Official Journal L 183 , 19/07/1979 P. 0001 - 0010
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0019
Greek special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0019
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 3 P. 0162
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 3 P. 0162
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 1979 li tistabblixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 77/706/KEE (79/639/KEE) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE tas-7 ta’ Novembru 1977 dwar l-iffissar ta’ mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta’ sorsi primarji ta’ enerġija fil-każ ta’ diffikultajiet filprovvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi [1] u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu; Wara li kkonsulta ‘l-Istati Membri skond l-Artikolu 5 talimsemmija Deċiżjoni, Billi l-Kunsill adotta r-Regolament (KEE) Nru 1729/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 dwar il-komunika ta'l-informazzjoni dwar l-istat tal-provvisti ta' enerġija tal-Komunità [2]; Billi l-Kunsill adotta r-Regolament (KEE) Nru 1729/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 dwar il-komunika ta’l-informazzjoni dwar l-istat talprovvisti ta’ enerġija tal-Komunità [3]; Billi l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 77/706/KEE jipprovdi illi fejn iqumu diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi fi Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni waqt li taġixxi fuq talba tal-Istati Membri jew minn jeddha, wara li tikkonsulta l-grupp imsemmi fid-Direttiva 73/738/KEE, tista’ tistabbilixxi mira għat-tnaqqis tal-konsum talprodotti petroliferi fil-Komunità ġeneralment sa 10 % millkonsum normali; Billi l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Nru 77/706/KEE jipprovdi illi, biex tiġi mħarsa l-unitá tas-suq u biex jiġi żgurat illi l-konsumaturi ta’l-enerġija fil-Komunità ibagħtu sehemhom imparzjali fiddiffikultajiet li jqumu mill-kriżi, il-Kummissjoni għandha, fl-għeluq ta’ xahrejn wara li jiġi applikat l-Artikolu 1(1), tipproponi lill-Kunsill mira oħra biex jitnaqqas il-konsum sa 10 % millkonsum normali u differenzjat skond l-Istat Membru, u wara dan il-kwantitajiet imġemmgħin għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri; Billi l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE jipprovdi illi fil-każ ta’ perijodu ta’ nuqqas ikbar il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill- Kunsill li l-mira biex jitnaqqas il-konsum teċċedi l-10 % u testendi għal forma oħra ta’ enerġija; Billi t-tqassim bejn l-Istati Membri tal-kwantitajiet imġemmgħin wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(3) tad-Deċizjoni Nru 7/706/KEE tista’ timplika spejjeż ulterjuri, li l-evalwazzjoni u l-ħlas tagħhom huma kompetenza tal-partjiet involuti; billi, madankollu, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi fuq talba ta’ Stat Membru li tagħmel rakkomandazzjonijiet u tagħti opinjonijiet lill-Istati Membri konċernati biex ikun jista’ jintlaħaq ftehim bejn l-Istati Membri dwar spejjeż ulterjuri; Billi, sabiex twettaq dan il-Kummissjoni għandu ikollha l-għarfien preċiż tas-sitwazzjoni tal-enerġija fl-Istati Membri, il-provvisti tagħhom ta’ prodotti petroliferi u tal-żejt mhux maħdum, il-possibilitajiet ta’ sostituzzjoni bejn il-forom varji tal-enerġija, u miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-Istati Membri; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(a), (b), (c) u (d) rispettivament tad-Deċizjoni Tal-Kummissjoni 78/890/KEE għandhom jgħoddu għal: (a) "konsum normali ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi", (b) "perijodu bażi", (ċ) "nuqqas ta' provvisti" u (d) "provvista normali" 2. Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni: (a) "konsum normali tal-enerġija" tfisser il-konsum medju ta' kuljum reġistrat f'perijodu bażi, i.e.: Produzzjoni domestika ta' karburanti primarji, u importazzjonijiet, u kunsinni minn pajjiżi fil-Komunità, mnaqqsa l-esportazzjonijiet, mnaqqsa kunsinni lil pajjiżi fil-Komunità, u jew imnaqqsa varjazzjonijiet fil-ħażniet. bunkers ta' vapuri fuq il-baħar jingħaddu bħala esporti; (b) "Prodotti petroliferi- sostitwibbli" tfisser iż-żejt karburanti kollu kkonsmat għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u, kif xieraq, f'setturi oħra ta'l-industrija inklużu awto-produċenti kif stmati skond l-artikolu 2(2); (ċ) "enerġija sostitwibbli" tfisser l-enerġija kollha kkonsmata għall-ġenerazzjoni ta'l-elettriku u, fejn xieraq, f'setturi oħra ta'l-industrija, inklużi awto-produċenti kif stmati skond l-artikolu 2(2). Artikolu 2 1. L-ammont ta' tnaqqis differenzjali f'prodotti ta' żejt sostitwibbli kif indikat fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE m' għandhiex teċċedi l-kapaċitá attwali għas-sostituzzjoni, il-livell ta' liema huwa mwaqqaf skond il-paragarfu 2 hawn taħt, li teżisti meta jqumu diffikultajiet fil-provvediment. 2. Il-grupp imwaqqaf mid-Direttiva 73/238/KEE għandha teżamina kull sena u, f'każ ta' diffikultajiet fil-provvista, fuq bażi ta' informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mill l-Istati Membri, kalkolata skond l-artikolu 10, il-kapaċità għas-sostituzzjoni fl-Istati Membri tal-prodotti petroliferi definiti bħala li jkopru primarjament rekwiżiti għal żejt karburanti jew ġenerazzjoni ta'l-elettriku, imma wkoll b' konsiderazzjoni għall-possibilitajiet ta' sostituzzjoni ta' żejt karburanti fl-industrija, inklużi awto-produċenti. Wara dan l-eżami, il-Kummissjoni għanda tirreġistra l-possibilitajiet ta' sostituzzjoni hekk imwaqqfa. Artikolu 3 1. Fejn, skond l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, il-Kummissjoni tistabbilixxi mira għat-tnaqqis ta' konsum fil-prodotti petroliferi sa 10 % tal-konsum normali, għandha tikkonsidra partikolarment dawn li ġejjin: — is-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista ta' prodotti petroliferi, - is-sitwazzjoni ta' provvista f'kull Stat Membru - miżuri meħuda fl-Istati Membri biex jitnaqqas il-konsum, - dmirijiet internazzjonali ta'l-Istati Membri. 2. Fejn, skond l-artikolu 1(2)(a) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill għanijiet differenti biex jitnaqqas il-konsum ta' prodotti petroliferi sostitwibbli u mhux sostitwibbli, għandha tikkonsidra l-fatturi elenkati fil-paragrafu 1 u, partikolarment, il-limitazzjonijiet imposti fuq kull Stat Membru mill-possibiltajiet reali ta' sostituzzjoni fil-ġenerazzjoni ta' l-elettriku u, kif xieraq, setturi oħra ta' l-industrija inklużi awto-produċenti kif imwaqqfa skond l-artikolu 2. 3. Fejn, skond l-artikolu 1(2)(b) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill li l-mira biex jitnaqqas il-konsum għandu jeċċedi l-10 % u jiġi estiż għal forom oħra ta' enerġija, għandha tikkonsidra partikolarment il-fatturi elenkati fil-paragrafu 1 kif ukoll dan li ġej: - is-siwazzjoni ġenerali tal-proviżjoni ta'l-enerġija, - id-dewmien mistenni ta' diffikultajiet fil-proviżjoni ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi, - kemm ittieħed diġà mill-ħażniet obbligatorji ta' zejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi fl-Istati Membri. Artikolu 4 Fejn jiġi applikat l-Artikolu 1 ta' Deċizjoni Nru 77/706/KEE C l-Istati Membri jistgħu, minfolk irażżnu l-konsum, jieħdu minn dak is-sehem tal-ħażniet tagħhom ta' żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi li jeċċedi l-obbligi tagħhom skond id-Direttivi Directives 68/414/KEE u 72/425/KEE. Artikolu 5 1. Il-kwantitajiet salvati u li għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri skond l-artikolu 1(3) ta' Deċiżjoni 77/706/KEE jiġu ikkalkulati billi jiġu applikat r-rati differenti ta' riduzzjoni fil-konsum tal-prodotti petroliferi għal kull Stat Membru kif provdut fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni msemmija. 