Official Journal L 146 , 14/06/1979 P. 0015 - 0017
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0015
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0135
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0015
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0136
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0136
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1976 li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer u laħam frisk (79/542/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 fuq saħħa u problemi ta' spezzjoni veterinarja fuq l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 77/98/KEE [2], u b'mod partikolari l- Artikolu 3 (1) dwar dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi s-sistema mniżżla fid-Direttiva 72/462/KEE hi bbażata fuq it-twaqqif ta' lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi mil-liema l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer u laħam frisk ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer, ngħaġ, mogħoż u solipedi domestiċi, jew ta' wieħed jew aktar minn dawk il-kategoriji ta' annimali jew kategoriji ta' laħam frisk; Billi sabiex jiġi deċiż fir-rigward ta' kemm l-annimali u tal-laħam frisk jekk pajjiż jew parti minn kull pajjiż jista' jiġi nkluż fil-lista, akkont partikolari jittieħed tal-kriterja stabbilita fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq; Billi l-pajjiżi elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni li tradizzjonalment ifornu lill-Istati Membri jistgħu jiġu kkunsidrati li jissodisfaw din il-kriterja; Billi madankollu, din il-lista hija mfassla bla ħsara għal emendi bħal dawn jew żdidiet bħalma jistgħu jsiru b'mod li jikkonformaw mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 72/462/KEE; billi jista' jkun meħtieġ fid-dawl ta' aktar informazzjoni li jillimitaw jew ikabbru l-awtorizzazzjonijiet għal importazzjonijiet ta' ċertu kategoriji ta' annimali u laħam frisk; billi, jista' ukoll ikun meħtieġ f'ċerti każijiet fir-rigward ta' kemm l-annimali u ta' laħam frisk li jkun speċifiku tal-partijiet ta' pajjiżi minn fejn importazzjonijiet se jkunu awtorizzati; Billi, minkejja l-lista ta' pajjiżi terzi tifforma waħda mill-bażijiet ta' l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi stabbiliti fid-Direttiva 72/462/KEE miżuri oħra, partikolarment li jikkonċernaw l-iġjene u spezzjoni veterinarja, se jkollhom jittieħdu sabiex jiġi mfisser l-arranġament; billi, b'konsegwenza, huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni kordinata ta' kull miżura bħal din, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 72/462/KEE u b'mod partikolari kull miżura li tkun tista' tittieħed taħt il-proċedura li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 29, u bla ħsara għal kull emenda jew addizzjoni magħmula lill-elenku fl-Anness għal din id-Deċiżjoni taħt il-proċedura li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 30, b'mod partikolari għall-iskop li jillimita jew ikabbar l-awtorizzazzjonijiet għal importazzjonijiet ta' ċertu kategoriji ta' annimali u laħam frisk, jew biex jispeċifika, kemm għall-annimali u għal-laħam frisk, il-partijiet ta' pajjiżi mil-liema importazzjonijiet se jkunu awtorizzati, l-Istati Membri se jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali u laħam frisk skond il-lista msemmija. Artikolu 2 Il-lista li tinstab fl-Anness se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fl-istess ħin bħal emendi u addizzjonijiet li għalihom saret referenza f'Artikolu 1 hawn fuq. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, Regolamenti u l-provvedimenti amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 2 hawn fuq u minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, il-21 ta' Diċembru 1976. Għall-Kunsill Il-President A.P.L.M.M. van der Stee [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28. [2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 81. -------------------------------------------------- ANNESS Pajjiż | Laħam Frisk | Animali ħajjin | Ifrat | Ħnieżer | Ngħaġ | Żwiemel etċ | Albanija | | X | X | X | Arġentina | X | | X | X | X | Awstralja | X | X | X | X | X | Austria | X | X | X | X | X | Botswana | X | | X | X | | Brażil | X | | X | X | | Bulgarija | X | X | X | X | X | Kanada | X | X | X | X | X | Repubblika Popolari taċ-Ċina | | X | | X | | Kolumbja | X | | | X | | Kosta Rika | X | | | X | | Kuba | X | | | X | | Ċekoslovakja | X | X | X | X | X | El Salvador | X | | X | X | | Finlandja | X | X | X | X | X | Ġreċja | | | | X | | Gwatemala | X | | | X | | Honduras | X | | | X | | Ungerija | X | X | X | X | X | Islanda | X | X | X | X | X | Iżrael | | | | X | | Madagaskar | X | | X | X | | Malta | X | X | | X | X | Messiku | X | | | X | | Marokk | | | | X | | Nikaragwa | X | | | X | | Norveġja | X | X | X | X | X | New Zealand | X | X | X | X | X | Panama | X | | | X | | Paragwaj | X | | X | X | | Polonja | X | X | X | X | X | Portugall | | | | X | | Rumanija | X | X | X | X | X | Afrika t'Isfel | X | X | X | X | | Spanja | | | | X | | Sważiland | X | | | X | | Svezja | X | X | X | X | X | Svizzera | X | X | X | X | X | Turkija | | | | X | | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | X | X | X | X | X | USSR | X | X | X | X | X | Urugwaj | X | | X | X | | Jugoslavja | X | X | X | X | X | GDR | X | X | X | X | X | --------------------------------------------------