31978R2214



Official Journal L 267 , 27/09/1978 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0003
Greek special edition: Chapter 11 Volume 12 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0106
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 10 P. 0106


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2214/78

tas-26 ta' Settembru 1978

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea ur-Repubblika ta' Libanu

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea ur-Repubblika ta' Libanu ffirmat fit-3 ta' Mejju 1977 għandu jkun konkluż,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Libanu huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jagħti n-notifika li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 49 tal-Ftehim [2].

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol il-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Ertl

[1] ĠU Nru C 266, tas-7.11.1977, p. 18.

[2] Id-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------