2. Stat Membru li r-rata ta' tnaqqis fil-konsum tiegħu teċċedi l-medja tal-Komunità għandu jerġa' jalloka kwantità ekwivalenti għad-differenza bejn il-livell tal-konsum li seta' jżomm kieku ġie applikat livell uniformi ta' tnaqqis għall-Komunità kollha u l-konsum tiegħu imnaqqas skond l-artikolu 1(2) tad-Deċizjoni 77/706/KEE. 3. Stat Membru li r-rata ta' tnaqqis fil-konsum tiegħu huwa inqas mill-medja tal-Komunità huwa intitolat li jerġa' jalloka kwantità ekwivalenti għad-differenza bejn il-livell tal-konsum tiegħu imnaqqas skond l-artikolu 1(2) tad-Deċizjoni 77/706/KEE u l-livell ta' konsum li seta' jżomm kieku ġie applikat livell uniformi ta' tnaqqis għall-Komunità kollha u l-konsum tiegħu. Artikolu 6 1. Spejjeż addizzjonali li setgħu saru fit-tqassim fost l-Istati Membri tal-kwantitajiet imġemmgħin permezz ta' l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(3) ta' Deċizjoni Nru 77/706/KEE għandhom jitħallsu mill-partijiet li jibbenefikaw minn tali tqassim. L-evalwazzjoni ta' dawn l-ispejjeż addizzjonali huma fil-kompetenza tal-partijiet involuti. 2. F'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar dawn l-ispejjeż addizzjonali, il-Kummissjoni tista' fuq talba ta' l-Istati Membri, tagħmel rakkomandazzjonijiet jew tagħti opinjonijiet lill l-Istati Membri konċernati. Artikolu 7 1. Il-Kommissjoni tista' tikkonsulta lill-kumpaniji li jissupplixxu lill-Komunità biż-żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi biex tikseb informazzjoni ġenerali u, fejn hemm bżonn, assistenza teknika xierqa partikolarment biex tapplika l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE kif provdut mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 78/890/KEE. 2. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar id-drittijiet jew dmirjiet tagħhom ta' allokazzjoni skond l-artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa. Artikolu 8 Għandha tinkiseb informazzjoni dwar konsum ta' l-enerġija mqassma skond il-prodotti u setturi ewlenin tal-konsum mir-risposti mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond ir- Regolament (KEE) Nru 1729/76. Artikolu 9 1. Għandha tinkiseb informazzjoni dwar konsum normali ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi mir-risposti mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond l-artikolu 5 tad-Deċiżjoni 78/890/KEE. 2. Fejn hemm diffikultajiet fl-ammonti suppliti ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi, il-Kummissjoni tista' titlob li tiġi provduta din l-informazzjoni fil-forma ta' stimi skond proċedura li għandha tistabbilixxi fuq bażi tal-mudelli f'dan l-Anness. 3. Biex tinftiehem aħjar is-sitwazzjoni tal-proviżjoni, partikolarment b'rigward għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta l-grupp imwaqqaf skond id-Direttiva 73/238/KEE, tistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu l-informazzjoni rikjesta fil-paragrafi 1 u 2 imqassma għal kull impriża. Artikolu 10 1. Skond l-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom, sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi ta' mudell komuni mwaqqaf minnha, l-informazzjoni meħtieġa biex tistabbilixxi l-possibilitajiet ta' sostituzzjoni kif jeżistu fl-1 t' Ottubru ta' dik is-sena. 2. Meta jiġi