m’għandux japplika għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom impuritajiet negliġibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar tagħhom, basta li ma jkollhomx effetti ħżiena fuq il-bniedem, l-annimali, jew l-ambjent. Artikolu 4 1. Bhala deroga mill-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom ikunu temporanjament awtorizzati li jippermettu l-ħruġ fis-suq jew l-użu ġewwa t-territorju tagħhom tal- prodotta tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom uħud mis-sustanzi elenkati fl-ewwel kolonna ta’ l-anness fil-każi stabbiliti fit-tieni kolonna. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-kummissjoni b’xi każi li fihom il-paragrafu 1 jkun applikabbli u, jekk il-kummissjoni hekk titlob, għandhom jipprovduha bid-dettalji tal-limitu li kull sustanza attiva bħal din tkun użata. Artikolu 5 Id-direttiva m’għandiex tapplika għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti intiżi għal: (a) l-użu ta’ riċerka jew analiżi; jew (b) esportazzjoni pajjiżi terzi. Artikolu 6 1. Wara konsultazzjoni mill-Kummissjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-pestiċidi li huwa stabbilit permezz tad-deċiżjoni 78/436/KEE [1] ĠU L 124, tat-12.5.1978, p. 16. dan li ġej għandu jkun adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8: (a) xi emendi meħtieġa fil-gruppi a (komposti ta’ merkurju) u b (komposti ta’ organo-klorin persistenti) tas-sustanzi fil-kolonna 1 ta’ l-Anness; (b) xi emendi meħtieġa għall-kolonna 2 ta’ l-Anness. Jekk deroga għandha tiġi kanċellata, konsultazzjoni minn qabel mal-Kumitat Xjentifiku m’għandhiex tkun meħtieġa, basta li l-Istati Membri kollha jinfurmaw lill-Kummissjoni li m’għandhomx jew m’għadx għandhom l-intenzjoni li jagħmlu użu minn dik id-deroga. Din l-informazzjoni tista tkun fornuta lill-Kumitat Permanenti dwar is-saħħa tal-pjanti stabbilit bid-Deċiżjoni 76/894/KEE [2] ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 25.. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 1981. Il-kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista jiddeċiedi li jestendi l-perjodu tal-validità tal-paragrafu 1 jew li jneħħi kull limitu dwar l-applikazzjoni tiegħu. 3. Xi emendi għall-Anness li ma hemmx disposizzjoni dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. 4. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-anqas kull sentejn jekk u sa liema estent it-tieni kolonna ta’ l-Anness għandha tkun emendata. 5. L-emendi kollha għall-Anness għandhom jiġu magħmula bir-raġuni tal-iżviluppar tat-tagħrif xjentifiku u tekniku. 6. Is-sustanza attiva għandha tiġi inkluża fl-Anness 1 jekk, anke meta applikata kif suppost għall-iskop intiż, l-użu tagħha jagħti bidu jew ikun probabbli li jagħti bidu għal: (a) effetti ħżiena fuq is-saħħa umana jew ta’ l-annimali;; (b) effetti ħżiena mhux raġjonevoli fuq is-saħħa umana jew ta’ l-annimali. Artikolu 7 1. Jekk ikun jidher meħtieġ li, minħabba periklu mhux mistenni li jhedded il-produzzjoni tal-pjanti li ma’ jistax jiġi miżmum b’ modi oħra, li jintuża fl-Istati Membri prodott tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih waħda jew aktar sustanza attiva minn dawk elenkati fl-anness, l-Istat Membru f’dan il-każ jista jippermetti l-ħruġ fis-suq u l-użu ta’ prodott bħall dan għall-perjodu massimu ta’ 120 jum għandu jinforma immedjatament lill-istati membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bl-azzjoni tiegħu. 2. Għandu jkun stabbilit mingħajr dewmin fi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8, jekk u, f’dak il-każ, taħt liema kondizzjonijiet l-azzjoni meħuda mill-Istat Membru permezz tal-paragrafu 1 tista tibqa’ jew li tkun ripetuta. Artikolu 8 1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, din il-materja għandha tkun riferuta mingħajr dewmin mill-President, kemm fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ Stat Membru, lejn il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, minn hawn il-quddiem imsemmi bħala "il-Kumitat". 