31978L1033



Official Journal L 366 , 28/12/1978 P. 0031 - 0032
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0075
Greek special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0100
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0075
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0106
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0106


Ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 1978

li temenda d-Direttiva 69/169/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-disposizzjonijiet stabbliti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva għar-rigward ta' eżenzjoni minn taxxa fuq id-dħul u taxxa tas-sisa fi vjaġġi internazzjonali

(78/1033/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonimiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE tat-28 ta' Mejju 1969 dwar l-armonizzazzjoni tad-disposizzjonijiet stabbilita bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva għar-rigward ta' eżenzjoni minn taxxa fuq id-dħul u taxxa tas-sisa dwar importazzjonijiet fi vjaġġi internazzjonali [4], skond l-aħħar emendi permezz tad-Direttiva 78/1032/KEE [5], jagħmel disposizzjoni għal oġġetti li jkunu jinsabu fil-bagalja personali ta' vjaġġatturi ġejjin minn pajjiż mhux membru, jekk dawk l-importazzjonijiet ma jkunux ta' kwalità kummerċjali;

Billi l-valur totali tal-oġġetti eliġibbli għal eżenzjoni m'għandux jeċċedi 25 uniti tal-kontijiet kull persuna; billi, skond l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 69/169/KEE, L-Istati Membri jistgħu inaqqsu din l-eżenzjoni għal 10 uniti tal-kontijiet għal vjaġġatturi li jkunu taħt il-15-il sena;

Billi l-introduzzjoni tal-unità Ewropea tal-kontijiet fl-atti legali adottati mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropj fil-qasam tal-eżenzjonijiet tat-taxxa għandu jkollha l-effett li tnaqqas l-ammonti espressi fil-munita nazzjonali li preżentiment hi eliġibbli għal eżenzjoni;

Billi għandhom jiġu kunsidrati wkoll il-miżuri għall-benefiċċju ta' vjaġġatturi rakkomandati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati, u b'mod partikolari dawk li jinsabu fl-Anness F (3) għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali, sponsorjati mill-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali;

Billi dan l-għan doppju jista' jkun milħuq billi jiġi stabbilit l-ammont li hemm fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 69/169/KEE għal 40 uniti Ewropea tal-kontijiet u dak li jinsab fl-Artikolu 1(2) ta' dik id-Direttiva għal 20 uniti Ewropea tal-kontijiet:

Billi l-kliem "bagalji personali" għandhom ikunu mfissra,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Direttiva 69/169/KEE hi b'dan emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 hu b'dan emendat kif ġej:

(a) Paragrafu 1 għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-oġġetti li jkunu jinsabu fil-bagalja personali ta' vjaġġanti ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom ikunu eżentati mit-taxxa fuq id-dħul u taxxa tas-sisa fuq importazzjonijiet jekk l-oġġetti importati ma jkunux ta' kwalità kummerċjali u l-valur totali tal-oġġetti ma jeċċedix 40 uniti Ewropea tal-kontijiet kull persuna."

(b) Fil-paragraph 2, "10 uniti tal-kontijiet" għandhom ikunu sostitiwiti bi "20 uniti Ewropea tal-kontijiet".

(ċ) Fil-paragrafu 3, "25 uniti tal-kontijiet" għandhom ikunu sostitiwiti bi "40 uniti Ewropea tal-kontijiet".

2. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 3:

"3. "Bagalji personali" tfisser il-bagalji kollha li vjaġġattur ikun f'posizzjoni li jissottometti lill-awtoritajiet tad-dwana mal-wasla tiegħu, kif ukoll bagalji li jissottometti aktar tard lill-istess awtoritajiet, suġġetti għall-prova li dawk il-bagalji kienu reġistrati bħala bagalji ta' akkumpanjament, fil-ħin tat-tluq, mal-kumpannija li tkun responsabbli li twassallhomlu.

It-tifsira ta' "bagalji personali" ma tkoprix kontenituri mobbli li jkollhom karburanti. Iżda, għal kull mezz ta' trasport bil-mutur kwantità ta' karburanti li ma teċċedix l-10 litri għandha tiddaħħal mingħajr ħlas ta' dazju f'dak il-kontenitur, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-pussess u t-trasport ta' karburanti."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Jannar 1979.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet li huma jadottaw biex jimplimentaw din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula ġewwa Brussell, fid-19 ta' Diċembru 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

H.-D. Genscher

[1] ĠU C 213, tas-7.9.78, p. 9.

[2] ĠU C 261, tas-6.11.78, p. 46.

[3] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Ottubru 1978 (għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, p. 6.

[5] Ara paġna 28 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------