applikat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 77/706/KEE, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex tistabbilixxi l-possibilitajiet attwali ta' sostituzzjoni kif jeżistu f'dik id-data partikolari. Artikolu 11 Fejn l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull miżura li ttieħdet biex jitnaqqas il-konsum ta' prodotti petroliferi kif tiġi addottata. Artikolu 12 Malli tirċievi l-informazzjoni miġbura skond l-Artikli 9, 10 u 11 il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Grupp stabbilit fl-Artikolu 3 ta' Direttiva 73/238/KEE b'taqsira. Artikolu 13 L-informazzjoni provduta skond din id-Deċiżjoni hija kunfidenzjali. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tipprevjeni d-distribuzzoni ta'l-informazzjoni ġenerali jew taqsiriet li ma jkunux jinsabu fihom dettalji dwar impriżi individwali. Artikolu 14 Fuq talba ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-grupp stabbilit mid-Direttiva 73/238/KEE, għandha teżamina problemi li jistgħu jinqalgħu mill-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni biex tagħmel l-emendi meħtieġa fuq it-test fuq bażi ta' esperjenza fl-imgħoddi jew fid-dawl ta' tibdil sinjifikanti fl-istruttura ta' provisti ta'l-enerġija, notevolment dwar power stations fi Stat Membru wieħed jew aktar. Artikolu 15 Din id-Deciżjoni hi indirizzata lill l-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Ġunju 1979. Għall-Kummissjoni Guido Brunner Membru tal-Kummisjoni [1] ĠU L 292, tas-16.11.1977, p. 9. [2] ĠU L 198, tat-23.7.1976, p. 1. [3] ĠU L 311, ta’ l-4.11.1978, p. 13. -------------------------------------------------- L-ANNESS KWESTJONARU TA' KULL XAHAR DWAR IS-SITWAZZJONI FIL-KOMUNITÀ TAL-PROVISTA TA' ŻEJT I. NOTI TA' SPJEGAZZJONI A. Unitajiet u fatturi ta' konverzjoni (a) Unitajiet Id-data kollha għandha tiġi espressa f’eluf ta’ tunnellati miġjuba għall-eqreb elf tunnellata. (b) Prodotti petroliferi u "ekwivalenti għaż-żejt mhux maħdum" Il-Prodotti kollha taż-żejt għandhom jiġu kkonvertiti fil-"ekwivalenti għaż-żejt mhux maħdum" tagħhom billi l-kwantitajiet espressi f’tunnellati jiġu multiplikati skond il-fattur tal-konverżjoni 1 7065. (ċ) Konverżjoni ta' bramel f' tunnellati Biex jinkisbu t-tunnellati, in-numru ta' bramel għandu jiġi diviż bil-fattur tal-konverżjoni li jikkorrispondi għad-densità attwali. Fejn il-konverżjoni ġiet bażata fuq bramel/jum, l-unitajiet miksuba jiġu multiplikati bin-numru ta' ġranet fix-xahar in kwistjoni. (d) Konverżjoni tal-metri kubi (kilolitri) f'tunnellati Biex jiġu konvertiti metri kubi f' tunnellati uża l-fatturi tal-konverżjoni li jikkorrespondu għad-densitajiet attwali. B. Noti Ġeografiċi- - Prodotti tal-Faroe Islands għandhom jiġu inklużi mal-prodotti tad-Danimarka, - il-prodotti tas-Surinam u tad-Dutch Antilles m' għandhomx jiġu inklużi mal-prodotti ta' l-Olanda, - il-Prodotti tal-Canary Islands għandhom jiġu inklużi mal-prodotti ta' Spanja, - il-prodotti tal-fabbriki tal-irfinar tal-Karibew fit-Tabella III Ċ tinkludi importazzjonijiet mid- Dutch Antilles, il-Bahamas, Trinidad u Tobago. II. DEFINIZZJONIJIET U NOTI TA' SPJEGAZZJONI DWAR IT-TABELLI VARJI 1. Produzzjoni nazzjonali ta' żejt mhux maħdum u kondensati tal-gass naturali (Tabella 1) Agħti l-ammonti ta' żejt mhux maħdum u kondensati ta' gass naturali (i.e. likwide kollha separati mill-gass fl-impjanti tal-produzzjoni tall-kondensati tal-gass naturali [1] magħmula f' territorju nazzjonali inkluż il-Blata Kontinentali (offshore). Dawn l-ammonti għandhom jinkludu l-kondensati mneħħija mill-hydrocarbons fil-forma ta' gassijiet. 2. Importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta' żejt mhux maħdum, kondensati tal-gass naturali u feedstocks (li joriġinaw jew /esportati għal pajjiżi gewwa jew barra milll-Komunità) (Tabelli I, II u IV) Importazzjonijiet u esportazzjonijiet għandhom jitqiesu bħallikieku ġew effettwati fid-data li fiha jaslu fiżikament, kemm jekk il-kunsinna ġiet mgħoddija mid-dwana jew le. Iżda, kwantitajiet f' transitu permezz ta' mezz fuq l-oċean jew li jaqsam territoru nazzjonali b'kull mod li jista' jintuża, (eż. pipelines) m' għandhomx jiġu inklużi (dan japplika wkoll għall-importazzjoni u esportazzjoni tal-prodotti petroliferi). Min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet għandom jinkludu żejt importat f'żoni rriservati fid-dwana għat-trattament u esportazzjoni mill-ġdid. Esportazzjonijiet mill-ġdid ta' żejt importat għall-proċessar fiż-żoni riservati għandu jiġi inkluż fil-figuri ta' l-esportazzjoni. "Feedstocks" għandha titqies li tfisser Prodotti kollha jew ġabra ta' Prodotti minbarra taħlitiet, imnissla minn żejt mhux maħdum u maħsub għall-proċessar ulterjuri. Jiġi trasferit f'komponent wieħed jew aktar u/jew prodotti lesti. 3. Importazzjonijiet/Esportazzjonijiet ta' prodotti petroliferi (li joriġinaw fi/għall-esportazzjoni f' pajjżi ġewwa jew barra mill-Komunitá) (Tabellli I, III u V) - Ara punt 2. - Is-segwenti huma l-prodotti petroliferi interessati gass tal-żejt likwidifikat (GPL), naphthas, spirtu tal-muturi, karburanti tal-jets, kerosini, żejt tal-gass/diesel, lubrikanti u bitumen [2]. Bunkers marittimi m'għandhomx jidhru fit-Tabella I punt 5, imma jingħataw separatament taħt il-punt 9. 4. Livell ta' ħażniet (Tabella I) Il-livell tal-ħażniet tfisser iż-żejt kollu maħżun ġewwa fil-fruntieri tal-pajjiż dikjarant minbarra żejt fil-pipelines, żejt miżmum mill-bejjiegħa u stazzjonijiet tal'mili, ħażniet miżmuma mill-konsumaturi finali u li mhux soġġetti għal superviżjoni amministrativa, u ħażniet miżmuma għall-konsum militari. 5. Varjazzjonijiet fil-ħażniet (Tabella I) Dawn il-varjazzjonijiet jikkorrispondu għad-differenza bejn il-livell ta' ħażniet fil-bidu u fi tmiem ta' perijodu. Il-varjazzjoni fil-ħażniet għax-xahar ta' qabel l-aħħar (Tabella I) hija d-differenza bejn l-informazzjoni finali magħrufa (xahar qabel l-aħħar) tal-komunikazzjoni preżenti u l-informazzjoni finali magħrufa (xahar qabel l-aħħar) tal-komunikazzjoni preċedenti. KWISTJONARU TA' KULL XAHAR DWAR IS-SITWAZZJONI FIL-KOMUNITÀ TAL-PROVISTA TA' ŻEJT TABELLA I KONSUM TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM [3] U EKWIVALENTI [4] Pajjiż: Xahar Kurrenti: (1000 tunnellata) | | Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) | Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skeda | Skedat | 1.Produzzjoni indiġena [5] | | | | | | 2.Importazzjoni ta' mhux maħdum [5] | | | | | | 3.Importazzjoni ta' prodotti petroliferi [6] | | | | | | 4.Esportazzjoni ta' mhux maħdum [5] | | | | | | 5.Esportazzjoni ta' prodotti petroliferi [6] | | | | | | 6.Livelli ta' ħażniet [7]li minnhom:(a)żejt mhux maħdum [5](b)prodotti petroliferi [6] | | | | | | 7.Tibdil fil-ħażniet [8]li minnhom:(a)żejt mhux maħdum [5](b)prodotti petroliferi [6] | | | | | | 8.Total [9] | | | | | | 9.Bunkers [10] [6] | | | | | | TABELLA II IMPORTAZZJONIJIET TA’ ŻEJT MHUX MAĦDUM [11] Pajjiż: Xahar Kurrenti: (1 000 tunnellata) | Pajjiż minnfejn oriġina | Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) | Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skedat | Skedat | Abu Dhabi | | | | | | Algeria | | | | | | Ekwador | | | | | | Indoneżja | | | | | | Iran | | | | | | Iraqq | | | | | | Kuwajt | | | | | | Libja | | | | | | Niġerija | | | | | | Katar | | | | | | Arabja Sud | | | | | | United Arab Emirates [12] | | | | | | Venezwela | | | | | | Norveġja | | | | | | Renju