2. Fi ħdan il-Kumitat il-voti tal-Istati Membri għandhom ikunu miżuna kif hemm ipprovdut dwar dan fl-artikolu 148(2) tat-Trattat. il-President m’għandux jivvota. 3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta abbozz tal-miżuri li għandhom ikunu adottati. il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu dwar miżuri bħal dawn fil-perjodu taż-żmien stabbilit mill-President wara li jkun qies l-urġenza ta’ din il-materja. l-opinjonijiet għandhom ikunu adottati bil-maġġoranza tal-41 vot. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta il-miżuri u timplimenthom meta jkunu bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat. Il-Kunsill għandu jadotta il-miżuri b’maġġoranza kwalifikata. Jekk il-Kunsill ma jkunx adotta xi miżuri fi żmien tlett xhur minn meta l-proposta tkun ġiet ippreżentata lilu, l-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri kif ipproponuti u timplimenthom minnufih. Artikolu 9 L-Istati Membri għandhom mhux aktar tard mill-1 ta’ jannar 1981, idaħħlu fis-seħħ, il-liġijiet, ir-regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni b’dan. Artikolu 10 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, il-21 ta’ Diċembru 1978. Għall-Kunsill Il-President Otto Graf Lambsdorff [1] ĠU C 200, tas-26.8.1976, p. 10. [2] ĠU C 30, tas-7.2.1977, p. 38. [3] ĠU C 114, tal-11.5.1977, p. 16. -------------------------------------------------- ANNESS Ismijiet ta' sustanzi attivi jew gruppi ta' sustanzi attivi riferutI fl-Artikolu 3 | Każi fejn b'konformità mal-Artikolu 4 huwa permissibbli il-ħruġ fis-suq jew l-użu | A. Taħlit tal-Merkurju | | 1.Ossidu tal-Merkurju | Bħala żebgħa għat-trattament ta'Nectria galligena (kankru)fuq siġar ta' frott pomaċew wara l-ħsad u sakemm titlaqqam bir-rimi | 2.Kloru tal-Merkurju (calomel) | (a)Kontra Plasmodiaphora fuqil-Brassika(b)Trattament ta' żrieragħ tal-basal u pjanti kontra Sclerotium.(ċ)Trattament fuq ħaxix ornamentali u ħaxix għall-areni sportivi kontra Sclerotiniau Fusarium. | 3.Taħlit tal-Merkurju inorganiku ieħor. | | 4.Taħlit tal-merkurju aryl | (a)Tgħaddis ta' basal tal-fjuri, patata taż-żriegħ(b)Trattament fuq żrieragħ taċ-ċereali, għajr qamħirrum u żerriegħa tal-pitravi taz-zokkor, basiċi u pre-basiċi. | 5.Alkoxyakylu taħlit tal-merkurju aryl | (a)Bħala żebgħa għat-trattament ta' Nectria galligena (kankru)fuq siġar tal-frott pomaċew wara l-ħsad u sakemm titlaqqam bir-rimi.(b)Fil-Ħarifa għall-prevenzjoni ta' Nectria galligena (kankru)fuq siġar tat-tuffieħ Bramleyjekk meħtieġ ġewwa l-Irlanda ta' Fuq, wara sajf eċċezjonalment umidu.(ċ)Tgħaddis ta' basal tal-fjuri u patata taż-żriegħ(d)Trattament taż-żerriegħa fuq ċereali, pitravi, rapa u qanneb. | B. Taħlita organo-klorin persistenti | | 1.Aldrin | (a)Trattament għall-ħamrija kontra otiorrhynchusfi mxietel, firxiet għall-frawli qabel jitħawlu, firxiet ta' ornamenti, għelieqi tad-dwieli(b)Trattament fuq patata mkabbra f'ħamrija li qabel kienu jirgħu fiha l-annimali, kontra Agriotes ġol-Irlanda u r-Renju Unit(ċ)Trattament fuq-narċis li għandu jibqa sentejn jew tlieta fil-ħamrija kontra Merodon equestris, Eumerus tuberculatus. | 2.Chlorodane | | 3.Dieldrin | | 4.DDT | (a)Bħala tagħdisa kontra Hylobiusfit-tħawwil taż-żrieragħ tal-koniferi(b)Trattament ta' siġar individwali kontra Scolytidaesabiex jiġġieled l-Ceratocystis ulmi.(ċ)Trattament għall-pitravi taz-zokkor, patata u ġaxix ornamentali u għall-ħaxix fl-areni tal-isports kontra Melolontha, Amphimallon, Phyllopertha, Cetonia, u Serica.(d)Trattament għall-pitravi taz-zokkor, patata, frawli, karrotti u ornamentali, kontra Agrotisu Euxos.(e)Trattament ta' ċereali kontra Tipula. | 5.Endrin | (a)Bħala akariċidi li jnissel materjal fuq cyclamenu fuq frawli.(b)Trattament kontra Arvikola terrestri L. fil-ġonna mingħajr subkultivazzjoni. | 6.HCH kontenenti anqas minn 99.0 % ta' iżomeri gamma | | 7.Heptachlor | Trattament għall-istat ta' preparazzjoni tagħhom taż-żerriegħa tal-pitravi kontra Atomaria linearis, Agriotes speċ., Myriapoda u Collembola | 8.Hexachlorobenzene | | --------------------------------------------------