31978R2215



Official Journal L 268 , 27/09/1978 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0091
Greek special edition: Chapter 11 Volume 12 P. 0091
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0091
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0195
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 10 P. 0195


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2215/78

tas-26 ta' Settembru 1978

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan iffirmat Brussels fit-18 ta' Jannar 1977 għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim u ta' l-Att Finali huma annessi ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jagħti n-notifika li hemm provvista għaliha fl-Artikolu 48 tal-Ftehim [2].

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussels, fis-26 ta' Settembru 1978.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Ertl

[1] ĠU Nru C 133, 6.6.1977, p. 52.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------