Unit | | | | | | USSR | | | | | | Pajjiżi oħrajn ta'-Ewropa ta' l-Ilvant | | | | | | Ċina | | | | | | OĦrajn | | | | | | Importazzjonijiet totali | | | | | | TABELLA III IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI PETROLIFERI [13] Pajjiż: Xahar Kurrenti: (1 000 tunnellata) [14] | Pajjiż minnfejn oriġina | Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) | Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skedat | Skedat | Belġju | | | | | | Danimarka | | | | | | Ġermanja | | | | | | Franza | | | | | | Irlanda | | | | | | Italja | | | | | | Lussemburgu | | | | | | Olanda | | | | | | Renju Unit | | | | | | Greċja | | | | | | Spanja | | | | | | Portugall | | | | | | Norveġja | | | | | | Svezja | | | | | | USA | | | | | | Bahrejn | | | | | | Indoneżja | | | | | | Iran | | | | | | Kuwajt | | | | | | Arabja Sud | | | | | | Veneżwela | | | | | | USSR | | | | | | Pajjiżi oħrajn fl-Ewropa ta'l-Ilvant | | | | | | OĦrajn | | | | | | Total ta' importazzjonijiet | | | | | | TABELLA IV ESPORTAZZJONI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM [15] Pajjiż: Xahar Kurrenti: (1 000 tunnellata) | Pajjiż minnfejn oriġina | Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) | Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skedat | Skedat | Belġju | | | | | | Danimarka | | | | | | Ġermanja | | | | | | Franza | | | | | | Irlanda | | | | | | Italja | | | | | | Lussemburgu | | | | | | Olanda | | | | | | Renju Unit | | | | | | Greċja | | | | | | Spanja | | | | | | Portugall | | | | | | Awstrija | | | | | | Svezja | | | | | | Svizzera | | | | | | USA | | | | | | Pajjiżi oħrajn | | | | | | Total ta' importazzjonijiet | | | | | | TABELLA V ESPORTAZZJONI TA' PRODOTTI PETROLIFERI [16] Pajjiż: Xahar Kurrenti: (1 000 tunnellata) [17] | Pajjiż minnfejn oriġina | Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) | Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skedat | Skedat | Belġju | | | | | | Danimarka | | | | | | Ġermanja | | | | | | Franza | | | | | | Irlanda | | | | | | Italja | | | | | | Lussemburgu | | | | | | Olanda | | | | | | Renju Unit | | | | | | Greċja | | | | | | Spanja | | | | | | Portugall | | | | | | Awstrija | | | | | | Norveġja | | | | | | Żvezja | | | | | | Żvizzera | | | | | | Turkija | | | | | | USA | | | | | | Pajjiżi oħrajn | | | | | | Total ta' esportazzjonijiet [18] | | | | | | [1] Ethane inkluż. [2] Għad-definizzjonijiet ara s-supplement tal-Bulletin ta' kull Kwart tas-Sena dwar Statistiċi ta’l-Enerġija, 3/1976, ippubblikat mill-Uffiċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej. [3] Inklużi likwidi ta' gass naturali u feedstocks [4] Prodotti taż-żejt huma kkonvertiti f'ekwivalenti ta' żejt mhux irfinat bil-fattur1.065 [5] Inklużi likwidi ta' gass naturali u feedstocks [6] Prodotti petroliferi huma kkonvertiti f'ekwivalenti ta' żejt mhux maħdum bil-fattur1.065 [7] Tmiem tax-xahar [8] Differenza bejn il-livell tal-ħażniet fl-aħħar xahar u l-livell fl-aħħar tax-xahar li għadda [9] 8 = 1+2+3-4-5-7 [10] Bunkers marini [11] esklużi LGN u feedstocks [12] Eskluż l-Abu Dhabi [13] Prodotti petroliferi huma kkonvertiti f’:żejt mhux maħdum billi l-kwantitajiet f’tunnellati jiġu multiplikati b’ 1.065 [14] Prodotti petroliferi huma kkonvertiti f’:żejt mhux maħdum billi l-kwantitajiet f’tunnellati jiġu multiplikati b’ 1.065 [15] PInkluż LGN u gassijiet naturali [16] Prodotti taż-żejt jiġu kkonvertiti f'żejt mhux irfinat billi l-kwantitajiet f'tunnellati jiġu multiplikati b' 1.065 [17] Prodotti taż-żejt jiġu kkonvertiti f'żejt mhux irfinat billi l-kwantitajiet f'tunnellati jiġu multiplikati b' 1.065 [18] Esklużi bunkers marini --------------------------------------------------