Official Journal L 378 , 30/12/1978 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0031
Greek special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0122
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0031
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0045
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0045
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3179/78 tat-28 ta' Diċembru 1978 li jirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Komunità pparteċipat fin-negozjati għal Konvenzjoni Ġdida Internazzjonali dwar is-Sajd fiż-żona ta' l-Atlantiku tal-Majjistral; Billi l-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral iffirmata fl-24 ta' Ottubru 1978 għandha tiġi konkluża mill-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral hija hawnhekk approvata f'isem il-Komunità. It-test tal-Konvenzjoni hu mehmuż ma' dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jiddeposita l-istrument ta' l-approvazzjoni mal-Gvern tal-Kanada skond l-Artikolu XXII tal-Konvenzjoni [2]. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Diċembru 1978. Għall-Kunsill Il-President H.-D. Genscher [1] Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Diċembru 1978 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni trid tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------